MCAST BTEC Building Services Engineering — kors għad-degree
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se titwettaq il-wegħda magħmula lill-istudenti tal-kors fl-MCAST BTEC (Building Services Engineering) li l-kors tagħhom ikun jista' jkompli għad-degree? Dan id-degree, meta jidħol, se jkun jagħtihom id-dritt li jieħdu warrant ta' engineer bħalma jsir barra minn Malta? Taqbilx il-Ministru li studenti li jgħaddu mill-BTEC HND (Building Services Engineering) għandhom jingħataw id-dritt li alternattivament ikomplu għad-degree fl-Università mal-istudenti tal-enġinerija fejn l-entry point ma jkunx l-ewwel sena kif inhi s-sistema bħalissa imma jkun f'sena ulterjuri skont il-mudell ta' Universitajiet oħra barranin bħala Brussell?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar snin, l-MCAST nieda 19-il kors li jwasslu għal lawrji vokazzjonali fil-grad ta’ Baċellerat. Fost dawn kien hemm dawk offruti mill-Istitut tal-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Bħalissa l-MCAST għaddej b’ħidma biex isaħħaħ dan il-pass kbir u mill-aktar pożittiv għall-istudenti Maltin, qabel ma jgħaddi biex jikkunsidra li jintroduċi aktar korsijiet ta’ lawrji ġodda. Intant, l-MCAST u l-Universita’ ta’ Malta qegħda f’diskussjonijiet dwar studenti li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-Universita’.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex żgħażagħ b'diżabilità li jmorru f'Guardian Angel School u għandhom l-età ta' bejn l-20 u l-25 sena għadhom ma ġewx trasferiti fir-Resource Centres? Tista' tgħid meta dan se jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-Resources Centres fi ħdan id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi joffri servizz personalizzat lil żgħażagħ bejn l-eta’ ta’ 18 u l-25 sena. Kull żgħażugħ isirlu pjan u jiġi deċiż fejn se jkompli l-istudju tiegħu fl-MCAST, ETC jew l-ITS jew jekk jibdiex jattendi ċ-Ċentri tal-Adulti fi ħdan l-Aġenzija Sapport.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme f’Malta u f’Għawdex separatament fl-2011 u din is-sena sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Malta ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Għawdex ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati fl-2009 u 2010 f’Malta u f’Għawdex separatament taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kuntratt jew le għat-tqassim tal-frott fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv għalkemm żmien huwa t-terminu ta' dan il-kuntratt u min għandu dan il-kuntratt u kemm hu l-prezz tiegħu? Liema huma l-iskejjel li qed jibbenefikaw minn dan u x'obbligu għandu l-kuntrattur bħal kemm-il darba jrid iqassam frott u jekk dan jistax iġib frott minn barra jew inkella minn Malta biss jew taħlita tat-tnejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li gradwaw fil-kors tal-MCAST magħruf bħala Lufthansa Tecknik Course u kemm minn dawk li gradwaw ġew impjegati mal-istess Lufthansa Tecknik? Tista' tikkonferma kemm minn dawk li għadhom ma ġewx impjegati, meta huwa l-ħsieb li jiġu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda mill-korsijiet full-time marbutin mal-avjazzjoni li joffri l-MCAST ma huwa magħruf bħala ‘Lufthansa Tecknik Course’. Il-korsijiet tal-MCAST marbutin mat-tiswija tal-ajruplani huma :
· MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B1.1 Examinations)
· MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B2 Avionics Examinations)
· EASA Part-66 Aircraft Maintenance Category A Licence Course
