Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jbatu bl-ALS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jżomm statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu mill-ALS. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li. l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), jipprovdi ħlas ta’ Assistenza għal Diżabilità Severa f’każ illi l-applikant jissodisfa l-iskrutinju tal-bord mediku. Barra minn hekk, l-istess Att jipprovdi wkoll ħlas ta’ Pensjoni għall-Invalidità f’każ illi l-persuna tissodisfa n-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u kif ukoll illi l-bord mediku maħtur taħt l-istess Att jiddikjara illi s-saħħa tal-persuna hija tali li rrendiet ruħha nkapaċi għal kull xogħol.

Titjib fil-qagħda tat-Tfal f’pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20861 u 20960 u jindika x’twettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna, f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal ta’ nazzjonalità Maltija għall-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20896 u jgħid, kemm kien hemm tfal ta’ nazzjonalità Maltija li għaddew mill-proċess biex jiġu addottati minn koppji Maltin fl-2020? a. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn familji li kienu l- foster carers tat-tfal stess; u b. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn membri tal-familja tagħhom stess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, matul l-2020 ġew addottati 2 minuri li kienu ta’ nazzjonalità Maltija minn ġenituri addottivi prospettivi Maltin. Dawn l-addozzjonijiet saru fil-parametri tal-Avviż Legali 191 tal-2018 dwar Leġislazzjoni Sussidjarja 495.03 u li saru minn waħda mill-aġenziji akkreditati skont dan l-att. L-ebda waħda minn dawn l-addozzjonijet ma saret la minn qraba (kinship) u lanqas minn foster carers.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet, dipartimenti, awtoritajiet u aġenziji — kuntatti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ kuntatti tal-Entitajiet, Dipartimenti, Awtoritajiet u Aġenziji li hu responsabbli tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħol ta’ Profiling mill-Proġett LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il profiling sar ta’ familji vulnerabbli matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fejn huma allokati dawn il-familji vulnerabbli li qed jiġu megħjuna mill-impjegati tal-Proġett LEAP? X’tip ta’ għajnuna qegħdin jingħataw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie integrat fis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità fi ħdan l-FSWS. L-għan tal-Agenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilup soċjali tal-komunità. Familji vulnerabbli, jingħataw assistenza soċjali skont il-bżonn partikolari tagħhom. L-għajnuna mogħtija lill-familji hija mfassla fuq perspettivi innovativi psiko-soċjali u multi-dixxiplinarji li jinkludu: A. Assessjar inizjali u dettaljat* li jindirizza lill-familja minn tmien punti fokali li huma: 1. Ħajja emozzjonali sana. 2. Familja u trobbija tal-ulied. 3. Relazzjonijiet soċjali. 4. Aspetti legali. 5. Għarfien finanzjarju u stabbilta’ fid-dħul. 6. Disponabbiltà għax-xogħol. 7. Edukazzjoni għal matul il-ħajja. 8. Akkomodazzjoni u stabbilita’ fid-dar. *L-Assessjar inizjali u dettaljat ħa post il-profiling li kien issir mill-Proġett LEAP. B. Pjan ta’ kura maqbul bejn il-partijiet kollha, b’interventi li huma relevanti u mkejla, li jiffukaw fuq miri speċifici u li jistgħu jinksbu fil-ħin allokat C. Kejl tal-eżitu sistematiku ( outcome measure ) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja partikolari, kif ukoll ikun indikkativ ta’ x’hemm bżonn issir il-quddiem. D. Sapport għall-aċċess ta’ s-servizzi soċjali u komunitarji speċjalizzati mmirati biex jintlaħqu l-għanijiet rispettivi. E. Żjarat fid-djar tal-familji u laqgħat ma’ professjonijiet oħra li jkunu qed jassistu lill-familja. F. Akkumpanjar għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola. G. Il-ħidma mal-familiji issir f’kuntest ta’ komunita’, fuq il-prinċipji ta’ l-izvilup tal komunita’ u parteċipazzjoni lokali. Minn Jannar 2020 sa’ Diċembru 2020, 1523 kas ibbenifikaw mis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità. Il-lokalitajiet u l-għadd ta’ familji benefiċjarji huma skont kif tindika it-tabella hawn taħt: Servizz ta’ Assessjar Inizjali u Dettaljat għal Familji fil-Kommunità Għadd ta’ Familji Benefiċjarji Bkara Community 105 Cottonera Community 275 Mosta Community 115 Msida Community 67 Northern Harbour Community 73 Paulo Freire Institute 87 Qawra Community 303 Southern Community 144 Valletta Community 144 Western Community 101 Zabbar Community 109 Total 1523

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma taw l-ebda xogħol b’tender jew direct order, lil persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.

