Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37071 u jgħid meta bdew in-negozjati ma' St. Philips Hospital li eventwalment wasslu għal ftehim propost? Jista' jagħti t-time lines tal-istadji kollha tan-negozjati u minn min saru min naħa tal-gvern? Meta ddaħħlu fl-istorja kollha l-Foundation for Medical Services? Min rrapreżenta lill-fondazzjoni fl-istadji varji tan-negozjati u dan ix-xogħol ġie farmed out lil terzi? Jekk iva, lil min? Jikkonferma rapporti li n-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? X’kienu l-alternattivi li ġew ikkunsidrati? Minn min saru dawn l-istudji dwar siti jew premises alternattivi? Jista' jippublika il-minuti u d-dokumenti kollha marbutin ma' dawn in-negozjati inklużi minuti tal-laqgħat kollha li saru? Liema kienu l-auditing firms allegatament involuti fin-negozjati f’isem il-gvern u anki s-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir bozza wara l-ground tal-Gudja li minħabba d-dlam li hemm qed ikun hemm ħafna abbuż ta' droga u barra minn hekk dejjem jitfgħu skart li qed iħammeġ l-ambjent? Jista' jara li jittella' xi forma ta' ċint?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tikkonferma saritx xi talba għal din il-bozza mill kunsill lokali tal-Gudja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu jgħaddi d-dettalji.
Ħaddiema fis-sezzjoni tad-drenaġġ — injection kontra l-mard
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u li jmissu mad-drenaġġ fix-xogħol tagħhom, mhux qegħdin jingħataw l-injection li soltu jingħataw bħala prekawzjoni kontra l-mard?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala parti mill-proċess sabiex tipproteġi lill-ħaddiema tagħha kontra l-mard, tibgħat lill-ħaddiema għal-eżami mediku kull sena fl-Occupational Health Unit (Department of Primary Health).
Rigward tilqim il-Korporazzjoni tuża s-servizzi tan-
National Immunization Centre
biex il-ħaddiema jitlaqqmu kontra t-
Tetanus
,
Typhoid
u
Hepatitis B
. Barra minn hekk il-Korporazzjoni ngħediet programm sabiex iżżid il-protezzjoni kontra l-mard billi bgħatet lill-ħaddiema li jaħdmu jew ikollhom xogħol konness mad-drenaġġ għal test tat-demm. Dan wassal sabiex dawk il-ħaddiema li rriżulta li għandhom bżonn, ingħataw tilqima kontra l-
Hepatitis A
. Din it-tilqima tingħata f’żewġ dożi u ser tingħata t-tieni doża sa l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru 2012. Impjegati ġodda ntbgħatu biex jitlaqqmu kontra t-
Tetanus
,
Typhoid
u
Hepatitis B.
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-impjegati jintbgħatu għat-test tad-demm sabiex jiġi verifikat jekk dawn il-ħaddiema għandhomx bżonn jitlaqmu kontra l-
Hepatitis A.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad tagħhom li ġew trasferiti lura għal mal-gvern mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad taħghom li ġew ingaġġati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm trasferiment wieħed lura għal mal-Gvern minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. F’dan l-istess perjodu ġew ingaġġati 51 persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien iż-żmien stipulat biex jitlesta dan il-proġett tal-Sky Parks Luqa Airport;
b) ir-raġuni għaliex ma tlestiex fiż-żmien stipulat;
ċ) kemm kienet l-istima jew l-kuntratt oriġinali;
d) kemm sewa dan il-proġett; u
e) għal liema raġuni mhuwiex qiegħed jintuża mill-Vodafone?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620, 36038, 36846 u 37625, jista' l-Ministru issa jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ xibka ta’ ħażen u ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rwol tal-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu li jagħti support effettiv lill-Ministeri u lid-dipartimenti sabiex il-proċess annwali tal-budget jiġi mmaniġġjat f’parametri finanzjarji stabiliti. Għaldaqstant kull Ministeru għandu l-obbligu li jimxi ma’ dawn il-parametri.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentar 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37562 u jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma ikkontribwew lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fond li l-gvern daħħal mill-proċessi terzi ta' privatizzazzjoni bejn l-1998 u l-2012 sena b'sena? Kemm kien l-ammont ta' revenue iġġenerat a favur il-gvern minn bejgħ ta' proprjetà pubblika u minn amnestiji fiskali sena b'sena bejn l-2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-fabbriki tal-manifattura li matul dawn it-tliet snin żiedu l-investiment jew liema huma il-fabbriku ġodda li bdew joperaw f'Malta matul dawn it-tliet snin? Kemm kien l-investiment tagħhom f'kull każ? Kemm ingħataw għajnuna mill-Malta Enterprise jew minn entità oħra governattiva kull fabrika? Kemm kien in-numru ta' impjiegi ġodda maħluqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-fabbrika Braziljana li se tibda topera f'Malta dalwaqt u li diġà trasferiet l-operat tagħha f Malta? Kemm hemm ħaddiema ngaġġati magħha sal-lum? Kemm huwa l-investiment produttiv li ġie investit minnha f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qegħda topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' din il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed jilmentaw dwar wires tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jiġbdu l-knatan minn mal-faċċata tad-dar l-aktar fil-maltemp? Jista' jara li tissolva din il-problema u jitwaħħal arblu biex ma ssirx ħsara fil-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijet parlamentari 36845 u 37626 u igħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.