Legislature:
Category:
Reset
Active:

stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax jiġi stallat lift fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li wieħed mir-residenti hu marid?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkwilin huwa ġentilment mitlub javviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar sabiex japplika għall-iskema tal-istallar tal-lifts ġo binjiet tal-Gvern.

ktejjeb 'Benefiċċji għalik...'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża fuq il-tfassil, printing u distribuzzjoni tal-ktejjeb 'Benefiċċji għalik...' tas-sigutrà soċjali. li tqassam fid-djar Maltin matul ix-xahar ta' Settembru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninformal lill-Onor. Interpellant li t-tfassil tal-ktejjeb imsemmi sar internament minn impjegati tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Inżid ninfurmah ukoll li l-ispiża tal-istampar kienet ta’ €12,495.00 (inkluż il-VAT) waqt li d-distribuzzjoni swiet €3,824.37 (inkluż il-VAT).

infiq fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa minn dan il-Ministeru f'safar bejn Ġunju - Settembru 2012? Jista' jgħid liema kienu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: nil - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - MEUSAC: nil - MCESD: €1,676.05 gewwa l-Belgium - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: €908 gewwa l-Belgium, il-Germanja u Cipru - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: €837.95 gewwa l-Finlandja u Londra - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: €1,262.06 gewwa l-Belgium, Dublin u Sofia - Awtorita’ tad-Djar: €3,560.74 gewwa Londra - Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: €60,539.24 ghal 6 safriet gewwa Brussels u Geneva (li tinkludi l-konferenza tal-ILO b’delegazzjonijiet tal-Unions u employers) - Qrati tal-Gustizzja: €7,382.31 gewwa Ruma, Strasbourg, Madrid, Belgium, Vienna, Tunisia, Dublin u Warsaw - Kummissarju ghat-Tfal: €9,013.67 gewwa l-Belgium, Tunesia u Poland - Sigurta Socjali: €50,383.69 gewwa l-Belgium, Strasbourg, Luxembourg, Lisbon, Londra, Cipru, Tunisia, Budapest u Warsaw

Ittra mibgħuta lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Awtorità tad-Djar tirrispondi l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar peress li tgħix ma' missierha f'post li b'kollox jgħixu fih 11-il ruħ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qiegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Proċess tal-Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz tas-Sinjura msemmija se jidher quddiem l-Independent Revisory Board fi hdan l-Awtorità tad-Djar sabiex jerga jikkonsidra l-kaz taghha wara li hija appellat mid-decizjoni mehuda.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru fejn waslet t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar minħabba li tgħix f'post ikkundanat?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni ġiet allokata post f’Jannar ta’ din is-sena ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Kirkop liema post ġie rifjutat mill-applikanta stess.

Awtorità tad-Djar — post ikkundannat

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk tapprezzax l-Awtorità tad-Djar li binja kkundannata li d-dettalji dwarha qed jitnagħtu separatament, fejn għadhom jgħixu 4 familji diġà kellha ħsarat konsiderevoli f'soqfa fil-maltemp fil-bidu ta' Settembru? Peress li s-sidien mhumiex jamministraw din il-binja u f'kwalunkwe każ il-ħsarat jiswew wisq biex jissewwew, jistgħu jiġu evakwati dawn il-familji mill-aktar fis possibbli biex tiġi evitata diżgrazzja f'din il-kerrejja?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha biss applikazzjoni waħda minn dan l-indirizz. Għaldaqstant il-familji l-oħra huma mitluba biex jirrikorru ġewwa t-taqsima tal-Customer Care fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex jew japplikaw għall-akkommodazzjoni alternattiva jew jaraw x’iskemi toffri l-Awtorita’ tad-Djar. Il-binja li hija tal-privat u li kienet derekwizzizjonata fid-19 ta’ Diċembru, 2007 u għalhekk m’għadiex aktar amministrata mill-Gvern, hija mikrija mis-settur privat u l-Awtorità tad-Djar m’għamlet l-ebda spezzjoni. Iżda skont rapport ta’ perit privat il-maġġorparti tal-ħsarat jinsabu fil-partijiet komuni minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni.

Bormla — postijiet b'soqfa ikkundannati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-proġett ta' Bormla se jkollu jieqaf fuq fin-naħa tar-regatta peress li dawn għandhom is-soqfa ikkundannati u li m'hemmx fondi għalihom?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

bord mediku — tabib kadidat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36879, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-persuna u minn fejn jaqdu li ġew mogħdija bord mediku fejn bħala wieħed mill-bord mediku hemm it-tabib li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għal din is-sena.

Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Jista' jgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?

Response (SAID, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress illi l-iskola San Miguel ta’ Pembroke ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għal post alternattiv peress li tgħix ġo żewġt ikmamar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mal–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

post li minnu dieħel l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li qed jidħlilha l-ilma fil-post li tgħix fih?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ħadet nota ta’ din it-talba u ddaħlet fil-programm ta’ spezzjonijiet tas-sezzjoni tal-Manutenzjoni. L-inkwilina hija mħeġġa sabiex fil-futur tinforma minnufih lill-Customer Care tal-Awtorità f’każijiet simili sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni aktar malajr.

talba għall-vouchers tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-MInistru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikant għall-vouchers fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u ġiet infurmata li mhux intitolata għalihom meta għandha pensjoni baxxa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Flus minn multi tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali għar-rigward ta' multi li imponiet il-Qorti ta' Malta u Għawdex fid-deċiżjonijiet tagħha matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul globali għar-rigward ta’ multi li mponiet il-Qorti ta’ Malta u Ghawdex fid-deċiżjonijiet tagħha matul l-ewwel disa’ xhur (bejn Jannar u Settembru) tas-sena 2012 jammonta għal €1,699,672.63

talba għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab tgħix f'dar b' żewġt ikmamar u applikat għall-post tal-gvern peress li tinsab tgħix f'post sub standard?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fl-24 ta’ Mejju 2011.

talba għal benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-benefiċċju tal-mard imma wara 24 xahar, dan il-każ għadu pendenti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni rigward sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal sussidju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.

infiq fuq car/fuel allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-uffiċċjali, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra, li huma intitolati għal car/fuel allowance? Kemm kienet l-ispiża għal konsum ta' petrol minn dawn l-ufficjali matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: ufficjal wiehed €7,047.64 - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: 2 ufficjali €10,192.78 - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: Seba’ ufficjali €33,698.56 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: ufficjali wiehed €4,659.89 - Qrati tal-Gustizzja: Bejn 33 u 38 Gudikatura (ivarja matul l-erba' snin) €226,829.53, 4 ufficjali €17,090.54 - Awtorita’ tad-Djar: Bejn 12 u 15-il ufficjal (ivarja matul l-erba' snin) €104, 316.21 - MCESD: 2 ufficjali €10,629.89 - MEUSAC: Bejn 2 u 4 ufficjali (ivarja matul l-erba' snin) €11,485.47 - Kummissarju ghat-Tfal: ufficjal wiehed €13,980 - Sigurta’ Socjali: 5 ufficjali €28,890.65