L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar meta u fejn ikunu sabu impjieg dawk li jtemmu kors fl-istess Kulleġġ. Waqt li l-MCAST jaħdem bis-sħiħ biex jiżgura li l-korsijiet li joffru jagħtu lill-istudenti l-ħiliet u l-kwalifiċi meħtieġa biex ikun aktar faċli li jsibu impjieg tajjeb fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex kindergarten assistants 2 jingħataw taħriġ biex isiru ekwivalenti għal min se jidħol b'livell ta' degree fit-2015?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta offriet part-time kors għal dawk kollha eliġibbli li jixtiequ jagħmlu kors fil-livell ta’ Bachelors fl-Edukazzjoni Bikrija. Dawk il-Kindergarten Assistants li kienu interessati li jilħqu għalliema setgħu japplikaw għal dan il-kors.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex nhar il-Ħadd 16 ta' Settembru ma xxandrux l-aħbarijiet u l-ħarsa lejn il-gazzetti li suppost isiru qabel it-8.00 am?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-data partikolari, l-Aħbarijiet u l-Analiżi tal-Ġurnali ġew imxandra bħas-soltu kemm fuq Radju Malta kif ukoll fuq TVM.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi jidher li r-regoli tal-Ortografija tal-Malti huma regoli li għandhom saħħa ta' liġi - għad li soft law, bl-implikazzjonijiet kollha ta' dak it-terminu li kienu anki ġew analizzati mill-mibki Professur Peter Serracino Inglott, tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pozizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar id-definizzjonijiet li wieħed isib fid-dizzjunarji tal-Malti? Dawn id-definizzjonijiet għandhom rabta ta' soft law? F'każ li d-dizzjunarji jorbtu, liema dizzjunarju għandhom jorbtu, b'effett ta' soft law, u liema m'għandhomx? Tista' tgħid jekk hux minnu li fil-kors tat-traduzzjoni fl-Università qed jingħad li d-dizzjunarju tal-Professur Aquilina mhux awtorevoli? Jekk dan hu minnu, liema dizzjunarju hu awtorevoli? Jekk traduzzjoni toffri terminu li ma jkunx jaqbel ma' dak li jkun jidher fid-dizzjunarju, skont il-Kunsill tal-Malti tkun inkisret is-soft law? Tista' tgħid x'inhi - dejjem jekk hemm - il-politika lingwistika nazzjonali tal-gvern f'dan il-mument?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-regoli tal-Ortografija tal-Malti huma stabbiliti u regolati mil-Liġijiet ta’ Malta (Kap. 470, Taqsima 1, Artikolu 2 u Artikolu 5 (2).
B’differenza minn dan, l-ebda xogħol ta’ awtur jew lessikografu ma huwa msemmi jew sanzjonat fil-Liġijiet ta’ Malta. Kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet huwa prodott ta’ individwu/i, u bħal kull ħidma oħra jġorr l-awtorevolezza u s-serjetà tal-awtur/i nnifsu/nfushom. Id-dizzjunarju tal-Prof. Ġ. Aquilina, ngħidu aħna, huwa meqjus mill-istudjużi bħala xogħol ta’ serjetà kbira u ta’ għajnuna għal kull min juża l-ilsien Malti, bħalma huma l-istudenti, l-għalliema, il-ġurnalisti u t-tradutturi, li jikkonsultawh meta jiġu f’xi diffikultà, kif isir f’lingwi oħra.
Billi l-lingwa hija ħajja, din tiżviluppa u tinbidel maż-żmien. Dan iseħħ aktar u aktar illum bil-progress mgħaġġel ta’ żmienna, u fi lsien bħall-Malti li qed jidħol f’oqsma ġodda u li llum huwa lsien uffiċjali tal-UE. Għalhekk, billi d-dizzjunarju ta’ Aquilina beda jinħadem iktar minn 40 sena ilu (mill-1971-1999), il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti ħeġġeġ lill-Università, il-pubblikatur oriġinali, u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom sabiex dan id-dizzjunarju importanti jiġi rivedut, miżjud u mtella’ wkoll online, biex ikun jista’ jaqdi aħjar lil kull min jikteb bil-Malti, f’Malta jew barra minnha. Għandi l-pjaċir inħabbar li kemm l-Università u kemm il-Ministeru tiegħi qed jagħmlu kontribut ġmielu biex dan ix-xogħol siewi jkun jista’ jsir, bit-twaqqif tal-Proġett Permanenti tad-Dizzjunarju Malti fi ħdan l-Università. Din il-ġimgħa l-Ministeru tiegħi qed jagħmel l-għotja ta’ 80,000 ewro b’risq dan ix-xogħol importanti u meħtieġ għall-progress tal-ilsien nazzjonali.
