Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #560 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

ikel tal-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jordna li b’effett immedjat l-ikel tal-ħabs ikun aktar varjat u nutritiv u jitħejja fil-kċina dejjem aktar nadifa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed tiġi indirizzata a bażi ta’ aktar varjeta’ tal-ikel kif ukoll permezz ta’ attenzjoni akbar għall-indafa tal-kċina. Kull priġunier huwa provdut 3 ikliet fil-ġurnata ( breakfast – lunch – dinner ). Il-menu huwa varjat u mqassam fuq gimgħatejn u kull ġurnata priġunier għandu għażla fil-menu tal-ġurnata għal kull ikla bejn platt u ieħor. Apparti minn hekk, u in regola mar-Regolamenti tal-Ħabs 1995, kif ukoll mal- European Prison Rules , priġunieri fuq dieta speċjali minħabba mard, jitħejjilhom ikel apposta skont kif jordna t-tabib. L-ikel tal-ħabs jirrispetta wkoll esiġenzi reliġjużi li jistgħu jesprimu priġunieri partikolari. Fir-rigward tal-indafa fil-kċina, nassigura lill-Onorevoli Interpellant li jsir kull sforz sabiex l-indafa fil-kċina tibqa dejjem timmiljora.
Leg 11 PQ #561 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Parole Board — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Parole Board? Kemm-il darba ltaqa' u x’iddeċieda? Kemm-il każ ġie aġġudikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Parole Board għadu fil-proċess li jitwaqqaf.
Leg 11 PQ #562 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

European Prisons Rules — klassifikazzjoni tal-inmates

Question

Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb il-gvern li jara li joħloq klassifikazzjoni tal-inmates skont l-istrutturi u r-regoli tal-European Prisons Rules? F’liema data approssimattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi, fil-limiti ta’ dak li huwa possibbli u prattikabbli, diġa ssir distinzjoni meta inmates jiġu biex ikunu allokati, u dan a bażi ta’ numru ta’ kriterji li huma konsistenti mar-regoli tal-European Prisons Rules. Fil-fatt issir distinzjoni fuq bażi ta’: Sess; Eta’; ċioe jekk hux taħt l-wieħed u għoxrin sena jew le; Jekk huwiex diġa’ qed iservi sentenza jew le; Jekk ġiex kundannat għall-ewwel darba jew aktar minn darba; It-tul tas-sentenza ta’ priġunerija;
Leg 11 PQ #563 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Offenders Assesment Board — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Offenders Assesment Board? Kemm-il darba ltaqa' u x’iddeċieda? Kemm-il każ ġie assessjat s’issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Offenders Assessment Board huwa kompost minn: Sinj. Roberta Zahra de Domenico Sinj. Anna Maria Mangion Sur Anthony Schembri Sur Joseph Vella Sinj. Roberta Holland Il-Bord twaqqaf fi Frar 2012 u minn dak iż-żmien ’l hawn iltaqa’ tlettax-il darba. F’dawn il-laqgħat qegħda tiġi mfassala il-proċedura li sa tkun addotta għal finijiet li għalihom ġie imwaqqaf dan il-Bord skont l-artiklu 4 tal-Att Dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516.
Leg 11 PQ #564 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

priġunieri li jaħdmu barra mill-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ priġunieri li jaħdmu barra mill-ħabs? Kif jintagħżlu? Min jagħżilhom? Qatt saru xi rakkmandazzjonijiet a skapitu ta’ oħrajn mhux rakkmandat? Għar-rigward dawk li jaħdmu jew mal-President jew mal-kunsilli lokali, l-inmates se jibqgħu jaħdmu hemm b’paga sħiħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent priġunieri jaħdmu barra l-Faċilità hemm għaxra. Wieħed qiegħed bil-Pre-release Prison leave u qed jaħdem b’ mod regolari ma’ ditta privata. Id-disgħa l-oħra qegħdin fuq xogħol fil-kommunità. Dawn intgħażlu mid-Direttur wara li jiġu konsultati diversi uffiċjali u professjonisti li jaħdmu fil-Faċilità. Fost ir-rekwiżiti dawn il-priġunieri jridu jkunu ta’ imġieba tajba, ndaf minn droga u alkaħol, u li jkunu il-Faċilità l-ewwel darba għalkemm persuni li kienu drabi oħra fil-Faċilità jiġu kkunsidrati. Iridu wkoll ikollhom ħila u ħeġġa f’xogħol li jista’ jiġi assenjat lilhom. Għar-rigward il-priġunieri li jaħdmu jew mal-President jew kunsilli lokali dawn ma jieħdu l-ebda paga, iżda biss is-sodisfazzjon li qed jagħtu kontribut lis-soċjetà.
Leg 11 PQ #565 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

