Legislature:
Category:
Reset
Active:

MTA — talba għal miżura ta’ inġunzjoni dwar liġijiet tal-UE

Question

B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11847, fejn jingħad li l-MTA mhux f’qagħda li tirrispondi din il-mistoqsija peress li l-Att Numru XVII “jipprovdi li tiġi kkompilata lista ta’ entitajiet kwalifikati sas-26 ta’ Diċembru 2023”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed issir referenza għall-artikolu 6(1) tal-Att dwar Azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumaturi, Kap. 635? Jekk le, jista’ jindika għal liema dispożizzjonijiet tal-liġi – preżumibbilment Kap. 635 – qiegħed jirreferi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-referenza li saret għal-lista ta’ entitajiet kwalifikati hija skont kif jipprovdi l-artikolu 6(1) tal-Kapitolu 635.

Ministeru għat-Turiżmu – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għat-Turiżmu mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq is-sit soċjali Facebook għall-perjodu msemmi kienet is-segwenti: MCC € 1,318 MTA € 367,620 ITS € 15,611 MFC € 2,432 Din in-nefqa hija relatata ma’ marketing li jsir mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika, promozzjoni ta’ korsijiet/kurrikulu min-naħa tal-ITS, filwaqt li Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Film Commission jippromwovu l-faċilitajiet tagħhom għal skopijiet kummerċjali.

Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12495 fl-intier tagħha u jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

