Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kliniċi tal-psikjatrija – Persuni li jieħdu servizz

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm persuni li jieħdu servizz (service users) mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex, maqsuma xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11017.

Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Talbiet miċħuda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12323, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li l-awtorizzazzjoni jew ir-rimborż tal-ispejjeż għal kura barra minn Malta, ġew miċħuda fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Year 2020 2021 2022 2023 Refused Prior- Authorisation 0 0 0 2 Refused reimbursement 0 1 0 2

Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12564, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali bejn Jannar u Diċembru 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12564.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – ilmenti riċevuti fl-2022

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq xiex kienu l-ilmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fl-2022? Kemm minn dawn ġew riżolti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn 48 ilment fl-2022 ġew riżolti 40. L-ilmenti kienu varji u kienu jinkludu: ilmenti dwar ikel fl-isptar, side effects ta’ mediċini, trattament ta impjegati fuq il-post tax-xogħol minħabba problema psikjatrika, talbiet sabiex jinbidel il-konsulent mediku u oħrajn.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – ilmenti riċevuti fl-2023

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq xiex kienu l-ilmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fl-2023? Kemm minn dawn ġew riżolti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 46 ilment fl-2023 s’issa ġew riżolti 39.

Kummissarju għas-Saħħa Mentali – involuntary admissions jew treatment orders mhux ġustifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali deherlu li involuntary admissions jew treatment orders ma kinux ġustifikati fl-2022 u fl-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali deherlu li fl-2022, 5 involuntary admissions minn total ta’ 751 ma kinux ġustifikati u fl-2023, 2 involuntary admissions minn total ta’ 579 ma kinux ġustifikati.

Sptar Mount Carmel – Seclusion room

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntużat is-seclusion room ġewwa l-Isptar Mount Carmel għal kull xahar bejn Jannar u Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tikkjarifika xi trid tfisser b’seclusion room.

Sptar Mount Carmel – pazjenti b’issues soċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Mount Carmel purament minħabba issues soċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi numru ta’ pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel, waqt li fiequ minn kundizzjoni psikjatrika akuta, għandhom problemi soċjali inkluż ta’abbuż tad-droga li xorta għad għandhom ħtieġa ta’ appoġġ.

Sptar Mount Carmel – pazjenti bi problema ta’ droga jew homeless

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel għandhom problema ta’ droga u huma homeless?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 17-il pazjent ġewwa l-Isptar Mount Carmel li għandhom problema ta’ droga u li huma homeless.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Apparat li mistenni jinxtara

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’apparat huwa mistenni li jinxtara b’kofinanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul din is-sena u s-sena d-dieħla? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jinħareġ it-tender indikat fl-istess tweġiba tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkun qed jibbenefika minn REACT EU sabiex jinxtara MRI. It-tender sabiex ikun jista’ jinxtara dan l-apparat ġie pubblikat u bħalissa qiegħed jiġi evalwat.

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10159, peress li din ngħatat f'Ġunju 2023, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sa Ġunju 2023 kemm kien hemm persuni b'Type 1 diabetes f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom kienu qed jużaw Constant Glucose Monitors (CGM) għax kellhom età sa 23 sena jew għax kienu ommijiet tqal? Jista' jgħid ukoll, minn Ġunju sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm żdied in-numru ta' persuni li qed jużaw is-CGM għax huma sal-età ta' 35 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa Ġunju 2023 kien hemm 324 persuni b'Type 1 diabetes li kienu qed jużaw il-CGM. Minn Ġunju sa Settembru kien hemm żieda ta’ 166 pazjent li qed jużaw il-CGM.

Każijiet ta' mard sesswali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10367, minħabba li l-informazzjoni mitluba mhijiex kompleta, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta t-tabella li tinkludi kull sena mill-2012 sal-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni addizzjonali li talbet hi qed tidher fit-tabella hawn taħt: ID 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Chlamydia 139 143 108 155 270 297 Gonorrhoea 29 61 53 66 74 106 Syphilis 35 39 55 41 40 62 Hepatitis B 18 15 22 19 34 25 Hepatitis C 24 14 14 11 13 18 HIV 31 36 40 59 58 45 Monkeypox 0 0 0 0 0 0 Scabies 72 145 164 165 105 146