priġunieri li jaħdmu fil-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ priġunieri li jaħdmu fil-ħabs? Kif jintagħżlu? Min jagħżilhom? Qatt saru xi rakkmandazzjonijiet a skapitu ta’ oħrajn mhux rakkmandati? Jista' jagħti breakdown tan-numru skont l-oqsma/dipartimenti li fihom jaħdmu? Kemm qed igawdu miż-żidied għall-għoli tal-ħajja l-inmates u kif dawn iż-żidied huma riflessi fil-pagi tal-inmates? Jaf li l-inmates ilhom bl-istess paga għal dawn l-aħħar għaxar snin u li għall-inmates m'hemmx bonus u perkaċċi bħalma għandu ħaddiehor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent priġunieri assenjati xogħol fil–Faċilità Korrettiva hemm 265. Dan in-numru jista jinbidel minn-ġurnata għall-oħra għal diversi raġunijiet; fosthom jew għax priġunier ikun skonta s-sentenza, jew għax ma jkunx ta’ imġieba tajba. Oqsma/ Dipartimenti Tindif 181 General maintenance 20 Kċina 10 Forn 7 Gym 2 Officers Mess 4 Stores 5 Fitter workshop 2 Tuck shop 5 Bookbinding 4 Sprayer worksop 2 Mechanic workshop 1 Carpenter 1 Electrcian workshop 9 School/Library 5 Bookbinding 3 Adminisration block 4 Kif priġunier jidħol il-Faċilità, isirulu numru ta’ mistoqsijiet fosthom jekk jaħdimx u fl-liema sengħa jew ħila huwa kapaċi. Priġunieri sentenzjati u dawk li ġa għandhom is-sengħa huma preferuti. Irridu jkunu medikament b’saħħithom għal ċertu xogħol. Għal xogħol fejn hemm bżonn ċertu iġene bħal kċina u forn, il-priġunieri iridu jkunu ċertifikati mit-tobba tal-Faċilità li huma ħielsa minn ċertu mard bħal Hepititis etc. Irridu ikunu nodfa mid-droga u juru mġieba tajba. Irid jiġi aċċertat ukoll il-livell ta’ sigurtà, billi l-priġunieri speċjalment dawk li jkunu jaħdmu f’ diversi partijiet tal-Faċilità u fejn ikun hemm għodda. Dwar priġunieri li jaħdmu fi snajja jiġu ikkonsultati l-uffiċjal ta’ sengħa li miegħu jista’ jkun li priġunier ser jiġi assenjat. Għar-rigward ta’ dawk li jaħdmu f’ Diviżjoni stess fuq xogħol ta’ tindif, il-livell ikun aktar baxx. Għal dan ix-xogħol, il-priġunieri jintagħżlu mill-uffiċjali inkarigati mit-taqsima. Dawk il-priġunieri kollha li jaħdmu jieħdu allowance ta’ 6.99 Eur fil- ġimgħa.
Leg 11 PQ #566 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

rapporti li saru minn inmates

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ rapporti li saru minn inmates kontra uffiċjali bejn is-snin 2002 u 2012, sena b’sena? X’kienu jittrattaw l-allegazzjonijiet f’dawn ir-rapporti? Il-persuni li jistħarrġu dawn ir-rapporti huma uffiċjali tal-ħabs? Kif tnaqset l-indipendenza u l-imparzjalità ta' dawn in-nies meta kienu qed jiġġudikaw lil sħabhom stess? X’kien l-eżitu tal-każijiet kollha u x’rakkmandazjonijiet il-Ministru jħoss li għandu jagħmel f’dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din it-tip ta’ informazzjoni ma hijiex miżmuma taħt forma ta’ statistika. Ma hix okkorrenza komuni li priġunier jirrapporta uffiċjal tal-ħabs lill uffiċjal ieħor tal-ħabs. Il-Bord ta’ Viżitaturi tal-Ħabs għandu aċċess u kuntatt kontinwu mal-priġunieri u jitkellem magħhom b’mod kunfidenzjali. Il-Bord odjern irċieva tlett ilmenti dwar uffiċjali tal-ħabs. It-tlett ilmenti kienu ġeneralment dwar allegazzjonijiet ta’ trattament preferenzjali u mwieġba u kliem mhux addattat fil-konfront ta’ priġunieri. Żewġ uffiċjali li dwarhom kien hemm ilment illum ma għadhomx iservu fis-Servizz Korrettiv. Kif inbdew il-proċeduri ta’ investigazzjoni dawn irreżenjaw. It-tielet uffiċjal tneħħa mid-Diviżjoni fejn kien qed jinżamm il-priġunier u ma kienx hemm bżonn iktar azzjoni dixxiplinarja. Il-Bord tal-Viżitaturi jattendi s-seduti tad-dixxiplina kontra uffiċjali tal-ħabs u dan biex jiġi assigurat it-trasparenza u mparzjalita tal-proċess kollu.
Leg 11 PQ #567 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

