Billi f’nofs Marzu l-Ministru kien jgħarraf lill-Parlament li t-tfassil tal-istrateġija dwar l-electric vehicles kienet tinsab fl-aħħar fażi tagħha, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet u meta se tiġi ppubblikata? L-information campaign marbuta magħha fiex waslet u min qed imexxiha billi l-Ministru kien ġie kkwotat jgħid li ‘an information campaign will be underway’?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għadu kemm ġie ffinalizzat it-tfassil tal-Istrategija dwar l-electric vehicles u din ser tiġi mnehdija fil-jiem li ġejjin. L-‘information campaign’ li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija relatata mal-progett ko-finanzjat taħt il-programm LIFE+, bl-isem ta’ DemoEV li permezz tagħha il-pubbliku in ġenerali ser ikun qed jiġi espost għal informazzjoni dwar dawn il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Din il-kampanja ser tkun qed tibda wkoll fix-xhur li ġejjin u ser tkun qed tinkludi wkoll opportunitajiet għall-pubbliku biex jippruvaw dawn il-karozzi.
Billi erba' xhur ilu l-Ministru kien ħabbar li fi żmien qasir kien se jkollna 100 electrical charging points għall-karozzi elettriċi u xi 24 karrozza tal-elettriku, jista' jgħid kemm u jekk le meta se jintlaħaq dan il-għan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preparamenti għall-ħruġ ta’ sejħiet għal offerti waslu fi stadju avvanzat kemm fir-rigward tax-xiri tal-24 vettura elettrika kif ukoll fix-xiri taċ-charging points. Dawn is-sejħiet għal offerti huma mistennija li jiġu ppubblikati fil-ġimghat li ġejjin. Ta’ min wieħed jirrimarka li dan il-proġett (li huwa ko-finanzjat tal-Programm LIFE+) għandu timelines definiti u dawn iż-żewg deliverables iridu jkunu qed jiffunzjonaw sal-bidu tas-sena 2013; jigifieri il-proġett miexi kif pjanat. Wara li jiġu aġġudikati l-offerti u tiġi nstallata l-infrastruttura neċessarja, tibda d-demonstration phase.
Billi f’Marzu li għadda l-Ministru kien għarraf lill-Parlament li l-istrategic environmental assessment dwar il-pjan nazzjonali tal-enerġija kien se jiġi finalizzat f’Ġunju, jista' l-Ministru jikkonferma jekk din id-data nżammitx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan nazzjonali tal-enerġija wasal fil-fażi finali. Madankollu, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-iżvilupp relattivament reċenti li jkun inkorporat LNG terminal fil-proġett tal-pipe-line tal-gass li maħsub li jgħaqqad Malta ma Sqallija u l-implikazzjonijiet li dan iġib miegħu, l-istrategic environmental assessment għadu ma ġiex iffinalizzat imma riesaq lejn it-tmiem tiegħu Ninfurmah li ġa la darba dan id-dokument tal-iStrategic Environmental Assessment ikun ffinaliżat dan issir publiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jagħmel xi sperimentazzjoni partikulari għal dak li jikkonċerna l-ġenetika tal-majjal, għat-trobbija f'Malta? Jekk iva, fejn qed isiru dawn l-esperimenti u min qed jikkollabora biex l-istudju jkollu s-suċċess meħtieġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern mhux jagħmel sperimentazzjoni fil-ġenetika tal-majjal għat-trobbija f'Malta u ma jidhirx li hemm lok li dan isir lokalment meta din it-tip ta’ riċerka titlob speċjalizazzjoni għolja ħafna u għaldaqstant riċerka simili qatt ma tista’ tkun ekonomikament vijabbli.
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34212,. tajjeb ukoll li infakkru li dan il-Ministeru, flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali, kien vara programm ta’ bdil ta’ ġenetika u dejjem ta l-appoġġ tiegħu meħtieġ biex jintlaħaq il-għan li jkun hawn majjali ta’ ġenetika li jagħtu l-aħjar rendiment. Ninfurmah li fl-għażla tal-varjeta magħżula ngħatat konsiderazzjoni għall-addattabilità għall-klima u ambjent ta’ dawn il-gżejjer.
Billi kien hemm persuni, li kkritikaw il-ftuħ tal-Water Park f'Buġibba, ftit tal-jiem ilu, jista' l-Ministru jaghti tagħrif dwar jekk il-water park infetaħx għalxejn, li kien ta' ħela ta' flus, u li permezz tiegħu l-gvern qed jagħti eżempju ħazin? Kemm kienu s'issa dawk li attendew f'dan il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għal-kuntlarju ta’ dak li jintqal is-suċċess tal-park jidher mill-attenza ta’ medja ta’ 900 tifel u tifla kuljum li qed imorru jiddevertu f’dan il-Park.
Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazju fejn joħorġu l-kreattivita’ tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell t’għixien aħjar. It-tfal qed igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida u innovattiva li qed toffri 17-il
water feature
differenti. Dan il-Park qed jopera bejn Gunju u l-aħħar ta’ Settembru mill-10.00am sas-7.00pm.
