Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28622 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Karozzi tal-pulizija — air condition

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi fil-flotta ta' vetturi tal-pulizija, li għandhom l-air condition fihom li jaħdem? Kif jinsabu mqassmin dawn l-karozzi fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28602, ninsab infurmat illi hija policy amministrattiva tal-Korp tal-Pulizija, illi vetturi li jintużaw primarjament fuq patrol, ma jkunux mgħammra bl-arja kondizzjonata. Ninsab infurmat ukoll li hemm 40 vettura oħra, assenjati fit-Taqsimiet Specjalizzati u l-MT Section li għandhom l-apparat ta’ bl-arja kondizzjonata jaħdem.
Leg 11 PQ #28624 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Karozzi tal-Pulizija — twieqi magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fil-fatt inħarġu struzzjonijiet sabiex il-pulizija li jkunu fil-karozzi tas-servizz iżommu t-twieqi magħluqa anke f'dawk il-karozzi mingħajr air condition sabiex jifhmu aħjar xi jkun qed jingħad fuq ir-radju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Korp ma tat ebda struzzjonijiet kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #28644 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W432, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet użawx is-servizzi ta' din il-persuna/kumpanija? Liema kienu dawn il-każijiet u kemm kien hemm ħlasijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata xogħol jew ġie użat xi servizz mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru u d-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #28004 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti appelli kriminali inferjuri u appelli kriminali superjuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali kien hemm 578 appell pendenti minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati (Malta u Għawdex), u 37 appell pendenti mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali, sal-aħħar ta’ Lulju, 2011.
Leg 11 PQ #28005 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

qtugħ ta' appelli kriminali inferjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli kriminali inferjuri u jsemmi imħallef b’imħallef fis-snin 2010 u 2011 u kemm inqatgħu appelli kriminali superjuri fis-snin 2010 u 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 sal-aħħar ta` Lulju 2011, ġew deċiżi s-segwenti appelli kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati (Malta u Għawdex): Kawżi deċiż i matul is-sena 2010 Sal-aħħar ta` Lulju, 2011 Prim. Imħallef Vincent de Gaetano 54 -- Prim. Imħallef Silvio Camilleri -- 7 Onor. Imħallef J. Galea Debono 34 -- Onor. Imħallef Michael Mallia 96 35 Onor. Imħallef David Scicluna 149 75 Onor. Imħallef Lawrence Quintano 14 63 TOTAL 347 180 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 ġew deċiżi 14-il appell waqt li sal-aħħar ta` Lulju, 2011, ġew deċiżi 11-il appell mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali.
Leg 11 PQ #28006 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kumpilazzjonijiet u inkjesti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti: - a) kumpilazzjonijiet b) inkjesti u jsemmi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #28007 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

qtugħ ta' kawżi li jibdew bħala kumpilazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi li jkunu bdew bħala kumpilazzjoni fis-snin 2010 u 2011 u jsemmi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #28008 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — kawżi differiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi differiti għas-sentenza quddiem il-Qorti tal-Familja u jgħid quddiem liema mħallef dawn kienu pendenti sal-1 ta’ Mejju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Membru, ninsab infurmat illi ma huwiex possibbli li tingħata statistika sal-1 ta’ Mejju, 2011, però l-informazzjoni mitluba qed tingħata sal-31 ta’ Awwissu, 2011. Għar-rigward tal-kawżi pendenti quddiem il-Maġistrat Demicoli, sal-1 ta’ Mejju 2011, dawn kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Dottor Anthony Ellul, li fit-28 ta’ April 2011 ħa l-ġurament tal-ħatra ta’ Imħallef.
Leg 11 PQ #28009 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

sentenzi ta' separazzjoni u annullamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu: a) sentenzi ta’ separazzjoni u b) sentenzi ta’ annullamenti quddiem il-Qorti tal-Familja għas-snin 2010 u 2011 u jindika mħallef b’imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija s-segwenti:-
Leg 11 PQ #28024 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pulizija mhux permessi jipprattikaw ta' referee