TZRA — Xogħlijiet fuq il-promenades ta’ San Ġiljan/Tas-Sliema u ta’ Buġibba/San Pawl il-Baħar/Xemxija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12295 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11853, jista’ l-Ministru jgħid: i. liema xogħlijiet kienu ta’ tisbiħ fil-promenade; ii. liema kienu tiswijiet żgħar ta’ bankini; iii. in-numru ta’ tiswijiet fuq lampi dekorattivi; iv. l-ammont ta’ lampi ġodda li twaħħlu; v. liema kienu tiswijiet ta’ bollards u ta’ tabelli u jgħid ukoll f’liema triq u l-ammont; u vi. kemm kienet in-nefqa totali f’Tas-Sliema, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar, lokalità, lokalità?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11853, kienu is-segwenti: San Ġiljan · Tiswija ta’ bankijiet tal-ħadid li jitwaħħlu matul il-kosta ta’ San Ġiljan fil-perjodu tas-sajf. · Tiswija ta’ kurduni u pavimentar ta’ bankini ġewwa Triq Wilga, Triq Ball, Triq San Ġorg u Xatt ta’ San Ġorg. · Intervent fuq madum ta’ Triq Żona pedonali ta’ Triq Wilġa. · Inżebgħu bollards ġewwa Paceville, Triq il-Knisja, Triq Ball u trejqet Dragonara. · Tiswija u żebgħa ta’ bankijiet fi Triq il-Knisja. · Ġie ppreparat rapport dwar tabelli ta’ toroq li kienu mkissrin u li kellhom bżonn jinbildu jew jiġu rranġati. Dan ir-rapport intbagħat lil Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li attwa ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport. · Sar intervent fuq arblu tad-dawl li nstab imkisser fix-Xatt ta’ San Ġorg. · Intramat il-blue flag beach għal bajja ta’ San Ġorg. · Twaħħlu bins ġodda u addizzjonali fil-Bajja tal-Balluta. · Ġew manifatturati picnic benches u mwejjed li ġew installati fiż-żona magħrufa bħala tas-Simenta San Ġiljan. · Sar intervent fuq telephone box ġewwa l-Pjazza tal-Balluta li ġiet ivvandalizzata u sar ħġieġ ġdid u zebgħa. · Flimkien mal-Kunsill Lokali u aġenzija privata, ġew mizrugħa numru ta’ pjanti matul il-promenade ta’ San Ġiljan. · Qegħdin naħdmu fuq ‘preventive railing’ fil-pjazza ta’ San Ġiljan · Ġew ordnati l-fanali ta’ Xatt is-Sajjieda. Sliema · Qui Si Sana manutenzjoni tal-planters. · Naddafna u żbajna l-funtana ġewwa l-Gnien Indipendenza, irranġajna l-istess pompa tal-funtana u tħaddmet. · Tiswija u żebgħa tal-bollards, railings, u s-sotto bank fiż-żona magħrufa ta’ Taormina; żona ta’ ex-Speedy petrol station. · Tiswija u żebgha fuq bankijiet, gazebos, tree pits u planters ta’ żona magħrufa ta’ Taormina; żona ta’ ex-Speedy petrol station. · Tiswija ta’ floor inspection box li kienet infaqgħat b’inċident tat-traffiku ħdejn Peppi’s · Intervent fuq il-latrina ta’ Ferro Bay, tindif minn kwantita’ kbira ta’ ġebel li ttella’ mal-maltemp u ħsarat kbar wara l-maltempata ta’ Frar. · Manutenzjoni, fosthom id-dwal tal-bankijiet ta’ Triq Bizazza . · Irrangar ta’pavimentar taż-żona magħrufa ta’ Taormina, Ġhar id-Dud u Qui si Sana. · Bdil ta’ railing ta’ taraġ ta’ ma’ ġemb it-Torri ta’ tas-Sliema (St Julian’s watch tower). · Preventive railings taħt it-taraġ ta’ ħdejn it Torri San Giljan · Inbiddlu xi bankijiet fi Ġnien L-Indipendenza. · Tiswija u żebgha tal-bankijiet ta’ taħt il promenade ta’ żona magħrufa Ta’ Taormina. · Żebgha ta’ railings, s-sotto bank u l-bollards tal-ġebel fejn hemm l-open air gym. · Intrama il-Blue Flag beach ta’ Fond Ghadir. · Tiswija ta’ pavimentar u railings tal-injam, uħud manifatturati, li qegħdin fiż-żona magħrufa ta’ l-Exiles. · Irrangajna il-walk way ta’ max-xatt taħt Ġnien Indipendenza · Ġiet manifatturata u nstallata changing room ġdida f’Font Ghadir. · Ġew installati 22 fanal ġdid, madwar 130 metri railings ġodda u madwar 20 metru tiswija ġewwa Ghad id-Dud. Dan apparti tiswijiet fuq dwal li jagħmlu entitajiet pubbliċi ohra fosthom Enemalta u Public Works. · Qegħdin f’kuntatt mal-Kunsill Lokali biex jidentifika żoni fejn jistgħu jitpoggew planters kbar f’ Tas-Sliema. San Pawl il-Baħar · Tirqim ta’ siġar, Raddet Ir-Roti - Xemxija · Manutenzjoni ta’ pjanti u tibdil ta’ (ħadid) railings, Promenade - Xemxija · Manutenzjoni ta’ bankini, Triq It-turisti · Manutenzjoni ta’ bankini, Mosta Road · Manutenzjoni ta’ bankini, Triq il-Hatab · Manutenzjoni ta’ bankini, Triq il-Frejgatina · Manutenzjoni ta’ railings, Triq San Ġeraldu · Manutenzjoni ta’ railing, Fekruna · Bdil ta’ bins, Sirens area · Manutenzjoni ta’ bankini, Dawret il-Ġzejjer · Tabella antika ġiet mibdula, Dawret Il Ġzejjer · Manutenzjoni tal-outdoor gym, Promenade · Żebgħa fuq ħajt, Triq 10 ta’ Frar · Tibdil ta’ railings, Triq San Frangisk · Tibdil ta’ mirja, Triq Għajn Tuffieħa · Tibdil ta’ railings, Triq San Frangisk · Tibdil ta’ railing imkisser, Promenade – Xemxija · Tibdil ta’ railing imkisser, Triq Raddet ir-Roti- Xemxija · Xogħol ta’ manutenzjoni, Promenade – Xemxija · Xogħol ta’ manutenzjoni, Promenade – Qawra · Manutenzjoni ta’ bankijiet, Thalassalejn · Xogħol ta’ manutenzjoni ta’ bollards, Triq ix-Xemxija · Installazjoni ta’ bins, St Paul street · Żebgħa ta’ railings, Bognor area · Xogħol ta’ tikħil, Triq ix-Xtut · Picnic area manutenzjoni, Trunciera · Xogħol ta’ manutenzjoni, Gnien Anton Buttiġieġ · Manutenzjoni ta’ bollards, Xemxija Bay · Żebgħa fuq open gym, Qawra.

Kemmuna — konċessjonijiet u encroachments għal umbrelel/deckchairs

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12299 u 11860, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-persuni bl-isem u l-kunjom li matul is-sajf kellhom/għandhom concession/encroachment fil-Bajja ta’ Kemmuna jew offrew servizzi hemm?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata. Madanakollu, l-Onor. Interpellant se jingħata l-opportunità li jara hu personalment id-dokumenti mitluba.