Qawra — Drenaġġ ħiereġ fit-toroq

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk waslux rapporti għand id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, inkluż l-uffiċini tiegħu, dwar drenaġġ/ilma kkontaminat (maħmuġ) ħiereġ fi Triq Carmelo De Lucca, jew fl-inħawi tal-istess triq, bħal fi Triq Andrew Cunningham, hekk kif jidher li dan id-drenaġġ ilu ħiereġ għal numru ta’ ġranet? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet? Jekk le, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ minħabba l-perikli li qed joħloq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva ilment rigward ħruġ ta’ ilma possibilment drenaġġ fit-triq Carmelo De Lucca. L-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali bdew l-investigazzjonijiet tagħhom fis-17 t’Ottubru fejn fit-triq Carmelo De Lucca fejn instab sadd fil-kaxxa ta’ dar privata. Il-persuna responsabbli ġiet ordnata sabiex tneħħi is-sadd u l-għada, jiġifieri fit-18 t’Ottubru, ġie kkonfermat li tali sadd u l-inkonvenjent kien tneħħa.

San Pawl il-Baħar — Drenaġġ ħiereġ fiż-żona tal-iskola primarja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk waslux rapporti għand id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, inkluż l-uffiċini tiegħu, dwar drenaġġ/ilma kkontaminat (maħmuġ) ħiereġ fiż-żona ta’ l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, hekk kif jidher li dan id-drenaġġ ilu ħiereġ għal numru ta’ ġranet? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet? Jekk le, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ minħabba l-perikli li qed joħloq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva lment rigward dan il-każ fit-12 t’Ottubru 2023. Saret spezzjoni mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-Triq L-Iskola u ġie kkonfermat li kien hemm żbroff ta’ drenaġġ li kien ħiereġ mill-kaxxa tal-ispezzjoni (intercepting chamber) li tappartjeni lil-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Is-sadd li kien hemm tneħħa u lment ingħalaq. Reġa' kien hemm żbroff u wara li għaddew is-CCTV cameras nstab li hemm ħsara fil-katusi tad-drenaġġ tal-istess skola. Il-precincts officer tal-iskola nfurmana li diġà nġabru l-quotations u li x-xogħol ta’ tiswija ser isir.

Sptar Mater Dei — Każijiet tal-Qorti li nfetħu minn pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-aħħar 10 snin kienx hemm każijiet tal-Qorti li nfetħu minn pazjenti kontra l-Isptar Mater Dei, kemm minnhom intilfu min-naħa tal-isptar, jekk kienx hemm xi kumpens u x'valuri kienu involuti każ b'każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 2 sentenzi, waħda fejn it-talba ġiet miċħuda u l-oħra fi stadju ta’ Appell.

Ministeru għas-Saħħa – Persuni ingaġġati bħala persons of trust

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna hija ingaġġata mal-Ministeru tiegħu bħala person of trust jew political appointment, x'titlu jokkupaw u x’inhu s-salarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184 ta’ din il-Leġiżlatura, ninformah li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 10.5 full time equivalent f’persons of trust.

Sptar Mater Dei — Ophthalmic Ward – Magni bil-ħsara

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il B-Scan hemm fl-Ophthalmic Ward fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk hux kollha qed jiffunzjonaw jew jekk hemmx minnhom li huma bil-ħsara? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġux ikkanċellati appuntamenti meta jkun hemm xi magna bil-ħsara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-probe li tintuża għall-B scan Ocular ultrasonography żviluppat ħsara u intbagħtet għat-tiswija barra minn Malta. Huwa mistenni li l-makna ma ddumx ma tiġi lura mit-tiswija.

Complex Regional Pain Syndrome — Persuni rreġistrati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni f'Malta li huma rreġistrati li jbatu mill-Complex Regional Pain Syndrome (CRPS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CRPS mhix kundizzjoni li jinżamm reġistru għaliha.

Celiac Disease — Vouchers għall-ikel gluten-free

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tikkwalifika sabiex tirċievi l-vouchers għall-ikel gluten-free u għal persuni Celiac? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-proċedura f'każ illi persuna li minħabba xi kundizzjoni oħra, ma tkunx tista' tagħmel it-testijiet, jew uħud minnhom, biex tiġi dijanjostikata għal dawn il-kundizzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li jbatu minn Celiac disease li tkun ikkonfermata b’biopsy huma eleġibbli għall-vouchers ta’ ikel Gluten Free.

Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Baġit għal-pazjenti Maltin

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12320 u jindika l-baġit kollu mpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pazjenti Maltin sa issa f’applikazzjoni tad-Direttiva Ewropea kull sena u fil-perjodu kollu komplessiv għal ħlas jew għar-rimbors ta’ spejjeż għal kura barra minn Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx budget speċifiku għad-Direttiva Ewropea (Directive 2011/24/EU on Patients’ rights in Cross-Border Healthcare). Il-ħlasijiet jinħarġu mill-istess vot tat-Treatment Abroad.