Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11218. Ix-xogħol f’din it-triq ikun jista’ jibda wara li jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi.

San Pawl il-Baħar – Triq Għawdex — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq Għawdex f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217.

San Pawl il-Baħar – Triq l-Ibħra — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq l-Ibħra f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11218.

Żona Industrijali ta' Kordin — tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir it-tindif neċessarju fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin u l-madwar tagħha, għax għalkemm iffrekwentata sew, inkluż minn diversi sportivi, mhix mogħtija l-kura u l-attenzjoni neċessarja?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Telgħet ix-Xemxija — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; f’Telgħet ix-Xemxija f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217

San Pawl il-Baħar – Triq is-Simar — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq is-Simar f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217

San Pawl il-Baħar – Triq it-Turisti — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq it-Turisti f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11229. Il-maġġoranza tax-xogħol f’din it-triq huwa lest u fadal biss parti minnha. Dan kellu jieqaf minħabba l-moratorju impost mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’żoni turistiċi matul is-sajf.

San Pawl il-Baħar – Triq San Martin — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq San Martin f’San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217.

Għawdex – Għajnsielem – Miżuri ta’ sigurtà għat-traffiku fi Triq l-Imġarr

Question

Fid-dawl tal-inċidenti riċenti li seħħew fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta ppreparat ‘upgrading’ tat-Traffic Management ta’ t-triq msemmija. Dan l-eżerċizju tat-‘Traffic Management’, jinkludi ukoll ‘traffic calming measures’ differenti skont il-bżonn, u ġie mogħddi lill-Ministeru ta’ Għawdex u qed jiġi mplimentat.

Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet — mapep

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mapep dettaljati li juru liema artijiet f'Malta u f'Għawdex ġew dikjarati bħala arei ta’ reġistrazzjoni skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-‘Land Registry’ u kif murija fit-tabella segwenti, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji ta’ fejn il-mapep mitluba jistaw jiġu aċċessati minn kulħadd għax huma pubbliċi. S.L. 296.02 S.L. 296.03 S.L. 296.04 S.L. 296.05 S.L. 296.06 S.L. 296.07 S.L. 296.09 S.L. 296.10 S.L. 296.11

Birkirkara – Triq Ħal Qormi – plot

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittella’ ħajt madwar il-plot mhux żviluppata fi Triq Ħal Qormi, Birkirkara, biswit id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li fost l-oħrajn qed ikun hemm, ammont konsiderevoli ta' siringi, flimkien ma’ skart u ġrieden kbar, biex jinqatgħu dawn l-abbużi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan jidher każ ta’ saħħa pubblika u għaldaqstant il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.

Awtoritajiet tal-Artijiet — lista ta' avviżi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' avviżi li ġew ippubblikati fil-gazzetti mill-Awtorità tal-Artijiet, inkluż il-ħlas ta' kull avviż u fuq liema ġurnal ġew ippubblikati minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Roundabouts u Central Strips

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex dawk il-pjanti u fjuri li jkunu miżrugħa jew imħawwla f’roundabouts u f’central strips ma jikbrux b’mod li jkun ta’ periklu għaliex jgħattu l-viżjoni ta’ min ikun qed isuq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

In-Naxxar – Triq John Adye — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq John Adye fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Ix-xogħol fit-triq indikata beda u għadu għaddej.

Il-Mellieħa – Triq il-Marfa — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9488, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11229 tal-istess seduta. Il-maġġoranza tax-xogħol f’din it-triq huwa lest u fadal biss parti minnha, li tkun tista’ ssir meta jitlestew xogħlijiet ta’ restawr li jridu jsiru minn terzi f’binja storika li hemm fl-istess triq.

Il-Mellieħa – Taraġ il-Landiera — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9488, jista’ l-Ministru jgħid: a. meta beda x-xogħol imsemmi; b. fiex wasal; u c. jekk tlesta, meta tlesta; f’Taraġ il-Landiera fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11218 li ngħatat fis-Seduta 250