Paceville Town Centre Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11979, jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi Paceville Town Centre Committee? Fid-dawl li l-Ministru ltaqa’ ma’ diversi entitajiet u stakeholders, jista’ jagħti lista sħiħa ta’ dawn billi bħala entità pubblika, il-pubbliku għandu jkun jaf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11979, ninforma lill-Onor. Interpellant liċ-Chairperson tal-Kumitat huwa is-Sur Philip Fenech. Seħħew numru ta’ laqgħat ma’ diversi entitajiet, assoċjazzjonijiet u l-komunità tan-negozju biex jiddiskutu kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà, l-indafa, it-trasport fiż-żona u l-loġistika. Dawn jinkludu: · District Police Superintendent and St Julians Police · Paceville & Swieqi Community Inspector and Police · Traffic Board · Infrastructure Malta · Enemalta · Water Services Corporation · Millennium Chapel & WOW · Residents’ consultation at Millennium Chapel and Community Police · Ministry for Equality · Ministry of Health · BICC · FATTA · MHRA · Chamber of SME's · MIA · MTA · DIER · CFR · Allied Malta Rainbow Community · St Julians Local Council · Cleansing & Maintenance Department · PBS · Transport Malta · Sedqa · ARUC · FELTOM · Malta Developers Association · St Patricks Day Organising Committee · Gay Pride Malta Organising Committee · SIGMA I Gaming · St George's Park Ltd · Villa Rosa AC Group of Companies · Polidano Group · Approved Ltd/Dragonara Business Centre · Corinthia Group · Westin Dragonara Hotel · Hyatt Hotel · The George Hotel · ESC Language School · Punch Bowl Co. Ltd · Hugo's Group of Companies · Farsons · Alfie Mizzi & Sons Ltd · Hotel Valentino Ltd & Avenue Restaurant · Paceville Entertainments Ltd · HR Ltd · Mercury House · Bay Street Complex · AC Hotel by Marriott · E Cabs Co. Ltd · Out West Co. Ltd · Toy Room Club · Okurama Restaurants · Peppermit Park · Eden Leisure Group · Ariaco Ltd Dean Hamlet Hotel · St Julians Tourist medical doctor · Gemmville Holdings Ltd Jules Suits · Tridev Ltd Opus · Michelangelo Gay Bar · Beggars Inn · Truth Club · Pleasure Cocktail Bar · PX Tower Pawlu Xuereb PX Lettings/Ta Carmelina Ltd · Kerber Security Company · Signal 8 Security Company · Auto Rentals Co. Ltd · Robert Arrigo & Sons Ltd.

Cleaning & Maintenance Division — Ħaddiema allokati għall-ġbir ta’ skart straordinarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11755 u 12509 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament u jgħid sa kemm se jibqa’ jalloka persuni mill-Cleaning & Maintenance Division sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ġbir straordinarju ta’ skart, meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ser jibqa’ jingħata lil dawk il-lokalitajiet li l-aktar intlaqtu mill-problema tal-iskart matul ix-xhur tas-sajf. Ma hemm l-ebda ħsieb li dan is-servizz jitwaqqaf. Nikkjarifika li dan is-servizz huwa offrut sabiex jinġabar skart li ma jinħariġx fil-ħin u fil-ġurnata t-tajba skont l-iskeda nazzjonali u mhux għaliex il-kuntrattur mhuwiex ilaħħaq mal-ġbir tal-iskart.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663 u 12994 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664 u 12995 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665 u 12996 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666 u 12997 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema self-employed li ħadmu fuq il-film sets

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-ħaddiema self-employed kollha li ħadmu fuq il-film sets tħallsux kollha u jekk il-Ministeru għat-Turiżmu għandux xi lmenti minn ħaddiema self-employed li għadhom ma tħallsux?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Malta Film Commission u lanqas il-Ministeru ma huma parteċipi fl-arranġamenti kontrattwali bejn il-ħaddiema u min iħaddem.

