Additional Protocol to the European Social Charter Providing for a System of Collective Complaints
Question
Jista' l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se jkun iffirmat, u eventwalment ratifikat, l-Additional Protocol to the European Social Charter Providing for a System of Collective Complaints (ETS No. 158)?
Response (BORG, TONIO)
Id-deċizjonijiet dwar ratifika ta' Konvenzjonijiet isiru mill-Ministeru konċernat. Il-Ministeru tiegħi imbagħad iwettaq dik id-deċiżjoni. Għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk Malta għadhiex beħsiebha torganizza l-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat 5+5 f’Ġunju li ġej? L-istati membri kollha aċċettaw li jieħdu sehem? Minħabba t-turbulenza politika li tinstab għaddejja fir-reġjun tal-Mediterran bħalissa, ġiet riżolta l-parteċipazzjoni tal-istati membri ta’ dan il-grupp? Hemm xi pajjiżi li qed jinsistu dwar min għandu jirrappreżenta lil min f’din il-laqgħa sakemm ma ġietx posposta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta għandha ħsieb li torganiżża l-laqgħa ta' kapijiet ta' stat tal- 5 + 5. Però, l-laqgħa trid tiġi preċeduta minn laqgħa Ministerjali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin mill-Presidenza Taljana. Peress li minbarra s-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Afrika, din il-laqgħa ġiet posposta darbtejn, il-laqgħa ta' Malta se tiġi posposta sakemm issir il-laqgħa Ministerjali fuq imsemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma ħareġ l-ebda tender għal servizzi klerikali matul is-snin 2010 u 2011.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Family Friendly measures
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-preżent:
a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’
family friendly measures
bħal
teleworking,
sigħat imnaqqsa
, parental leave,
u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol;
b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq;
ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri
family friendly
li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u
d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, jgħarraf lill-Kamra kemm hemm mistoqsijiet parlamentari li ilhom li saru aktar minn xahrejn u għadhom pendenti billi ma ngħatatx tweġiba għalihom; Ministeru b'Ministeru;
a) fuqiex titratta kull mistoqsija parlamentari;
b) jekk tweġbux mill-awtoritajiet konċernati; u
ċ) x'inhi r-raġuni jew raġunijiet għad-dewmien?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemmx mistoqsijiet parlamentari pendenti għax ma ngħatatx tweġiba għalihom mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza ta’ persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23581.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema mhux Maltin
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġewx impjegati ħaddiema mhux Maltin f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara l-każ ta' omm, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li missierha u ħutha kollha għandhom ċittadinanza Maltija u jgħixu Malta, imma hija telqet minn Malta meta kellha 19-il sena u issa ġiet Malta u ma jridux jagħtuha dual citidenship meta din qiegħda tgħix f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates ikun jista' jeżamina d-dritt tal-persuna konċernata għaċ-ċittadinanza Maltija, meħtieġa aktar informazzjoni u dokumentazzjoni minn dak ipprovdut.
Għal dan il-għan hija mitluba li tikkuntattja li d-dipartiment imsemmi.
Tfal b'ġenituri b'ċittadinanza ta' pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid it-tfal imwielda f'pajjiżna minn ġenituri barranin b'ċittadinanza ta' pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu regolarment f'pajjiżna u li jingħatalhom ukoll numru ta' identità mar-reġistrazzjoni tat-twelid, xi drittijiet għandhom f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tfal li qed jirreferi għalihom ma jgawdux drittijiet speċjali minħabba l-fatt li twieldu Malta. Iżda bħal barranni oħra, jistgħu jakkwistaw permess għal residenza fi-tul skont id-Direttiva Ewropeja.
persuni b'visa f'Malta li jeħlu sentenzi mill-qorti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk third country nationals li jkunu b'visa f'Malta u jeħlu sentenzi sospiżi mill-Qrati ta' Malta, jibqgħux f'Malta jew inkella jiġux deportati?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 23522.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — rapport ta' ħidma
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tat-tielet sena ta' din il-leġislatura?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-vakanzi eżistenti ġewwa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huma:
Assistent Direttur - Direttorat taċ-Ċittadinanza u Expatriates
Assistenti Diretturi - Direttorat Financial Management
Direttur - European Affairs
Direttur - European General Affairs and Economic Cooperation
Second Secretary
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet fir-rigward tal-Assistent Direttur, Direttorat taċ-Ċittadinanza u Expatriates saret u l-proċess huwa fil-fażi finali waqt li l-applikazzjonijiet għal-post ta' Second Secretary huma miftuħa u jagħlqu fis-6 ta' Mejju 2011. Sejħiet għal mili ta' vakanzi l-oħrajn jinħarġu hekk kif tingħata l-approvazzjoni.