Fil-kors tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta qatt ma nqtal li d-dizzjunarju tal-Professur Aquilina mhux awtorevoli. Anzi wara dan iż-żmien kollu li ilu ppubblikat (u għalhekk bix-xieraq li jkun aġġornat) għadu l-aqwa awtorità li għandna u l-lecturers kollha jsostnu li bħalu m’hawnx sal-lum il-ġurnata.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31320, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-grad u tip ta’ xogħol ta’ kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta’ kull sena akkademika bejn 2007/2008 u 2010/2011 u li qed jaħdem Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm mill-ispiża li intefqet fuq il-bini tal-kulleġġi sa mis-sena 2008 'l hawn għadha mhix imħallsa? Jista' r-rendikont mitlub jinqasam kulleġġ b’kulleġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont fuq l-iskejjel il-ġodda li għadu mhux imħallas huwa ta’ €490,519. Dan huwa maqsum kif indikat hawn taħt:-
Cospicua (Kulleġġ Santa Marerita) - €6,452.58
Gozo - €176,763.90
Kirkop (Kulleġġ San Benedittu) - €20,380.24
Mosta (Kulleġġ Maria Reġina) - €154,971.50
Pembroke (Kulleġġ Santa Klara) - €5,154.78
Qormi (Kulleġġ San Injazju) - €126,796.40
Tista' l-Mınıstru tgħıd kemm hawn learnıng support centres(resource centres f'Ghawdex u f'Malta)? Fejn qegħdın u x'età ta' studentı jżommu? Kemm kıen hemm studentı reġıstratı f'kull ċentru fıx-xahar ta' Mejju 2012? X'kıenet l-attendenza jum b'jum f'kull ċentru matul ıx-xahar ta' Mejju 2012? Kemm kıen hemm għallıema u separatament staff ıeħor professjonalı ınvolut f'kull ċentru matul l-ıstess xahar? Kemm mınn dawn l-ıstudentı reġgħu ġew ıntegratı fl-ıskola orıġınalı tagħhom? X'kıenet l-ıspıża globalı ta' kull learnıng support centre (resource centre) matul ıx-xahar ta' Mejju 2012 u tista' tagħtı breakdown tal-ıspejjeż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35752 dwar language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex, tista’ l-Minsitrui tagħti t-tagħrif dwar kemm dawn l-iskejjel jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti u ta' liema lingwi huma għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk it-terminu tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi intemmx f’Ġunju 2012? Jekk iva, inħatar bord ġdid? Min huma l-membri? X’inhu t-terminu? Dan sar skont Avviż Legali 131 tal-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Gvernaturi li hemm bħalissa l-ITS huwa dak li ġie appuntat is-sena l-oħra skont it-Terms of Reference li ilu jadopera l-ITS għal dawn l-aħħar snin. It-terminu ta’ dan il-Bord skada ix-xahar li għadda, però skont il-prassi dan il-Bord għandu jibqa’ jopera sakemm jinħatar Bord ġdid.
Fi żmien qasir, ser issir il-ħatra tal-membri l-ġodda tal-Bord tal-Gvernaturi tal-ITS skont l-Avviż Legali 131 tal-2012.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentaru 35373, tista’ l-Ministru tispeċifika liema klawżola/klawżoli tal-ftehim kollettiv bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-MUT japplikaw fil-każ ta’ din il-persuna? Ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex il-post ta’ deputat direttur ma jibqax vakanti? Din is-sejħa se ssir skont Avviż Legali 131 tal-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-posizzjoni hija waħda maniġerjali, ma taqax taħt il-ftehim kollettiv bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-MUT. Fil-ġranet li ġejjin se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex il-post ta’ deputat direttur ma jibqax vakanti, liema sejħa se ssir skont l-Avviż Legali 131 tal-2012.