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li membri tal-korp tal-pulizija mhux permessi li jipprattikaw delizzju bħalma huwa dak ta' refereeing f’partiti tal-football? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega meta daħlet fis-seħħ din il-policy? X’kienet ir-raġuni u jekk tistax tiġi riveduta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi talbiet minn membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi barra mill-Korp tal-Pulizija, jiġu kkunsidrati fuq il-mertu ta’ kull talba individwali.
Leg 11 PQ #28151 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, in-numru ta' żgħażagħ li tressqu fil-Qrati tagħna, akkużati b'reati kriminali mwettqa qabel ma kienu għalqu 18-il sena? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ ġew sentenzjati? Minn liema lokalità kienu dawk akkużati u sentenzjati rispettivament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien hemm 265 żgħażagħ taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti. Minn dawn, 99 kellhom il-każ tagħhom deċiż. Dawn iż-żgħażagħ huma minn dawn il-lokalitajiet:- Attard Għaxaq Luqa Pembroke St Pauls Bay Balzan Għarb Marsa Qormi Tarxien B'Buġia Għargħur Marsascala Rabat (Malta) Valletta Birgu Gżira Mellieħa Safi Victoria Birkirkara Ħamrun Mġarr, Malta San Ġiljan Xewkija Birżebuġia Ħaż Żabbar Mosta San Ġwann Żejtun Bormla Ħaż Żebbuġ Mqabba Sannat Żurrieq Ecuador Isla Msida Santa Luċija Fgura Kappara Mtarfa Santa Venera Floriana Kerċem Naxxar Siġġiewi Fontana Kirkop Paola Sliema
Leg 11 PQ #28237 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rapporti dwar grooming ta' minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar grooming ta' minorenni f'din l-aħħar sena u kemm minn dawn il-każijiet tressqu l-Qorti u ġew deċiżi f'Malta u Ghawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-Kodiċi Kriminali (Kap 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżsti ebda rejat speċifiku ta' grooming. Hemm pero' dak ir-rejat ta' "tħajjir ta' persuni ta' taħt l-età" ai termini tal-Artikolu 208AA. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dan ir-rejat, ninsab infurmat illi ma kienx hemm rapporti fuq akkużi dwar dan.
Leg 11 PQ #28238 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għases f'Għawdex

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm għases f'Għawdex, kemm minnhom huma miftuħa, funzjonzabbli u l-ħinijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f’Għawdex hemm 20 Għassa tal-Pulizija. L-Għasses kollha jinżammu miftuha regolarment però jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu li l-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Leg 11 PQ #437 Sitting 388 2011-10-04 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti volontarja f'Għawdex — persuni dikjarati interdetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total tal-persuni dikjarati interdetti u inkapaċitati mill-Qorti volontarja f'Għawdex u Malta separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-total ta' persuni dikjarati interdetti u inkapaċitati huwa ta' 644 u 156 mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja) Malta u dak ta' Għawdex rispettivament.
Leg 11 PQ #438 Sitting 388 2011-10-04 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Volontarja għall-Interdizzjoni — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi fil-Qorti volontarja għall-interdizzjoni u inkapaċitazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena kemm fil-Qorti ta' Għawdex u kemm f'Malta u jindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numri ta' rikorsi li daħlu fil-Qorti volontarja għall-interdizzjoni u inkapaċitazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin fil-Qorti ta' Malta u Għawdex huma s-segwenti:- Rigward l-eta' tal-persuni kkonċernati ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #27769 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kiosk reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kiosks reġistrati bil-permess tal-pulizija llum f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma fixed u fejn jinsabu lokal lokal f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27768.
Leg 11 PQ #27776 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Match and grabs u hold ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu match and grabs u hold ups bejn l-ewwel ta' Jannar 2011 u t-30 ta' Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju ta' din is-sena ġew irrapurati lill-Pulizija 71 każ ta' snatch and grab. Għar-rigward ta' hold-ups nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26477.
Leg 11 PQ #27777 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija Għawdxin — taħriġ f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin jagħmlu t-taħriġ neċessarju f'Għawdex stess minflok ma dawn joqogħdu jinżlu għal dan it-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija ta' Malta? Huwa possibbli li jintlaħaq ftehim mal-Armata sabiex it-taħriġ fiżiku jsir f'Għawdex fil-faċilitajiet proprjetà tal-istess armata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija qed tevalwa il-possibilita li membri tal-Korp stazzjonati f’Għawdex jibdew jingħataw it-taħriġ f’Għawdex stess.
Leg 11 PQ #27778 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kienu jiffurmaw is-segwenti sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija fit-30 ta' Ġunju 2011: a) is-sezzjoni tal-IT; b) l-Administrative Law Enforcement; ċ) il-mobile squad; d) id-DIK (CID); e) l-ECU; f) id-drug squad; u g) l-vice squad? Kemm minn dawn il-membri tal-korp huma nisa f'dawn is-sezzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri fid-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-Korp u l-ħtiġijiet tal-kommunità.
Leg 11 PQ #27779 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — safar fuq korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija siefer fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2010? Minn liema sezzjonijiet kienu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi kellhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li attendew korsijiet barra minn Malta matul is-sena l-oħra. Dawn kienu mid-diversi taqsimiet speċjalizzati u kienu fil-gradi ta’ Supretendent, Spettur, Surġent u Kuntistabbli.