Tista’ l-Minsitru tgħid x’kienet ir-raġuni li ġew mibdula s-serraturi ta’ bibien li jagħtu għal ċertu dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li in vista tal-proċess u proġett tar-retro fitting tal-Ministeru għal Għawdex, ser jinbidel kollox. B’hekk ser ikollna uffiċċini ġodda, moderni u energy efficient.
Tista’ l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanti ppreżentati mal-applikazzjoni li saret mill-Awtorità tal-Ippjanar
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ser issir preżentazzjoni pubblika tal-proġett skont kif skedat fil-pjan ta’ ħidma tal-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur għadu ma bediex u dan minkejja Press Conference li saret kważi tliet xhur ilu fejn tħabbar li kellu jibda x-xogħol? Tista’ tgħid jekk sadanittant wara dik il-Press Conference ċedietx parti mit-triq imsemmija, peress li din hija magħluqa? Meta mistennija tinfetaħ għat-traffiku din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-rerouting tas-servizzi flimkien ma’ iktar analiżi fuq it-terren tat-triq u tal-madwar minħabba sfidi ġeoloġiċi li rriżultaw wara li sar l-ewwel ‘coring’ fit-triq. Ix-xogħol ta’ taħmil ser jibda’ f’Diċembru. Dan huwa xogħol maġġuri u mhux sempliċement tqaxxir tal-wiċċ u asfaltar. Iridu jiġu ndirizzati wkoll problemi li rriżultaw minħabba snin twal ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u xogħol maġġuri f’din it-triq.
Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ karozzi, vetturi u makkinarju ġdid
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda, vetturi ġodda u makkinarju ieħor mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Fil-każ ta’ karozzi ġodda, x’kien il-mudell ta’ kull karozza li nxtrat u kemm kienet tiswa kull karozza? Minn min intużat jew qed tintuża kull karozza minn dawk li nxtraw wara Marzu 2013?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5898 u ċjoè: Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f’Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018? Tista’ tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders? Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f’din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5898.
Construction and Maintenance Unit u Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp – użu ta concrete mesh u rods
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw fuq kull proġett? Tista’ tgħid min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods fuq kull proġett u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Tista' l-Ministru tgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRU 7534 NEFQA FUQ REKLAMAR FACEBOOK.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il tunnellata ta' alka nġabret mill-bajjiet ta’ Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Mil-liema bajjiet inġabret din l-alka u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena biex inġabret l-alka? Tista’ tgħid ukoll x'isir mill-alka, wara li tinġabar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 7846 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Ġbir ta alka mill-bajjiet.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema xahar tas-sena 2018 hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ skavar għall-pixxina ġewwa l-area tal-Gozo Sports Complex? Tista' tgħid liema kuntrattur ħa dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol ta' skavar? Tista' tgħid x'sar minnu l-Public-Private Partnership (PPP) li kien ġie ffirmat mill-Ministru ta' qabilha, dwar dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tat-tendering bħalissa qiegħed sospiż peress li ġiet sottomessa oġġezzjoni quddiem il-PCRB. Għaldaqstant ix-xogħol ta’ skavar għall-pixxina ġewwa l-area tal-Gozo Sports Complex jibda ladarba jintemm dan il-proċess.
Ministeru għal Għawdex – files jew dokumenti distrutti
Question
Tista' l-Ministru tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti a bażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsmuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:
a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s’issa?;
b. Għal liema okkażjonijiet saru?;
c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?;
d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;
e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;
f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;
g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u
h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-
roundabouts
u x’inhu l-grad tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Culture Unit, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Xi grad huma u x'titlu għandhom dawn il-ħaddiema? Fil-każ ta' ħaddiema li daħlu ġodda, tista’ l-Ministru tgħid meta ġew ippubblikati s-sejħiet għalihom? Tista’ tgħid ukoll mil-liema post qed jaqdu dmirijiethom dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:PQ 7843 - Gozo Culture Unit - Ħaddiema.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jaħdem ma’ entitajiet jew kumpaniji privati bil-għan li jinstabu jew jinbnew djar għall-anzjani f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv f'liema lokalitajiet f'Għawdex qed isir dan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Manifest Elettorali hemm mira ta’ 500 sodda u għal dan il-għan, għaddejjin diversi taħdidiet kemm mad-Djoċesi t’Għawdex kif ukoll mas-settur privat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f’tiswijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ tista’ tgħid liema kien il-vapur li fuqu saret it-tiswija? Fiex kienet tikkonsisti t-tiswija, lil min kienet ikkummissjonata t-tiswija u kemm kienet l-ispiża għal kull tiswija li saret?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Ministeru għal Għawdex – ramel u żrar li intuża mid-Direttorati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u x’tip ta’ ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena fuq dan il-materjal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm proprjetajiet mikrija mill-Ministeru għal Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid f’liema raħal jinsabu dawn il-proprjetajiet u għal liema raġuni nkrew, kif ukoll għal kemm-il sena nkrew u kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b’sena? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinkrew iktar binjiet f’Għawdex u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta’ Multi-Modal Hub ġewwa x-Xewkija ħdejn il-Korsa taż-Żwiemel? Tista’ tpoġġi kopji tal-pjanti, site plan, il-PA number kif ukoll kopja tal-permessi, għal dan il-proġett peress li issa ġie ppubblikat it-tender u allura jidher li hemm il-permessi meħtieġa? Kemm hu stmat li jiġi jiswa dan il-proġett? Min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett? Meta hu ppjanat li jibda dan il-proġett u jitlesta u kemm hi l-istima ta’ dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa l-proġett tal-Park and Ride li jifforma parti mid-decarbonisation strategy tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.