Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35295, jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Direttorat tal-Ippjanar qed jikkonsulta mal-applikant issa sabiex jiġi determinat jekk hux se jitkompla il-proċess tal-EIA li dan il-proċess suppost beda fl-2003, cioè 9 snin ilu? X’żamm illi dawn il-konsultazzjonijiet ma sarux qabel? Min hija l-kumapnija li nagħtat il-kuntratt biex tagħmel l-EIA? Meta nagħtat il-kuntratt? X’inhu n-numru tat-tender relattiv?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA kienet avżat lill-applikant illi jinħtieġ EIA u ħarġet it-termini ta' riferenza fis-17 ta' Lulju 2003. L-EIA ġie sottomess lill-MEPA fl-2007 u għal darb' oħra fl-2008. Dan l-istudju kien preparat minn Ecorys Nederland Bv u Euroconsultants SA u s'issa għadu ma ġiex konkluż. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent ħareġ diversi avviżi lill-applikant sabiex jiġi konkluż dan ir-rapport. Sadanittant, id-Direttiva 92/43/EEC (EU Habitats Directive) ġiet introdotta fil-liġi Maltija, permezz ta' l-Avviż Legali 257 ta' l-2003 (u aktar tard l-Avviż Legali 311 ta' l-2006 li daħal fis-seħħ minfloku) u għalhekk f'Ottubru/Novembru ta' l-2009 l-applikant ġie avżat li hu neċessarju li jsir Appropriate Assessment (AA). Fid-19 ta' Frar 2010, Transport Malta avżat lill-MEPA illi Adi Associates Environmental Consultants Ltd se jkunu qed iħejju l-AA. F'Marzu ta' l-2010, ġie sottomess ir-rapport tal-konsulenti li tqabbdu mill-applikant biex jieħdu ħsieb l-istudji ta' l-AA, u ġie stabbilit li l-iżvilupp propost se jkollu impatti inaċċettabbli fuq tip ta' habitat li jaqa' taħt l-ambitu tad-Direttiva Ewropea. Abbażi ta' dan ir-rapport, f'Mejju ta' l-2010 saret ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ħarsien ta' l-Ambjent li kkonkludiet il-proċess ta' l-AA. Fit-3 ta' Frar 2012, l-applikant innotifika lill-MEPA li se jwaqqaf il-proċess tal-EIA minħabba r-riżultat negattiv tal-AA. Fl-4 ta' Ġunju 2012, id-Direttorat tal-Ippjanar talab lill-applikant biex jikkonferma formalment l-intenzjoni tiegħu dwar l-EIA qabel ma jiġi finalizzat ir-rapport tad-Direttorat dwar din l-applikazzjoni.

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — compliance certificate ta' bini antik

Question

F'każ li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tkunx trid toħroġ compliance certificate għal post li jkun ilu mibni snin u li jkun inxtara minn persuni privati mingħand persuna oħra snin ilu, u li minkejja li dawn iridu jbiegħu mill-ġdid mhux jitħallew jagħmlu dan minħabba xi kontravenzjoni mal-policies pereżenti, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju jista' jingħata biex dawn il-persuni ma jispiċċawx ma jistgħux jbiegħu il-post tagħhom? X'jistgħu jagħmlu dawn in-nies jekk in-nuqqas fl-istruttura tal-proprjetà tagħhom ma jkunx jista' jiġi rranġat għaliex fuqhom hemm tliet sulari t'appartamenti oħra mibnija?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2010, jipprovdi rimedju għal ċirkostanzi msemmija mill-Onor. Interpellant għal ċertu tipi ta' żvilupp. Dan huwa aspett li ddaħħal fil-liġi permezz tar-revizjonijiet li ġew attwati mill-Parlament fl-Att imsemmi. Fil-fatt Artikolu 92(2) jipprovdi illi jkun jista' jinħareġ Ċertifikat għall-provvista ta' servizzi għat-tip ta' żvilupp elenkati fil-Kategorija B tat-Tmien Skeda tal-Att. Ftit ta' ġimgħat ilu il-Gvern ressaq proposta quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp sabiex numru ta' irregolaritajiet marbuta tal-Liġi Sanitarji jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-kategorija B tat-Tmien Skeda, liema proposta ġiet aċċettata mill-istess Kumitat. Bħalissa qiegħed jitlesta l-Avviż Legali sabiex din l-Iskeda tkun tista tiġi emendata u ddaħħal dawn il-provvedimenti fis-seħħ. Illi wieħed pero jirrileva illi dan kollu qiegħed isir mingħajr pregudizzju għal kull dritt legali spettanti lill-istess sidien attwali kontra minn bejgħ l-istess proprjeta lis-sidien attwali.