inmates u uffiċjali — ksur ta' regolamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ (a) inmates u ta’ (b) uffiċjali li ġew irrappurtati li kisru r-regolamenti tal-ħabs bil-kommesjoni ta’ reat tad-dagħa? F’kull każ, għall-aħħar ħames snin, sena b’sena x’piena ġiet mogħtija? Il-Ministru jirċievi rapport mid-direzzjoni tal-ħabs? Dan ir-rapport huwa dwar inmates biss jew, kif għandu jkun dwar in-nuqqasijiet tal-uffiċjali ukoll? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn ir-rapporti? Teżisti xi forma ta’ indifferenza quddiem id-dagħa bħala ksur ta’ regolament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi ma jintbagħat ebda rapport mid-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva dwar passi dixxiplinari kontra uffiċjali u/jew priġunieri rigward il-ksur tar-regolament indikat mill-interpellant. Din l-informazzjoni ma tinżammx taħt xi forma ta’ statistika.
Leg 11 PQ #568 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

inmates li jkunu jridu jkellmu lid-direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex inmate ikellem lid-direttur? Jikkonferma li hemm inmates li ilhom ix-xhur, jekk mhux is-snin jistennew dan? Kif tista' titjib din il-proċedura biex titnaqqas il-waiting list?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Direttur tal-Faċilità korrettiva huwa kontinwament disponibbli mhux biss għal priġunieri, imma wkoll għal qraba u l-għajnuna legali tagħhom, u dan bħala parti mix-xogħol tiegħu ta’ kuljum. Bil popolazzjoni dik li hija bħalissa, mhux possibli li awtomatikament jkellem lil kull priġunieri fil-hin li jkunu jixtiequ huma. Il-priġunieri għandhom aċċess ukoll għal Inmate Services Unit, l-uffiċju tas-Social worker u uffiċini oħra biex iwasslu il-messaġġ tagħhom.
Leg 11 PQ #569 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

uffiċjali tal-ħabs — on-going training u speċjalizzazzjoni

Question

Jista' l- Prim Ministru jgħid x’korsijiet ta’ aġġornament saru tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena bħal on-going training u speċjalizzazzjoni biex l-uffiċjali tal-ħabs ikunu aktar professjonali u mimlija bl-għarfien tal-liġi u s-sens ta’ etika? X’għamel il-gvern biex jeqred il-medjokrità minn fost uħud mill-istaff li jidher li m’għandhomx l-ebda ħeġġa biex itejbu l-iskills tagħhom? Kif jista' l-gvern jistenna riforma tal-inmates, b’kull rispett lejn ċertu uffiċjali, meta dawn għandhom bżonn riforma mill-qiegħ nett huma stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ħames snin sar taħriġ lill-uffiċjali tal-Ħabs kif jidher hawn taħt: 2009 Basic Weapon Safe Handling & Use Course 2010 Użu ta’ pepper spray 2010 Dog handling instructor course 2010 Control & Restrain 2011 Control & Restrain 2011 Basic Weapon Safe Handling & use Course 2011/2012 Crowd Control 151 uffiċjal attendew xi tip ta’ taħriġ elenkat hawn fuq.
Leg 11 PQ #570 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