Tfal taħt Care Order

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm tfal li ttieħdu lill-ġenituri għall-kura mill-istat fi snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Kemm minn dawn it-tfal irritornaw lura għand il-ġenituri tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Sena Ordni tal-Ħarsien Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja tiġi rritonata lura għand il-familja Tfal li rritornaw lura mal-familja bijoloġika bil-kustodja għadha miżmuma mill-istat u segwiti mill-qrib 2018 50 4 5 2019 39 0 2 2020 15* 1 0 *12-il Ordni tal-Ħarsien saru qabel Lulju ta’ 2020. Tlett (3) Ordnijiet oħra saru mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Protezzjoni Minuri (Kura Alternativa).

Pre-adoption courses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm saru pre-adoption courses fis-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, d-Direttorat għall-Kura Alternattiva (DAC) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) organizza 6 pre-adoption courses matul l-2020. Dawn komplew b’ mod online waqt il-pandemija.

Adozzjoni tat-tfal – home study reports

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru home study reports marbutin mal-adozzjoni tat-tfal u li ġew konklu¿i fis-sena 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Home Study Reports ma jkunux marbutin ma’ addozzjonijiet partikolari imma ma’ individwi jew koppji (hi x’ inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom) li jkunu jixtiequ jsiru Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs – Prospective Adoptive Parents). Dan isir bħala parti mill-proċess irregolat mil-liġi biex jiġu approvati bħala PAPs. F’dan l-istadju jkunu għadhom ma ġewx identifikati minuri li jistgħu jiġu matched mill-awtoritjiet kompetenti biex ikunu addottati mill-PAPs rispettivi.

Tfal ta’ nazzjonalità Maltija għall-adozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm tfal ta’ nazzjonalità Maltija li għaddew mill-proċess biex jiġu addottati minn koppji Maltin fl-2020? a. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn familji li kienu l- foster carers tat-tfal stess; u b. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn membri tal-familja tagħhom stess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Tfal mhux ta’ nazzjonalità Maltija – proċess għal adozzjoni minn ġenituri Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal (mhux ta’ nazzjonalità Maltija) li bdew il-proċess ta’ adozzjoni biex jiġu addottati minn ġenituri Maltin fl-2020? a. Minn liema pajjiżi ġejjin dawn it-tfal; b. Kemm minn dawn it-tfal għadhom fil-proċess li jiġu addottati; u c. Kemm minn dawn it-tfal ġew fil-fatt addottati u l-proċess tagħhom ġie konkluż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Awtorità Ċentrali li matul l-2020 ġew konklużi 12-il intercountry adoption. Minn dawn 11 kienu mill-Indija u 1 mill-Portugall.

Titjib fil-qagħda tat-Tfal f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20861 u jindika x’twettaq favur it-titjib tal-qagħda tat-tfal f’pajjiżna, f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Pensjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-pensjoni tal-individwu li għandu problemi mediċi u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tibda tingħata fil-kont tal-bank tat-tifla tiegħu li d-dettalji tagħha wkoll qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tali tibdil kif indikat minnu jista’ jseħħ biss meta s-sinjur imsemmi minnu, jikteb personalment lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u jitlob uffiċjalment sabiex il-pensjoni tiegħu tibda tidħol f’kont bankarju ta’ terza persuna.

Tfal li ġew fostered

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19104 u jindika kemm kien hemm tfal li ġew fostered sena b’sena bejn l-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’etajiet kellhom it-tfal li ġew fostered?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont ma jidher fit-tabelli t’hawn taħt: Sena 2018 2019 2020 2021 Tfal li ġew fostered 50 39 31 10* *Sa Marzu, 2021 Informazzjoni maqsuma sena sena: 2018 Etajiet Numru ta’ tfal 1 – 3 xhur 3 6 – 9 xhur 1 9 – 12 xhur 4 1 7 2 4 3 7 4 2 5 2 7 4 8 2 9 1 10 4 11 3 12 1 15 3 16 1 17 1 Total 50 2019 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 2 1 – 3 xhur 4 9 – 12 xhur 2 1 5 2 2 3 2 4 2 5 4 6 4 7 2 8 3 9 2 13 3 15 2 Total 39 2020 Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 5 1 2 2 5 4 1 5 3 6 3 7 1 8 1 10 3 11 3 14 2 15 1 16 1 Total 31 2021 (sas 16 ta’ Marzu, 2021) Etajiet Numru ta’ tfal Anqas minn xahar 1 6- 9 xhur 2 1 2 3 2 14 1 17 2 Total 10

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari numru 12908 u 18171.