Performance Audit Report: Road Surface Repairs on the Arterial and Distributor Road Network
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerti li ntefgħu minn kuntrattur wieħed, f'37 okkażjoni hekk kif imsemmija fir-rapport tal-Awditur Ġenerali rigward Performance Audit Report: Road Surface Repairs on the Arterial and Distributor Road Network?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport tal-Awditur Ġenerali għamel assessment fuq 35 każ skont it-tablella 3.2 fl-istess rapport.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi u l-offerta rispettiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi talbiet mill-Malta International Airport taħt l-artiklu 3(6) tal-Avviż Legali 299 tal-2001? Jekk iva, x'kienet it-talba, jekk inltaqgħatx u kemm kien il-kumpens imħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qatt ma saru xi talbiet mill-Malta International Airport taħt l-artiklu 3(6) tal-Avviż Legali 299 tal-2001.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Airport Charges Advisory Board (ACAB)? Jista' jgħid kemm-il darba iltaqa' dan il-bord mill-2001 sal-lum? Jista' jgħid jekk dan il-bord approvax iċ-charges li l-Malta International Airport qiegħda timponi fuq il-passiġġieri li jaslu f'pajjiżna? Jekk iva, jista' jagħti d-data meta l-Malta International Airport għamlet it-talba biex iċ-charges attwali jiġu approvati mill-Airport Charges Advisory Board u d-data meta l-Airport Charges Advisory Board approvathom?
Response (GATT, AUSTIN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant irid jirreferi għall-Airport Charges Regulatory Board li huwa kompost mis-Sur Winston Zahra bħala Chairman u s-Sinjuri Austin Calleja, Julien Jaeger, Tina Lombardi, Tonio Farrugia, Joanne Piccinino u Joseph Vassallo bħala membri. Mill-2001 sal-lum dan il-Board ltaqa' tlettax -il darba. Ic-charges applikabbli bħal issa ġew approvati fis-16 ta' Diċembru 2005 jiġifieri aktar minn 5 snin ilu u minn dakinhar l-MIA ma' talbet ebda reviżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx l-Awtorità tal-Komunikazzjoni stabbiliet liema hija l-cut off date tat-trasmissjoni b’sinjal analogue fil-qasam tax-xandir radjufoniku? Jekk kien hemm data, jista’ jgħid liema hi u jekk ma kienx hemm dati stabbiliti, għalfejn dan ma sarx?
X’inhuma l-implikazzjonijiet li se ġġib magħha l-bidla mill-
analogue
għad-digitiali fil-qasam tar-radju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni ma' stabbiliet l-ebda data sa meta trasmissjonijiet tax-xandir radjufoniċi b'sinjal analogue għandhom jintfew.
L-awtorità tħoss li għalkemm il-qasam tax-xandir radjufoniku m'huwiex regolat minnha, qalba ta' dawn it-trasmissjonijiet minn teknoloġija analogue għal waħda diġitali għadha kmieni. Il-pożizzjoni tal-awtorità f'dan ir-rigward hija simili ta' dik stabbilita mill-RSPG (Radio Spectrum Policy Group) fir-rapport tagħha RSPG10-349 - Future of Radio Broadcasting in Europe.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jsir xogħol fi Triq il-Misqa, Żabbar, liema triq tinsab fi stat diżastruż u qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux possibbli li ngħati data preċiża peress li dan jiddependi mid-disponibilità tal-kuntratturi iżda l-għan ġenerali hu li l-202 triq residenzjali jilestew sa Ġunju 2012.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard għal parking bil-ħin quddiem l-M4 Supermarket, Mosta Road, Ħ'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta bagħtet ir-risposta tagħha lill-kunsill lokali relattiv f'Lulju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jqumu l-proġetti ta' Bieb il-Belt, il-bini tat-Teatru, il-kumpless tal-Parlament u l-bus terminus? Meta hu maħsub li jkun lest kull proġett? Minn fejn se jiġu finanzjati dawn il-proġetti? Kemm tħallsu pagamenti s'issa? Jista' jgħid jekk kienx hemm diġà xi variations fuq l-istima oriġinali ta' kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jsiru bus lanes fit toroq tal-gżejjer Maltin? Jista' jgħid kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsilli lokali dwar fejn ser isiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 24915.
