Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex impjegati tal-Public Health Laboratory fl-Evans Buildings, il-Belt Valletta ngħataw struzzjonijiet biex jevakwaw il-post minnufih?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li, fuq rapport tal-perit inkarigat, ittieħed deċiżjoni sabiex il-ħaddiema tal-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jkunu rilokati għal binja oħra aktar addattata. Sadanitant, l-impjegati ġew rilokati temporanjament fl-uffiċċju ewlieni tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f’Santa Venera sakemm jinstab post alternattiv.
Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji ta’ fattibbiltà biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jieħu f’idejh il-binja kollha fejn jinsab bħalissa, u jekk ġewx identifikati postijiet alternattivi għall-Kunsill Lokali u l-Għassa tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux laqgħat mal-partijiet konċernati (stakeholders), meta saru dawn il-laqgħat u x’inhu l-perjodu ta’ żmien (timeline) maħsub biex jibda u jitlesta dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex separatament fl-2024 u fl-2025, maqsuma sena b’ sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi kienu:
i. minn ġenituri fejn it-tnejn kienu ta’ nazzjonalità barranija;
ii. minn ġenituri fejn ġenitur minnhom kien ta’ nazzjonalità barranija;
iii. minn unknown father; u
iv. minn tfajliet tal-età bejn 13 u 16-il sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ntbagħtu għal kura barra mill-pajjiż fl-2024 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll għal liema kundizzjoni ntbagħtu għal kull każ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għar-rigward is-sena 2024 jirreferi għal-PQ 31339 u għar-rigward is-sena 2025 kien hemm 534 pazjent li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad.
Għar-rigward tal-kundizzjoni ta’ kull pazjent li ntbgħat għall-kura barra minn Malta, din hija informazjoni medika sensittiva fuq il-pazjent.
Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa – Pjanijiet ta’ rilokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet konkreti biex iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jespandi fl-ispazju li bħalissa huwa okkupat ukoll mill-Kunsill Lokali u mill-Għassa tal-Pulizija tal-istess lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet uffiċjali mal-Kunsill Lokali u mal-Korp tal-Pulizija dwar ir-rilokazzjoni tagħhom u f’liema stadju jinsabu dawn it-taħditiet?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jaħdmu fl-Allied Health, fil-grad Officer in Scale minħabba li kellhom pożizzjoni ta’ Director jew Assistant Director, maqsuma skont il-professjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm Speech Therapist u Occupational Therapist li huma fil-grad ta’ Officer in Scale.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-tul ta’ żmien bejn is-sejħa għax-xogħol u l-ingaġġ ta’ Allied Health Professionals, maqsuma skont il-professjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-perjodu li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant huma indikat fil-Manual on Industrial Relations and the Selection and Appointment Process under Delegated Authority in the Malta Public Service. Jiġri wkoll li jkun hemm ċirkostanzi li jtawwlu l-proċess. F’dan il-każ tkun segwita l-proċedura applikabbli minn l-istess manwal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) jiġi akkreditat mill-Organisation of European Cancer Institute (OECI) u b’hekk Malta tingħaqad mal-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, f’liema stadju qegħdin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei, li jinkorpora ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, mhux se jidħol fi proċess ta’ akkreditazzjoni mal-Organisation of European Cancer Institutes (OECI) peress li għażel li jsegwi l-proċess alternattiv tal-Joint Action EUnetCCC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex iċ-Ċentru tal-Onkoloġija jsir Comprehensive Cancer Centre u jekk iva, meta huwa t-target biex dan iseħħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li diġà nbeda proġett pilota f’dan ir-rigward u ġie stabbilit core working group sabiex jibda jaħdem fuq dan il-proċess. Dan huwa proċess kumpless li jinvolvi żviluppi kliniċi, organizzattivi, ta’ riċerka u edukazzjoni, u għalhekk jitwettaq fuq perjodu ta’ żmien.
It-targets jiġu stabbiliti skont il-progress miksub u r-riżorsi disponibbli.
Bħala gvern, hemm impenn ċar sabiex is-servizzi onkoloġiċi f’Malta jkomplu jiġu żviluppati b’mod integrat u skont l-aqwa standards internazzjonali. F’dan il-kuntest, qed isiru evalwazzjonijiet u xogħol preparatorju sabiex Malta tavvanza lejn mudell ta’ Comprehensive Cancer Centre. L-Isptar Mater Dei, li jinkorpora ċ-Ċentru tal-Onkoloġija, daħal bħala ċentru pilota fil-Joint Action (JA) EUnetCCC sabiex jibda l-proċess preparatorju meħtieġ biex eventwalment jidħol fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni bħala Comprehensive Cancer Centre.
Infurmat li l-fażi pilota hija mistennija ddum bejn 12 u 18-il xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li jkun ser jiġi trasportat għall-kura f’Malta, hux se jkun meħtieġ li jittieħed f’ambulanza mill-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-post fejn ser ikun hemm il-helipad?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu ppjanat li d-dipartiment tal-emerġenza ser ikun l-aktar qrib possibbli tal-helipad. Kif żgur jifhem l-Interpellant, għas-siġurtà u bħala miiżura biex tiġi mħarsa l-kundizzjoni medika tal-istess pazjent, ikun meħtieġ li jiġi trasportat permezz ta’ ambulanza mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sal-post fejn ser ikun hemm il-helipad.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Helipad –Tneħħija ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra ser tinqala’ mill-post fejn hu proġettat li jsir il-helipad tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-helipad il-ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jeħtieġ interventi limitati fuq il-veġetazzjoni eżistenti sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti operattivi, ta’ sigurtà u ta’ konformità mal-istandards tal-avjazzjoni u tas-saħħa.