United Nations Sanctions Committee — kumpaniji reġistrati Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid din is-sena s’issa kemm ġew rapportati kumpaniji reġistrati Malta lil United Nations Sanctions Committee għall-investigazzjoni? Jista' jagħti lista dettaljata dwarhom kif ukoll ta’ liema sanzjonijiet speċifiċi kienu qegħdin allegatament jiksru?
Response (BORG, TONIO)
S'issa matul l-2011 ma kienet irrappurtata l-ebda kumpanija reġistrata f'Malta lill-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Magħquda fuq ksur ta' xi sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Magħquda. Madankollu, fil-25 ta' Marzu 2011, Malta, konformi mal-provvedimenti tar-riżoluzzjonijiet 1970 (2011) u 1973 (2011) adottati mill Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Magħquda fuq il-Libja, u permezz tar-rappreżentant Permanenti tagħha għall-Ġnus Magħquda, ġabet għall-attenzjoni tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet, li vapur li jtajjar il-bandiera Maltija li kien qed ibaħħar lejn il-Libja mill-Greċja b'tagħbija ta' fuel ma tħallix ikompli bil-vjaġġ tiegħu lejn il-Libja u ntalab jirritorna lejn il-Greċja.
uffiċjali tal-Gvern Libjan — talba biex jiġu jew jieqfu Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid il-Gvern Malti f’dawn l-aħħar jiem kellux xi talbiet mingħand membri u/jew uffiċjali tal-Gvern Libjan biex jiġu jew jieqfu Malta? Jekk iva, jista' jelabora dwar dan? X’kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Libjan talab biex jiġu żewġ uffiċjali f'dawn l-aħħar ġimgħat. L-uffiċjali kkonċernati kienu s-Sotto Segretarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali Mohamed Tahir Siala u d-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Abdelati Al-Obeidi. Il-Gvern Malti laqa' dawn it-talbiet u dawn l-uffiċjali kellhom laqgħat f'Malta nhar id-9 ta' Marzu u l-4 ta' April rispettivament.
Kien hemm talba waħda mil-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin Abdulati Alobeidi sabiex iwassal messaġġ mill-Gvern Libjan
Unjoni Ewropea — sanzjonijiet fuq pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista tal-pajjiżi kollha li l-Unjoni Ewropea għandha xi sanzjonijiet fil-konfront tiegħu/tagħhom? F'kull każ Malta qed tipparteċipa ukoll f'dawn is-sanzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
L-Unjoni Ewropea bħalissa għandha fis-seħħ Miżuri Restrittivi u Sanzjonijiet fil-konfront ta' pajjiżi li jidhru fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta tipparteċipa f'dawn is-sanzjonijiet kollha peress li r-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea torbot lil kull Stat Membru tal-Unjoni b'mod dirett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'passi ħa l-Gvern Malti biex inaddaf isem pajjiżna wara d-diskors li lissen il-preżentatur tar-RAI Massimo Giletti fuq programm ewlieni fl-Italja fil-konfront ta' pajjiżna u l-immigrazzjoni irregolari? In vista tal-kjarifika mqanżħa li xandar Giletti nhar it-3 ta' April, 2011 il-gvern se jieħu passi legali ulterjuri?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Malti ħa passi sabiex
(a) jintervjeni fil-programm 'live' tas-27 ta' Marzu 2011 permezz tal-Ambaxxatur biex jiċħad l-allegazzjonijiet;
(b) kiteb ittra ta' protesta lid-diriġenza tar-RAI, li sunt tagħha ġiet imxandra fit-3 ta' April 2011;
(c) note verbale lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja dwar din il-kwistjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm Maltin ibbenefikaw u f'liema ammonti mill-programm Media tal-Unjoni Ewropea taħt id-diversi forom tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jgaħmel il- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar safar li sar mill-Uffiċċjali tal-Head Office mill-2008 sal-2010. Spejjeż li saru din is-sena għadhom fis-stadju li jingħalqu.
Spejjeż li saru mid-diversi Ambaxxati u Uffiċċji Rappreżentattivi matul is-snin imsemmija għadhom qed jinġabru.
Laqgħa mal-uffiċjali tal-Libyan Transitional Council
Question
Billi kien mifhum li l-Ministru kellu jiltaqa ma' uffiċjali tal-Libyan Transitional Council waqt li kien għall-konferenza dwar il-Libja f'Londra, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk din il-laqgħa saritx? Jekk le, għaliex jidher li nbidlu l-pjanijiet ddikjarati fil-media tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx minnu r-rapport li deher li kienet ippjanata laqgħa ta' dan it-tip.