Peress li dan is-suġġett għadu fil-fażi ta' studju u ppjanar, jien infurmat li s'issa ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-kunsilli lokali konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li fi Pjazza Rotunda l-Mosta tneħħiet reserved bay minn quddiem bank kummerċjali li kienet hemm għas-sigurtà tal-impjegati tal-bank u minflok se jsir bus stop jew post fejn jieqfu tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija Keep Clear Bay ma tneħħietx imma ġiet inkorporata fid-disinn tax-xogħlijiet li qed isiru fl-area msemmija
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għal timber wharf fil-ġejjieni? Jekk hemm xogħlijiet, x'inhuma u jekk hemmx xi żmien stipulat biex jitlesta x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Timber Wharf jagħmel parti mill-proġett tal-menqa u l-masterplan tiegħu qiegħda quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni.
Żurrieq — Triq Rettur Dun Salv Farrugia, Bubqara - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet fuq il-parti rimanenti ta' Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Bubqara, Żurrieq liema parti tikkonsisti f'tul ta' ċirka 30 metru li tinsab fin-nofs ta' din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq taqa' taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali, din mhix inkluża fil-Programm ta' 202-il triq li se jinbnew fix-xhur li ġejjin għax il-persentaġġ ta' binjiet eżistenti ma' jaqbiżx is-70 % li hu l-benchmark minimu biex triq tkun tista' tinbena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25261, jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi b'ċilindraġġ differenti, skont il-kategoriji stabbiliti minn Transport Malta li jwasslu għat-total ta' 12,883 muturi li għandna f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ muturi li huma liċenzjati f’Malta u Għawdex, skont iċ-ċilindraġġ tagħhom huwa kif ġej:
0-50cc - 210
51-100cc - 3046
101-250cc - 5577
251-500cc - 1151
501-1000cc - 2323
> 1000cc - 576
Peress li fuq programm televiżiv li xxandar nhar it-Tnejn, 11 ta' April, 2011 fuq l-istazzjon tal-Istat intqal li bir-riforma fit-Trasport Pubbliku, "F'Malta se jkun hemm garaxx kbir wieħed li jorqdu fih ix-xarabanks kollha ta' Malta", jista' l-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni hijiex korretta jew le? Jekk mhix korretta, jista' jgħid kif inhu maħsub li jkunu ggaraxxjati l-karozzi tal-linja tal-Arriva? Jekk l-informazzjoni hi korretta, jista' jgħid jekk il-post għal dan il-garaxx ġiex identifikat u jagħti d-dettalji tas-sit in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-kuntratt li ffirmat Transport Malta ma’ Arriva (Malta) Ltd hemm stipulat li l-karozzi tal-linja ma jitħallewx ipparkjati fuq it-toroq.
Hija responsabbiltà tal-operatur sabiex jara li jimxi mal-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid kif bakery li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li dejjem kellha yellow lines għall-ħatt tax-xogħol ta' dqiq, injam u affarijiet oħra, illum m'għadhomx hemm u b'hekk qed jikkawżaw ħafna traffiku, storbju u inkonvenjent għar-residenti tat-triq u għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet biex jitneħħew l-yellow lines in kwistjoni għaliex il-bakery in kwistjoni mhux eliġibbli għal un/loading bay skont il-policies applikabbli.
Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' xogħol u servizzi jforni l-maintenance department fi ħdan Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha żewġ dipartimenti fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura li jagħmlu xogħol ta' maintenance, u li huma l-Maintenance Department u Domestic Road Construction & Maintenance Unit.