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — construction site management regulations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35677 u cioè: B'referenza għal construction site management regulations imposta mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq siti li ma kenux konformi ma' dawn ir-regolamenti matul is-snin 2010, 2011 u 2012 sal-lum kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices inħarġu għax siti ta' kostruzzjoni ma kenux magħluqa bl-iscaffolding u ma pprovdux safe passage għal terzi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita ma' toħroġx Avvizi t' Infurzar (enforcement notices) dwar ksur tar-Regolamenti ta' l-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni. Nuqqasijiet minn persuni li jwettqu tali reati tinħarġilhom taħrika skond Parti IV tal-Avviż Legali 295/07 u jekk jinstabu ħatja minn Kummissarju tal-Gustizzja, jitwaħħlu multi skond kif stipulat fl-istess Avviż Legali. Dettalji ta' kemm inħarġu taħrikiet minn dan it-tip matul s-snin indikati fl-Interpellanza għandha tinġabar mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijarijiet Rurali, li fuqu għaddiet ir-responsabilta tal-imanniġġar ta' dawn ir-Regolamneti f'nofs l-2010.

Għawdex — fdalijiet storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi fdalijiet arkijeloġiċi nstabu waqt ix-xogħlijiet tat-toroq fi Triq l-Imġarr, Xewkija u t-triq prinċipali tar-Rabat Għawdex li saru dan l-aħħar xhur? Jista' jgħid jekk hemmx rapport tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali? X'sar biex ġew protetti dawn is-siti?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — restawr tax-Xarolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom bil-ħsara l-qlugħ tax-Xarolla f 'Għawdex u meta se jitlesta x-xogħol ta' restawr?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li l-qlugħ tal-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra sofrew ħsarat waqt maltempata qalila fl-2008. Il-ħsara li ġarrbet il-mitħna tmur lil hinn mill-qlugħ, u kien hemm xogħol estensiv ta’ restawr xi jsir anki fuq il-mekkaniżmu strutturali ntern tal-mitħna. Saru l-istudji kollha meħtieġa fuq il-mekkaniżmu intern kollu tal-mitħna u ġie determinat ukoll il-kwalita’ ta’ njam li kellu jintuża sabiex isir xogħol tajjeb u fidil lejn l-oriġinal. Dan l-injam kellu jinxtara minn barra minn Malta peress li f’Malta ma nstabx l-injam tal-ħxuna neċessarja li jkun diġa’ mnixxef. Ix-xogħol fuq l-injam il-ġdid tal-qlugħ kif ukoll tal-mekkaniżmu ntern miexi sewwa u mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35557 u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35160 dwar l-iżvilupp ta’ family park f’Wied il-Għajn, b’mod partikolari għall-kundizzjoni Nru 5 li tinsab f'paġna 4 tal-Planning Gain fejn jingħad li l-proġett kellu jitwettaq fi żmien ħames snin minn mindu ngħatat id-deċiżjoni tal-permess tal-applikazzjoni (“The family park shall be implemented within 5 years from the issue of this permit”) PA 04607/06 fit-30 ta’ Jannar 2007, jiġifieri jiskadi fit-30 ta’ Jannar 2012, ma jidhirlux il-Ministru li l-kelma “implement” li bl-Ingliż tfisser “carry into effect”, bil-Malti tfisser “twettaq” u “twettaq” għal xi ħaġa bħal dan il-każ, park tal-familja, ifisser ikun komplut? Ma jaħsibx li n-nuqqas li jitlesta l-proġett kif imwiegħed jista’ jwassal biex residenti ta’ din il-lokalità jiftħu kawża biex jieħdu dak li kien imwiegħed lilhom snin ilu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjoni numru 5 tal-permess (PA 4607/06) hija fuq 'Planning Gain': "The realisation of the Marsascala family park shall be the planning gain for the local community. The developer shall carry out all the necessary works for the creation of the family park. The family park shall be implemented within 5 years from the issue of this permit. In the event that the full development permit is not issued as indicated above the developer will have to contribute the sum of Lm1,000,000 (One Million Malta Liri) to the Malta Environment and Planning Authority. The funds will then be used for the creation and improvements of projects to be carried out for the local community" Il-permess tal-Family Park ġie maħruġ f'Mejju 2010 u fiż-żmien tal-ħames snin tal-permess PA 4607/06. Il-permess tal- Family Park għadu validu. Il-proġett qiegħed jiġi imwettaq u mistenni jkun lest sal-aħħar tas-sena.

ħruq ta’ fdalijiet tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja oriġinali tat-terms of reference u d-data ta’ meta twaqqfet il-kummissjoni ta’inkjesta indipendenti dwar alleġat ħruq ta’ fdalijiet tal-annimali mill-Afrika t’Isfel fl-inċineratur tal-Marsa tal-Wasteserv?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ittra tal-ħatra tal-Bord ta’ Investigazzjoni datata 12 ta’ Ġunju 2012.

