Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korpi Dixxiplinati - Long Service Allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35495 u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-Long Service Allowance hija miżura li ġiet introdotta permezz tal-aħħar Ftehim Kollettiv għall-Impjegati fis-Servizz Pubbliku. Skont dan il-Ftehim, tali allowance hija effettiva mill-1 ta’ Jannar 2026.

Awtorità tad-Djar - Skemi ta’ aċċessibiltà – Talbiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35362 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29566, 29859 u 33138, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità tad-Djar, għal għajnuna lill-għaqdiet volontarji, soċjali jew kulturali, biex dawn ikunu jistgħu jtejbu l-aċċess għal dawk li jużaw l-istess faċilitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm mit-talbiet li waslu għand l-awtorità fil-fatt intlaqgħu, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti, u f’kull każ jgħid fejn it-talbiet kienu milqugħa u kemm kien l-ammont ta’ flus li fil-fatt ingħataw?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat  illi t-tweġiba hija l-istess bħal Mistoqsija Parlamentari numru 29566, b'żieda waħda ta' €100,000 lill-għaqda non-governattiva ta' ''National federation of past pupils and friends of Don Bosco" sabiex il-federazzjoni tinstalla u tagħmel xogħlijiet neċessarji fuq CCTV cameras u tagħmel xogħlijiet ta' ventilazzjoni fil-partijiet komuni tal-proprjetà.

Is-Servizz Pubbliku - Sejħa għal Senior Principals

Question

B' referenza għas-sejħa ta' Senior Principals fis-Servizz Pubbliku li ħarġet fi Frar li għadda, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Korpi Dixxiplinati - Long Service Allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35084 u 35313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Servizz Pubbliku - Klassi Legali - Ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tiġdid tal-ftehim kollettiv tal-Klassi Legali tas-Servizz Pubbliku u dan fid-dawl tal-fatt li l-istess ftehim ilu għaxar snin li skada?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħalissa jinsab fil-proċess.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34160, 34436, 34803 u 35052 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tas-Segretarju Parlamentari , id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu kampanji ta’ edukazzjoni rigward il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru (16-il jum t'Attivizmu), kampanji edukattivi dwar l-istigma tal-perjodu xprunati mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u kampanji ta’ għarfien relatati mad-dover tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis fir-rigward tal-harm and risk reduction. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159, 34435, 34802 u 35051 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Riforma fil-Midja Soċjali - Konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Riforma fil-Midja Soċjali li saret fl-4 ta’ Diċembru 2025? Jekk iva, minn min wasal dan ir-rispons u x’kien ir-rispons fis-sustanza tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-midja soċjali qanqlet interess kbir. Saru kważi 200 sottomissjoni formali fuq is-sit uffiċjali publicconsultations@gov.mt u kien hemm madwar 10 sottomissjonijiet oħra li ntbagħtu dirett lis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi u lill-Ministeru għall-Familja, li qed imexxu flimkien dan il-proċess. Barra minn hekk, bħala parti minn dan il-proċess saru tliet laqgħat pubbliċi u numru kbir ta’ laqgħat ma’ stakeholders ewlenin, fosthom edukaturi, regolaturi, għaqdiet taż-żgħażagħ u ġenituri. B’konsultazzjoni daqshekk wiesgħa u mifruxa ma naqsux fehmiet u opinjonijiet differenti, u kultant kuntrastanti, dwar ir-regolamentazzjoni li tista’ ssir. Bħalissa l-kumitat tekniku, li qed jitmexxa mis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg, qiegħed fil-proċess li jagħmel analiżi tas-sottomissjonijiet u r-reazzjonijiet varji li saru, u jeżamina wkoll x’qed isir fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħrajn, qabel ikun jista’ jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern dwar it-triq ’il quddiem.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634, 34846 u 35011 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290, 34646 u 34879 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ir-Rabat, Bormla, Is-Siġġiewi u l-Imsida - Proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31940 u jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fir-Rabat u Bormla, u l-estensjoni tas-Siġġiewi u l-Imsida?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.