Skejjel primarji tal-knisja — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-knisja rispettivament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-knisja kollha hemm total ta’ 1,834 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.
Skejjel primarji tal-privat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-privat rispettivament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-privat kollha hemm total ta’ 498 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat fi grad ta’ edukatur mhuwiex intitolat għal vacation leave.
Tagħlim ta’ lezzjonijiet privati — Regolamentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed iħejji politika li tirregola t-tagħlim tal-lezzjonijiet privati mhux fil-ħin tal-iskola biex ikunu restritti għall-għalliema kwalifikati u liċenzjati biss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Għaxaq — Skola Primarja – Nefqa fuq xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12935 jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew misjuba fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq u x’tiswijiet saru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rinforzar fl-istruttura tas-suffett li tas-sala tal-iskola msemmijja. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li wara li tlestew dawn ix-xogħlijiet, l-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol tat l-awtorizzazzjoni biex is-sala tinfetaħ għall-pubbliku.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Naxxar — Trasport għall-iskejjel primarji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13350, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u n-Naxxar, li jitwasslu l-iskola permezz ta’ trasport ipprovdut mill-Ministeru, maqsuma skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skola
Total ta’ studenti
Mellieħa
150
San Pawl il-Baħar
231
Qawra
4
Naxxar
117
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata bħala każin sportiv jew ċentru sportiv jew għal xi skop ieħor minn għaqda sportiva li iżda mhux proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Laqgħat — Konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta` persuni li ġew mistiedna biex jattendu laqgħat tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti għall-fini ta' konsultazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ċar li l-kompożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti rappreżentanza ta’ diversi stakeholders.
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ għalliema detenturi ta’ warrant permanenti u temporanju rispettivament li huma mniżżla fir-reġistru tal-għalliema għas-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Tip ta’ warrant
Numru t’għalliema
Permanenti
12602
Temporanju
109
Temporanju mġedded
673
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ għalliema li ngħataw warrant permanenti u temporanju fis-sena 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Tip ta’ warrant
Numru t’għalliema li ngħataw warrant fis-sena 2023
Permanenti
168
Temporanju
359
Temporanju mġedded
874
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ investigazzjonijiet ta’ mġieba professjonali ħażina, negliġenza serja jew inkompetenza minn xi għalliem għall-perjodu 2013-2023 maqsuma sena sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi sar total ta’ 16-il investigazzjoni.
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ warrants permanenti u temporanji li ġew sospiżi, ikkanċellati u integrati mill-ġdid għall-perjodu 2018-2023, maqsuma sena sena u r-raġuni għal kull sospensjoni, tħassir u re-integrazzjoni ta’ warrant?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 2 warrants permanenti li ġew sospiżi, 5 ikanċellati filwaqt li warrant 1 ġie integrat mill-ġdid. Fir-rigward tal-warrants temporanji kien hemm 3 li ma ġewx imġedda. Għal raġunijiet ta’ sigurta u privatezza, l-Ministeru mhux ser jippublika iżjed informazzjoni fuq dawn il-każijiet.
Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema – Online database ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf milli jkun aċċessibbli online d-database tal-għalliema fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema u meta jkun aċċessibbli għal min irid jaċċessah permess ta’ https://education.gov.mt/ctp/?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikjarifika d-domanda tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Sportivi — Studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarja - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f' xi tip ta' sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jirrappreżentaw lil Malta - Safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif is-sistema edukattiva qed tagħti sapport fit-tliet livelli ta' edukazzjoni differenti (sekondarju, post sekondarju u terzjarju) meta dawn l-istudenti jkunu mitluba li jsiefru biex jirrappreżentaw lil Malta jew inkella jkunu mitluba li jattendu għal training biex jiġu preparati għall-kompetizzjonijiet relattivi fl-isport tagħhom waqt il-ħin tal-lezzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jirrappreżentaw lil Malta - Għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġu megħjuna l-istudenti li huma wkoll sportivi u jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom speċjalment dawk ta' taħt is-16-il sena, kif ukoll f'livell post sekondarju fejn jidħlu noti u spjegazzjoni tal-lezzjonijiet partikulari li huma jkollhom jitilfu biex jattendu għal dawn l-attivitajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jkomplu l-isport tagħhom fuq livell aktar avvanzat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta' studju jew ingħatatx xi tip ta' attenzjoni fejn wieħed jara jekk hemmx xi korrelazzjoni bejn l-istudenti li jkomplu l-isport tagħhom fuq livell aktar avvanzat mill-bqija u ċjoè li jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-isport tagħhom u jekk dawn humiex qed jingħataw l-opportunità kollha meħtieġa biex ikollhom ukoll suċċess akkademiku, dan in kwantu li jkollhom inaqqsu l-ħin regolari tagħhom ġewwa l-klassi bħall-bqija tal-istudenti? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux qed ikollhom jagħżlu li jitilqu l-isport jew li jkomplu l-istudju akkademiku tagħhom għax is-sistema eżistenti mhux qed toħloq bilanċ u sapport reċiproku bejn it-tnejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099 u 14208 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-bidu u t-tmiem tat-terminu tal-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema kurrenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri għandhom terminu ta’ tliet snin iżda ma jistgħux iservu għal aktar minn tliet termini konsekuttivi li dan jibda meta l-membri jiġu appuntati ai termini tal-artikolu 26 tal-Kap. 327 tal-Liġijiet ta’ Malta.