Il-
Maintenance Department
jieħu ħsieb izomm f’kundizzjoni tajba kif ukoll isewwi ħsarat ta’ natura ġenerali. Fost oħrajn:
· Isir xogħol relatat ma’ impjanti bħal sistemi ta’ arja kkundizzjonata, trattament ta’ drenaġġ, sistemi ta’ sigurta’ kontra n-nar kif ukoll ġeneraturi tal-elettriku;
· Stallazzjonijiet kollha tal-elettriku w ilma fl-uffiċini ta’ Transport Malta;
· Stallazzjoni u manteniment ta’
navigational aids
fl-ibħra Maltin;
· Ħsarat fuq mollijiet kif ukoll
breakwaters
jiġu studjati u eżegwiti wkoll minn dan id-dipartiment. F'dan il-każ, is-servizz ivarja minn twaħħil u manutenzjoni ta' dwal u
fenders
kif ukoll tiswijiet tal-istruttura nnifisha kemm fuq kif ukoll taħt il-baħar;
· Amministrazzjoni taż-żoni riservati għall-għawwiema;
· Ġarr ta’ għamara minn uffiċċju għall-ieħor. Ma’ dan il-ġarr, spiss isiru wkoll alterazzjonijiet tas-servizzi biex jakkomodaw lil min ikun ser jagħmel użu mill-uffiċċju. Isiru wkoll xogħlijiet ġenerali oħra bħall-organizzazzjoni ta’ apparat waqt konferenzi u diversi xogħlijiet oħra ta’ manteniment.
Id-Domestic Road Construction & Maintenance Unit
huwa responsabbli għal xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq arterjali u distributorji. Dawn ix-xogħljiet jinkludu tiswijiet fuq ħsarat li jirriżultaw u xogħol preventiv biex titwal is-
service life
tat-toroq u jitjieb l-aspett tas-sigurta’ tat-toroq in generali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-toilets li hemm fil-Marina tal-Imsida jinsabu magħluqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toilets li hemm fil-Marina tal-Imsida jinsabu magħluqa għaliex ma kienux parti mill-privatiżżazzjoni tal-istesss Marina. Iċ-ċwievet ta' dawn it-toilets se jiġu trasferiti minn Transport Malta lid-Dipartiment tal-Artijiet u huwa dan id-Dipartiment li għandu l-kompitu li jistabilixxi kif għandhom jintużaw fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta, skont dawn il-kategoriji separatament: trailers, trucks, cranes, skid steer loaders, road sweepers, skip loaders, low loaders, excavators, mini excavators, garage trucks u trenchers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi tar-roundabout ta' Triq Santa Katerina Ħ'Attard, kif qed jidher fis-site plan li qed tintbgħat separatament, hemmx xi inċidenza partikolari ta' inċidenti tat-traffiku bejn vetturi li jkunu deħlin/ħerġin mill-garaxx tagħhom u oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li se jsiru x-xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat, u minħabba li fil-parti ta' din it-triq li qiegħda fix-Xewkija magħrufa bħala tal-ħniena u tal-barmil hemm periklu għar-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu t-triq biex imorru għall-ħwienet u anke l-Knisja, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsiru pelican lights jew xi mezz ieħor li permezz tiegħu n-nies ikunu jistgħu jaqsmu t-triq mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid u jagħti d-dettalji ta' kemm hemm berths disponibbli F'Malta u Għawdex? Jista’ jgħid preżentement kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fuq il-waiting list?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn madwar 1661 berth disponibbli fil-yacht marinas. Dawn huma maqsumin kif ġej:
Msida u Ta' Xbiex 837
Grand Harbour Marina 250
Portomaso 110
Manoel Island Marina 204
Mġarr 210
Gżira 50
Minħabba li l-
yacht
marinas
huma operati minn operaturi differenti m’huwiex vijabli li tinżamm lista nazzjonli ta' kemm hemm applikazjonijiet pendenti għal
berths
f'
yacht
marinas
. Dan għaliex sid ta'
yacht
jista’ jkun applika ma’ diversi operaturi ta'
yacht
marinas
jew waqt li għandu
berth
f'y
acht
marina
jkun applika għal
berth
alternattiva
f'yacht
marina
oħra.