B’kollox, 36 siġra jinsabu fil-footprint tal-proġett jew fiż-żoni ta’ sigurtà relatati mal-operazzjoni tal-helipad. Minn dawn:
· 21 siġra huma ppjanati li jiġu rilokati, skont il-pariri tekniċi rilevanti;
· 10 siġar ma jistgħux jiġu rilokati għax skont pariri tekniċi, hemm rata baxxa li relokazjoni ssir b’suċċess;
· il-bqija huma siġar jew veġetazzjoni li jistgħu jiġu ntegrati fis-sit finali.
Dan l-intervent qed jsir b`kollaborazjoni mal-Ministeru għall-Għawdex u l-Ippjanar qed isir b’attenzjoni sabiex l-impatt ambjentali jiġi minimizzat kemm jista’ jkun.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal in-National Cancer Plan peress li l-aħħar pubblikazzjoni kienet tkopri mill-2017 sal-2021?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-National Cancer Plan qed jiġi aġġornat sabiex jibni fuq il-pjan preċedenti. Ix-xogħol fuq dan l-aġġornament qed isir f’kollaborazzjoni ma’ diversi stakeholders ewlenin fil-qasam tal-onkoloġija, inkluż professjonisti tas-saħħa, entitajiet governattivi u rappreżentanti tal-pazjenti. Għal dan il-għan, ġie ffurmat kumitat multidixxiplinari li jiġbor flimkien dawn il-professjonisti. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-pjan il-ġdid jirrifletti l-iżviluppi riċenti fil-kura tal-kanċer kif ukoll il-prijoritajiet nazzjonali u Ewropej f’dan il-qasam. IL-pjan IL-ġdid ser jkopri l-perjodu 2026–2035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw Professional Leads tal-Allied Health mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infrmet li fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdem fid-direttorat tal-Allied Health Professionals u fid-direttorat tan-nursing, maqsumin separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Allied Health Professionals, hemm Direttur u tlett impjegati. Dawn l-impjegati xorta għadhom jagħmlu xogħol kliniku f’ċertu jiem.
Għar-rigward tad-Direttorat tan-Nursing, ninsab infurmat li hemm Direttur u 9 infermiera/qwiebel fi gradi diversi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-konferenza tal-Allied Health fis-snin 2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew professjonisti għal kull sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenza li saret fl-2024, attendew għaliha 250 persuna. Din kienet konferenza ta’ ġurnata waħda u l-ispiża totali ammontat għal €11,975.30.
Iinfurmat ukoll li l-konferenza li saret fl-2025, attendew għaliha 600 parteċipant. Il-konferenza kienet maqsuma ta’ jumejn u l-ispiża totali ammontat għal €47,904.97. L-ispiża tinkludi l-kera tas-sala (f’Dar il-Mediterran), catering (intuża wieħed mis-suppliers ta’ Dar il-Mediterran), loġistika organiżżattiva u spejjeż relatati mal-kelliema barranin.
Irid jingħad, li l-konferenza tal-2025 kienet ibbażata fuq komponent xjentifiku, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fi ħdan id-Direttorat tal- Allied Health Services. Barra minn hekk, serviet ukoll bħala tħejjija u biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa meta Malta tospita l-Konferenza Ewropea tal-European Forum for Primary Care, li hija skedata li ssir fl-2027.
Physiotherapists u Occupational Therapists – Uniformijiet
Question
Peress li l-uniformijiet il-ġodda li ngħataw lill-Physiotherapists u lill-Occupational Therapists (OTs) is-sena l-oħra, mhumiex qed jintlibsu għax il-materjal tagħhom huwa inferjuri u trasparenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-uniformijiet humiex se jiġu mibdula, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qiegħed jara li dawn l-uniformijiet li l-Onor Interpellant qed jagħmel referenza għalihom ikunu mibdula u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji. Il-fornitur qed ikun mitlub li mid-Dipartiment li jagħmel hekk mingħajr aktar dewmien.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema klinika tal-Gvern (polyclinic) jistgħu jagħmlu użu r-residenti tal-Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll x’servizzi jingħataw lill-Imġarrin minn din il-klinika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-residenti tal-Imġarr, Malta jistgħu jużaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta bħala l-aktar klinika fil-viċin. Madankollu, għal servizz ta' tabib tal-familja, jistgħu jagħmlu użu minn kull klinika oħra f'Malta u Għawdex minħabba l-introduzzjoni ta' rekords elettroniċi. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jipprovdi lir-residenti kollha servizzi ta’ kura primarja inklużi konsultazzjonijiet mat-tabib tal-familja, kura tal-infermierija, tilqim, ġestjoni ta’ mard kroniku u referenzi għal investigazzjonijiet jew kura speċjalizzata meta meħtieġ.
Għar-residenti tal-Imġarr hemm ukoll l-Mgarr Community Clinic, li toffri servizzi b’appuntament għal residenti tal-Imġarr fil-qasam ta' Speech Language Pathology u l-Psikoloġija.