Kontribuzzjoni ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontribuzzjoni ambjentali li titħallas fuq soġġorni f’kull tip ta’ akkomodazzjoni ġġenerat fondi mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u jagħti lista komprensiva ta’ proġetti li saru fejn intużaw flus iġġenerati minn din il-kontribuzzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus għal kull proġett u fuq xiex?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex l-ewwel parti tal-mistoqsija tagħmilha lill-Ministru kkonċernat, u nirreferiha għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9573 tal-Leġiżlatura XIII, u tweġibiet 234, 1310 u 7841 ta’ din il-Leġiżlatura, ninfurmaha li permezz ta’ dawn il-fondi saru dawn il-proġetti: · Xogħlijiet ta’ resurfacing fit-toroq tal-Promenades ta’ Buġibba u l-Qawra, · Proġett pilota tal-Pulizija għaż-żoni turistiċi, · Titjib f’bajjiet, · Riġenerazzjoni ta’ Paceville, · Road markings wara li sar resurfacing ta’ toroq f’Paceville, · Proġett relatat ma’ 3D modelling tal-riferti arkejoloġici li jinsabu f’qiegħ il-baħar, · Restawr u tisbiħ tal-ġnien storiku magħruf bħala Ġnien tal-Kmand f’Ħal Safi, · Ġiet imwaqqfa unit ta’ tindif u manutenzjoni speċifikament għaż-żoni ta’ San Pawl il-Baħar, Xemxija, Buġibba u l-Qawra, · Ir-restawr ta’ Pjazza Vittoriosa, il-Birġu inkluż it-turġien tal-madwar, · Automated public convenience fi Pjazza Tritoni, · Il-proġett tal-car park tal-Għadira, · Il-promenade tal-Għadira, · Is-sand pilot Project tal-bajja tal-Mellieħa, · Il-Ġnien Ġirolamo Cassar, il-Gudja · Il-proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza tal-Mellieħa, · Il-proġett tal-Magħluq ġewwa Marsaxlokk, · Il-Ġnien Alexander Ball ġo Ħal Safi, · L-iscuttling tal-MV Haphaestus, Għawdex, · Il-Victoria Lines, · Paceville Street, San Ġiljan, · Ġnien Duminku Mintoff, Raħal Ġdid, · Il-Pjazza ta’ Buġibba, · Inġenji li jintużaw mill-Cleansing and Maintenance Division fit-tindif ta’ żoni turistiċi, · L-installazzjoni u manutenzjoni tal-iSmart Compaction Litter Bins, · Pjan ta’ riġenerazzjoni li qed issir f’San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Xemxija u Salini, u · Għadira Promenade. Qed isiru/ser jibdew isiru wkoll Triq Paceville, il-Pjazza tal-Birgu, il-Pjazza ta’ ħdejn it-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien u Pjazza tal-Mosta.

Tal-Pietà — Żona quddiem l-Isptar San Luqa - Ftehim dwar manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12481, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm dwar manutenzjoni taż-żona quddiem l-Isptar San Luqa f'Tal-Pieta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Complimentary tickets għal kunċerti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12722, jista’ l-Ministru jgħid bil-quddiem x’se tkun il-proċedura li biha l-Awtorità għat-Turiżmu u l-Ministeru tiegħu se jilqgħu talbiet għal complimentary tickets għall-kunċert ta’ Andrea Bocelli u Joseph Calleja li huwa ppjanat għall-25 ta’ Novembru u li jidher li hu wkoll sponsorjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12722.

Complimentary tickets għal kunċerti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12723, jista’ l-Ministru jara li jinżamm rendikont ta’ kif jitqassmu l-complimentary tickets għall-kunċert ta’ Andrea Bocelli u Joseph Calleja li huwa ppjanat għall-25 ta’ Novembru u li jidher li hu sponsorjat mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stess, u li f’ġieħ it-trasparenza jinżamm għal kull attività li għaliha l-Awtorità tingħata dawn it-tip ta’ biljetti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12723.

Fondi maħruġa għal kunċert

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jinħarġu fondi pubbliċi jew fondi Ewropej għall-kunċert ta’ Andrea Bocelli u Joseph Calleja li huwa ppjanat għall-25 ta’ Novembru u li jidher li hu sponsorjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata stante li hija waħda kummerċjalment sensittiva.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431 u 12666 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Kalkara — Bajja tar-Rinella - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9421, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol effettiv sar fil-Bajja ta’ Rinella fil-Kalkara?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ta’ kuljum u kontinwament isir tindif fil-Bajja tar-Rinella min-naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni. Għal diversi drabi matul is-sajf tneħħa wkoll ammont ta’ ġebel li tfaċċa fil-bajja. Ħaddiema tat-TZRA żebgħu is-sottobank u r-railing tal-promenade.

Malta Film Commission – Film Gladiator 2 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission hijiex qed tiċċarġja u tiġbor rata ta' kull ġimgħa biex jinżamm f’postu s-sett ta' Gladiator 2? Jista’ jgħid ukoll jekk tali klawsola kenitx inkluża bħala salvagwardja fil-kuntratt oriġinali ffirmat għall-istess produzzjoni u jekk dawn il-fondi hux se jitnaqqsu mir-rebate li se jingħata lill-kumpanija tal-produzzjoni tal-istess film?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li kull min jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Malta Film Studios, jagħmel dan bi ħlas.