Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u studji lesti dwar it-Traffic Management fl-Imġarr wara li tressqet il-petizzjoni ‘Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit’ u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità wettqet l-evalwazzjonijiet u l-analiżi meħtieġa dwar il-ġestjoni tat-traffiku fl-inħawi tal-Imġarr u ġew ikkunsidrati diversi proposti. Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati għadhom għaddejjin sabiex tintlaħaq soluzzjoni adegwata.

Malta Public Transport – Flus imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total fi flus mħallsa mill-Gvern jew entitajiet tiegħu, lill-kumpanija Malta Public Transport mill-2024 sal-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont imħallas bħala Public Service Obligation lill-Operatur tat-Trasport Pubbliku għas-snin 2024 u 2025 kien kif ġej: § 2024 – €53,108,291.15 § 2025 – €58,738,928.69 Barra minn hekk, l-ammont ta’ fondi mħallsa fir-rigward tal-miżura tat-Trasport Pubbliku bla ħlas matul il-perjodu indikat, liema fondi, fin-nuqqas ta’ din il-miżura, kienu jitħallsu mill-passiġġiera, kien kif ġej: § 2024 – €31,200,847.25 § 2025 – €34,298,272.25 Fis-sena 2025, l-Operatur tat-Trasport Pubbliku bbenefika minn grant li tammonta għal €3,216,260. Din il-grant ingħatat b’rabta max-xiri ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku matul is-snin 2023/2024.

Servizz ta’ Fast Ferry bejn Tas-Sliema, Buġibba u l-Imġarr Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ir-Request for Proposal Case 2161 – MTIP 001/2025 – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub li jibdew jiġu offruti s-servizzi mitluba minn din ir-Request for Proposals?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi “Case 2161 – MTIP 001/2025” – ‘Request for Proposals for the Provision of Scheduled Fast Ferry Services Between Sliema, Buġibba, and Mġarr Gozo’ li kien ġie mressaq quddiem il-PCRB, ġie revokat. Għaldaqstant, ninsab infurmat li r-Request for Proposal qed jitkompla u mistenni jitlesta fiż-żmien li ġej.

Ħal Qormi - Triq il-Ġdida - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq il-Ġdida f’Ħal Qormi, biex b'hekk jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti Qriema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-x-xogħlijiet fi Triq il-Ġdida f’Ħal Qormi tkomplew illum, 23 ta’ Frar.

Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Proġett ta’ riġenerazzjoni - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet dwar it-tiswijiet u l-proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ Għar Lapsi wara l-maltempata ‘Harry’? Jista’ jagħti timeline ta’ meta x-xogħol huwa ppjanat li jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jagħmel studju ġeoloġiku tal-blat sabiex tiġi determinata l-erożjoni li seħħet kif ukoll il- faults li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi. Qed isiru wkoll studji ġeotekniċi sabiex tiġi konsolidata l-parti tal-irdum li ċediet wara din il-maltempata, u sabiex jiġi determinat it-tip ta’ pedamenti meħtieġa għar-rikostruzzjoni tal-iskall li kien hemm f’Għar Lapsi.

Ħal Qormi - Flyover - Problema tal-konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata li ssir flyover f’Ħal Qormi bħalma saru fil-Marsa, fl-Imsida u bnadi oħra, sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-konġestjoni tat-traffiku li ta’ kuljum tiġi esperjenzata f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm diversi affarijiet li qegħdin jiġu ikkunsidrati.

Ħal Qormi - Master Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest il-Master Plan għal-lokalità ta’ Ħal Qormi li għalih għamel referenza f’mistoqsija parlamentari preċedenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija waħda mid-diskussjonijiet li qegħdin nagħmlu u li kull masterplan jieħu l-perkors tiegħu.

Ħal Tarxien - Triq San Tumas - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32618, jista’ l-Ministru jgħid meta se terġa’ tinfetaħ Triq San Tumas, f’Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Triq San Tumas tinsab miftuħa f’direzzjoni waħda. It-triq tinfetaħ mill-ġdid fiż-żewg direzzjonijiet meta jitlestew ix-xogħlijiet neċessarji.

Il-Fgura - Vjal Kottoner - Bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġu ssalvagwardjati r-residenti li joqogħdu fi Vjal Kottoner, il-Fgura minħabba l-istat li tinsab fih l-bankina?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34276.

Il-Fgura - Vjal Kottoner - Bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi rranġata l-bankina bejn numri 119 u 123 fi Vjal Kottoner, il-Fgura peress li r-residenti qed isibuha diffiċli biex joħorġu mid-dar tagħhom minħabba l-istat li tinsab fih?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la darba ma jkunx hemm ostkali jew strutturi privati bħal culverts, l-għan huwa li jinbidlu u jiġu mibnija mill-ġdid il-bankini kollha ġo Vjal Kottoner.

Ħal Qormi - Triq il-Vitorja - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ta’ Qali - Picnic Area - Materjal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġie identifikat u magħżul il-materjal speċifiku (żrar) għas-sit tal-picnic area f’Ta' Qali, u fuq liema bażi teknika ġie deċiż li dan huwa adegwat għal din iż-żona? Jista' jgħid ukoll liema studji tekniċi jew xjentifiċi saru qabel biex jiġġustifikaw l-użu ta' dan il-materjal partikolari?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32730.

Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ħal Luqa - Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Luqa mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?  Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’: ·        Triq Annabelle Vassallo, ·        Triq l-Imqabba, ·        Triq il-Knisja l-Qadima u ·        Triq Salvu Borg Olivier. Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid: ·        f’parti minn Blat il-Qamar, ·        Triq Salvu Borg Olivier, ·        Ta' Kandja CPD Headquarters, ·        Triq Nicolo Baldacchino, ·        Triq Giacomo Leopardi, ·        Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja. Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.

Is-Siġġiewi - Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru fis-Siġġiewi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’: ·        Triq Annabelle Vassallo, ·        Triq l-Imqabba, ·        Triq il-Knisja l-Qadima u ·        Triq Salvu Borg Olivier. Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid: ·        f’parti minn Blat il-Qamar, ·        Triq Salvu Borg Olivier, ·        Ta' Kandja CPD Headquarters, ·        Triq Nicolo Baldacchino, ·        Triq Giacomo Leopardi, ·        Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.

Ħal Tarxien – Triq Karlu Maratta - Tappieri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34235 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12446, u peress li kif jidher mir-ritratti annessi kien hemm tappieri li ġew magħluqa u siġillati bil-konkos fi Triq Karlu Maratta f’Ħal Tarxien, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan sar u fejn kien pjanat li jiskula l-ilma tax-xita, hekk kif iż-żona llum il-ġurnata qed iżżomm ħafna ilma kuntrarju għal li kien jiġri qabel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-intervent allegat ma sarx mill-Ministeru jew entitajiet fi ħdanu.

Liċenzji li ġew irritornati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jirritornaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom issa li għadda xahar minn mindu fetħu l-applikazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ applikazzjonijiet ilaħħaq għal aktar minn 50% tal-fondi li ġew allokati għal din l-iskema.

Fond tas-€700 miljun - Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33983 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 16111, 16837, 25246, 25247, 25248, 25249, 25250, 25251, 25252, 25253, 25254, 25255, 25256, 25257, 25258, 25259, 25260, 25261, 25262, 25263, 25264, 25265, 25266, 25267, u 25268.