Legislature:
Category:
Reset
Active:

Promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema — railings

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9637, jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Ministru responsabbli fid-dawl li dan il-promenade sar mill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-entità li twettaq proġett mhux bilfors li tibqa’ responsabbli mill-manutenzjoni tal-istess proġett. Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

BCCC – dħul fis-seħħ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9961 u jgħid meta se jidħol fis-seħħ il-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCCC)? Kif inhu mistenni jibda jaħdem dan il-kunsill?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin preparamenti biex jibda jaħdem il-BCCC. L-operat tal-kunsill se jkun regolat b’avviż legali.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni li għandhom disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9573, ninformaħ li l-Ministeru m’għandux persuni ntitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Awtorità tal-Ippjanar – spiża f’pagi u salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'pagi u salarji, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-ispiża tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'pagi u salarji, sena b'sena, mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Sena Valur € 2013 12,240,998 2014 12,553,536 2015 13,684,038 2016 11,814,914 2017 11,907,389 2018 13,446,292 2019 14,641,099 2020 15,062,456 2021 16,021,532 2022 16,629,958 2023 (sa Marzu) 4,270,592

Awtorità tal-Ippjanar – nefqa fuq taħriġ lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'taħriġ lil ħaddiema, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ? Kemm attendew ħaddiema għal dan it-taħriġ? Min ipprovda dan it-taħriġ u kemm tħallas flus biex ipprovda dan it-taħriġ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-ispiża f’taħriġ lill-ħaddiema, li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, sena b’sena, mill-2013 sa Marzu 2023, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Valur € 2013 46,668 2014 42,475 2015 45,316 2016 58,594 2017 144,929 2018 61,948 2019 56,080 2020 67,848 2021 72,944 2022 96,608 2023 (sa Marzu) 26,769

Awtorità tal-Ippjanar – spejjeż ġudizzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu spejjeż ġudizzjarji mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispejjeż ġudizzjarji?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-valur ta’ spejjeż ġudizzjarji mħallsa mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, appartenenti għall-perjodu 2013 sa’ Marzu 2023, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dawn jinkludu spejjeż relatati ma’ kawżi l-qorti, fosthom, il-ħlasijiet li jsiru lir-Reġistratur tal-Qorti u drittijiet tal-avukat u prokuratur legali. Sena Valur € 2013 98,203 2014 79,622 2015 84,772 2016 77,946 2017 51,543 2018 68,078 2019 61,767 2020 42,070 2021 35,296 2022 45,995 2023 (sa Marzu) 19,290

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal wind farms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA rċevietx applikazzjonijiet għal 'wind farms' mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fejn qed jiġu proposti dawn il-'wind farms' u fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, mill-2013 sat-8 ta’ Ġunju 2023, l-Awtorità tal-Ippjanar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni li fid-deskrizzjoni tal-proposta jinstab il-kliem “wind farm” / “wind farms”.

Awtorità tal-Ippjanar – skemi ta’ amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA hux qed tippjana biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin toħroġ skema/skemi ta' amnestiji? Jekk fl-affermattiv, fiex hu maħsub li jkunu jikkonsistu dawn l-amnestiji u min se jkun jista’ japplika għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma ħarġet l-ebda skemi ta’ amnestija.

Awtorità tal-Ippjanar – passi fir-rigward ta’ żvilupp f’Tal Pietà

Question

B’referenza għall-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li joqgħod ġewwa tal-Pietà, fejn il-proprjetà tiegħu spiċċat fid-dlam minħabba żvilupp ieħor li sar maġenbu u li l-Qorti f’Diċembru li għadda qalet li l-permess għal dan l-iżvilupp ġie annullat u revokat, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar biex dan l-iżvilupp li sar, u li huwa kontra l-liġi, jitneħħa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Toroq fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2023 u t-30 ta’ Settembru 2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn ma kienx permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2022 u t-30 ta’ Settembru 2022, kif ukoll bejn il-15 ta’ Ġunju 2021 u t-30 ta’ Settembru 2021?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Rapport tal-OHSA — Inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9467, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fuq dan l-inċident?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema inċident qed jirreferi.

Permess għad-demolizzjoni ta’ sit

Question

B’referenza għal tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9475, jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna għandhiex bżonn il-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjannar jekk irid iwaqqa’ binja?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba Parlamentari numru 9475.

Urban Development Capacity Study

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġettazzjoni ta' żieda fil-popolazzjoni u tibdil ieħor fid-demografija ġie bbażat l-'Urban Development Capacity Study' li skont il-mistoqsija parlamentari 9976 tlesta fi stadju ta' abbozz?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9976.

Enforcement Notice dwar permess

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9975, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' każijiet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabet illi żvilupp kopert b’permess ta’ żvilupp, għadu ma tneħħiex? Jista’ l--Ministru jgħid jekk hux qiegħed jikkonsidra u/jew jieħu passi oħra skont il-proċedura li hemm fl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp Kap. 552, artikolu 100?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li, żvilupp li jkun kopert b’permess ma jkunx soġġett għal azzjoni ai termini tal-artiklu 100 tal-KAP 552.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul tal-pjanti u xogħol ta’ surveys

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn bejgħ ta' pjanti u xogħol ta' surveys, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'bejgħ ta' pjanti u xogħol ta' surveys' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Sena Valur € 2013 223,034 2014 229,156 2015 178,642 2016 218,962 2017 363,674 2018 294,529 2019 129,097 2020 97,795 2021 199,158 2022 160,970 2023 (sa Marzu) 36,058

Awtorità tal-Ippjanar – dħul — multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn multi, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Dħul – Environmental Initiatives in Partnership Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-'Environmental Initiatives in Partnership Programme', sena b'sena, mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9665.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul minn Compliance Certificates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorita tal-Ippjanar/MEPA minn 'Compliance Certificates', sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'Compliance Certificates' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Dawn il-flus jiġu utilizzati għall-operat tal-Awtorità. Sena Valur € 2013 391,862 2014 386,127 2015 427,744 2016 491,876 2017 521,500 2018 563,160 2019 654,120 2020 662,280 2021 720,120 2022 691,140 2023 (sa Marzu) 166,920