ħabs — correctional officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-kwalifiki minimi biex wieħed jidħol jaħdem bħala correctional officerfil-ħabs? Kif, u jekk hu il-każ, jistgħu jogħlew l-istandards għall-ingaġġ għal correctional officers? Jista' jassigura li kull correctional officer ikollu livell ta’edukazzjoni biżżejjed biex ikun jista' jaqdi bl-aħjar mod il-funzjonijiet dettati mill-kariga tiegħu? Id-dagħa qatt kien rekwiżit biex issir correctional officer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta’ Uffiċjali Korrettivi li ħarġet fil-31 ta’ Awwissu, 2012, l-applikanti jrid ikollhom, fost ħwejjeġ oħra, s-segwenti: 1. Tlett (3) Ċertifikati f’livell ordinarju MQF Livell tlieta (3) fi tlett (3) suġġetti jew teltt (3) Ċertifikati maħruġa minn Awtorità Rikonoxxuta li huma hekk komparabbli. Jew 2. Ikunu servew għal mhux inqas minn għaxar (10) snin f’Korp Dixxiplinat (Navy, Militar, Air Force, Pulizija jew Prison Service), u li jipproduċu rakkommandazzjoni ta’ meritu mill-Kap ta’ dak il-Korp rispettiv. Jiena ċert li b’dawn ir-rekwiżiti, fost ħwejjeġ oħrajn, il-livell għall dan l-ingaġġ għandu jieħu xejra ferm l’ quddiem. Ma jidhirlix li l-aħħar parti tal-mistoqsija għandha tiġi mwieġba.
Leg 11 PQ #585 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

PPCD u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’hijiex il-Politika tal-Gvern li jippublika dokumenti ta’ programmi li jkunu għadhom mhux magħluqa, ħlief Grant Agreements meta dawn jiġu mitluba. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant interessata li tara l-korrispondenza m’hemmx diffikulta li niffissaw appuntament mad-dipartiment konċernat. Fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, mill-kunsilli indikati kien hemm biss żewġ applikazzjonijiet, waħda mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija liema applikazzjoni ma kisbitx il-marki neċessarji biex tiġi magħżula u oħra mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li tpoġġiet fuq il-lista ta’ riserva.
Leg 11 PQ #35937 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

kunsill lokali — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ibbenefika kull kunsill lokali f'fondi mill-Unjoni Ewropea sena b'sena? Fl-liema proġetti ġew allokati jew se jiġu allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35937 fis-seduta numru 498 tal-4 ta’ Lulju 2012, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba wara li din inġabret mingħand il-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #36076 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Rabat — stabbilimenti kummerċjali - serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fir-Rabat Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġiet irrapurtata lill-pulizija serqa wahda minn stabbilimenti kummerċjali fir-Rabat Malta, li kienet għad-detriment ta’ parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Leg 11 PQ #36077 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ħad-Dingli — stabbilimenti kummerċjali - serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija f'Ħad-Dingli matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ma ġiet irrapurtata lill-pulizija ebda serqa minn stabbilimenti kummerċjali f’Had-Dingli.
Leg 11 PQ #36078 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ħaż-Żebbuġ — stabbilimenti kummerċjali - serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija f'Ħaż-Żebbuġ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija 4 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali f’Haż-Żebbug, li 2 kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Leg 11 PQ #36079 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Imġarr — stabbilimenti kummerċjali - serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fl-Imġarr Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija żewġ serqiet minn stabbilimenti kummerċjali fl-Imġarr Malta.
Leg 11 PQ #36080 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Imdina — stabbilimenti kummerċjali - serqiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fl-Imdina matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija 2 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali fl-Imdina, li t-tnejn li huma kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Leg 11 PQ #36081 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Rabat — serqiet minn karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija fir-Rabat Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha erbatax il-rapport ta’ serq minn vetturi fir-Rabat Malta.
Leg 11 PQ #36194 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

sewqan eċċessiv f'żoni residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'passi qed jieħu biex sewwieqa ta' karozzi privati li xi uħud minnhom isuqu sewqan eċċessiv f'żona residenzjali cioè f'Triq il-Vittorja l-Isla bejn il-każin tal-Partit Nazzjonalista u ċ-Ċentru tal-Partit Laburista ma jibqax isir minħabba li qed ikun hemm perikolu fit-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Isla jinsab f’kuntatt ma’ Transport Malta sabiex tinstab soluzzjoni dwar is-sitwazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Il-Kunsill Lokali qiegħed jitlob l-approvazzjoni ta’ Transport Malta sabiex ikun jista’ jagħmel humped zebra crossing u sistema ta’ no parking u għadda l-materjal u d-dokumenti meħtieġa minn Transport Malta sabiex ikun jista’ jwettaq dan.