MEPA — Direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent - rapport tal-awditur

Question

Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra r-rapport tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent fl-istess awtorità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji mitluba.

tempji ta’ Ħaġar Qim — problemi fit-tinda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti li daħal ilma u kienx hemm problemi oħra relatati mat-tinda l-ġdida fuq it-tempji ta’ Ħaġar Qim?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li fit-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra ġie rreġistrat kambjament għall-aħjar fl-ambjent tat-tempji minn meta kienu nstallati t-tined fil-2008/09. It-tined qed jissodisfaw l-għan tagħhom billi qed iżommu t-temperatura u l-umdità iżjed kostanti, u eliminaw l-impatt tax-xita diretta fuq l-istruttura. Fit-tinda ta’ Ħaġar Qim kien hemm punt wieħed fejn bolt ma kienx issikat sew u b’hekk meta kienet tagħmel xita qawwija kien iqattar ftit ilma fuq punt żgħir fit-tempju. Dan ġie ssikat fil-21 ta’ Frar 2012 u ma baqgħedtx tqattar izjed xita minn dan il-post.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32236.

Mosta — żona Santa Margerita - barrieri li jużaw l-isplussivi

Question

Jista' l-Minstru jgħid liema awtorità tista' tigwida lir-residenti fiż-żona tal-Mosta Santa Margerita li qegħdin iħossu t-theżżiż kbir kull darba li jinħarqu l-furnelli biex jitkisser il-blat ġewwa l-barrieri fil-viċin? Jista' jgħid min huwa responsabli li jara li meta jsir dan ix-xogħol ta' tkissir ta' blat fil-barrieri jkun stipulat skont il-liġi ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita ta' Malta dwar L-Ambjent u l-Ippjanar tista tiggwida lil-residenti li joqgħodu viċin ta’ barrieri li jaħarqu il-furnelli u jixtiequ jagħmlu xi ilment. L-Awtorita ħarġet żewġ dokumenti fuq blasting fil-barrieri tal-qawwi. Dokument minnhom iservi ta' linji gwida għall-operaturi sabiex il- blasting isir skond l-aħħar standards dwar din l-attivita. F'dan id-dokument ġew ukoll stipulati limiti fl-emmisjonijiet ta' vibrazzjoni u air overpressure ( blast fl-arja). It-tieni dokument approvat huwa Terms of Reference , sabiex kull operatur jkun jista jissottometti Blasting Method Statement permezz ta' konsulent ambjentali. Dan il- Method Statement , fost affarjiet oħrajn, irid jinkludi metodi sabiex l-effett tal- blasting fuq iż-żoni tal-madwar jiġi mitigat. Il-konsulent ambjentali jissottometti rapport bil-livelli ta' l-emissjonitiet irrekordajati wara kull attivita ta' blasting. Ir-rapporti kollha u d-dokument relatati msemmija jinsabu kollha għall-access tal-pubbliku fil-website ta' l-Awtorita' (http://www.mepa.org.mt/blastmonitoring). L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Nterpellant illi fis-Segretarjat tiegħi hemm 5 ħaddiema li m’humiex civil servants. Dawn impjegati kif ġej: 1 – Assistant Private Secretary 1 – Communications Co-ordinator 1 – Policy Co-ordinator (Turizmu) 1 – Secretariat Officer 1 - Driver

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bagi u Pontoons tal-cruiseliners

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35267, jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin il-bagi u l-pontoons li jorbtu magħhom il-cruiseliners f’Għawdex? Kemm hemm bagi u pontoons f’kull post? Meta tqiegħdu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MEPA — latrini użati minn sidien tal-yachts

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35411 u b'referenza għas-site plan li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li approva l-użu ta’ latrini li kienu jintużaw mis-sidien tal-yachts u opri tal-baħar flimkien mal-guests tagħhom, issa saru parti minn restaurant u ġew alterati għal kċina ta’ restaurant li jinsab fil-ġnien tal-Imsida?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — Bord tal-Appelli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet li fihom il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tat raġun lil min kien għamel l-appell, li iżda wara din id-deċiżjoni ġiet appellata mill-awtorità stess, fil-Qrati ta' Malta, matul il-perjodu 2008 - 2011?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — Bord tal-Appell

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet li fihom il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma laqgħax it-talbiet tal-appell li kienu saru, u l-applikanti li ma kellhomx it-talba tagħhom milqugħa, li huma talbu lill-Qorti ta Malta, biex ibiddlu dik id-deċiżjoni,matul l-2008 sa l-2011?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — bdil ta' periti mill-klijenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidla tal-perit, minn klijenti li kellohom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, matul l-ewwel hames xhur ta' din is-sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.