L-ilma kollu li jintuża fil-Park huwa riċirkolat u jinżamm f’
reservoir
taħt l-istess park. L-ilma ħiereġ mill-water features wara li jinġabar lura jiġi ffiltrat u sanitizzat bl-użu ta’
UV sterilisation
kif ukoll bl-użu ta’
chlorine
. Dan iċ-ċiklu dejjem jirrepeti ruħhu biex b’hekk l-ilma ma jkun qatt ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal.
Il-Park qed jitmexxa b’sistema fejn jidħlu gruppi ta’ 50 tifel u tifla wara xulxin kull 20 minuta. Dan biex kulħadd jingħata l-opportunita’ li jilgħab f’dan il-park uniku. Dan il-park hu mibni f’forma ta’ dgħajsa jinkludi wkoll locker room u servizzi sanitarji. Dan hu proġett li sar b’investiment tal-Gvern ta’ €600,000.
Apparti l-fatt li dan il-proġett huwa investiment dirett fit-tfal, huwa wkoll proġett li se jkompli jagħti spinta ’l quddiem lill-komunita’ kummerċjali ta’żona turistika Buġibba.
Tajjeb li inżid li dan il-Ministeru irċieva numru konsiderevoli ta’ kummenti favorevoli. Fosthom kien hemm ukoll fejn intwera interess li faċilitajiet simili jinfetħu f’postijiet oħra Dan il-Ministeru dejjem lest li jisma’ kwalunkwe suġġeriment biex inkunu nistgħu intejbu fejn hemm bżonn.
Peress li fl-akwata ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa hemm ħafna klieb jiġġerrew barra bla sid, jista' l-Ministru jordna li dawn jinġabru u jittieħdu kura tagħhom minflok jitħallew barra peress li dawn qed ikunu ta' periklu u theddid għar-residenti tal-lokal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34250.
Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel - Lista tal-kontribuzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35968 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35172, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-kontribuzzjoni li saret għal kull kirja li ġiet elenkata fid-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mill-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 35772?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Wieħed irrid jifhem li l-kontribuzzjoni tvarja skond numru ta’ fatturi fosthom jekk l-għaqda hiex waħda kummerċjali jew le u jekk l-aċċess jingħalaqx għal kollox jew le.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi bidliet għal dawk li huma l-ħinijiet tad-dħul tal-bdiewa u x-xerrejja fil-pitkalijia ċentrali f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru rċeviex xi rappreżentazzjonijiet dwar dawn il-ħinijiet jew mingħand il-bdiewa nkella mingħand ix-xerrejja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għaqda tal-Bdiewa, flimkien mal-Koperattiva tal-Bdiewa ressqu talba sabiex isir bdil fil-ħin, din it-talba qiegħda tingħata l-konsiderazzjoni xierqa imma wieħed irid ifakkar li fl-operat tal-Pitkalija hemm involuti operaturi oħra barra l-bdiewa u għaldaqstant mhux faċli li l-proposta tkun aċċettata minn kulħadd.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-qtugħ ta' siġar li sar fuq il-front ta' Buġibba, fejn uħud mis-siġar inqatgħu, (suppost inżabru), iżda oħrajn ma nżabrux? (mhux qed nirreferi għall-palm)
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, la permezz tad-Dipartiment tal-PARKS u lanqas permezz ta’ ELC, ma kien involut fil-qtugħ jew żbir ta’ siġar fuq il-front ta’ Buġibba.
Tali investigazzjoni għaldastant trid issir mill-MEPA għax hi l-awtorità kompetenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew xi dipartiment li jaqa' taħtu rċeviex rapporti ta' qtugħ ta' siġar mhux awtorizzat, minn xi kunsilli lokali? Jekk iva, fejn kienu l-każijiet u x'passi ttieħdu fil-konfront ta' min ma osservax l-istess regolamenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-PARK u Inizjattivi ma rċevejna l-ebda rapport minn Kunsill Lokali ta’ qtugħ ta’ siġar mhux awtorizzat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet ta' sajd illegali li ġew rappurtati lid-dipartiment ikkonċernat, jew lil Ministeru? Jekk kien hemm x'tip ta' illegalità ġiet irrapurtata u f'liema lokalitajiet allegatament seħħet din l-illegalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur daħlu tlett rapporti lid-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd li kienu jirrigwardaw possibiltajiet ta’ sajd illegali, kif ġej:
1. Sajd illegali bil-parit f’San Pawl l-Bahar u għaddejin proċeduri fil-Qorti fil-konfront tal-persuna konċernata
2. Rapport ta’ sajd f’żona protetta fl-inħawi tad-Dwejra Għawdex, li wara rriżulta li ż-żona ma kienetx protetta
3. Sajd bil-pariti fil-Marfa iżda li wara li saret spezzjoni l-AFM irriżulta li kien fin-negattiv
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35222, 35058 u 34651 u cioè: B'referenza għall-proġett tar-relocation ta' 17-il razzett, issa niżlu għal 12-il razzett, flimkien mal-impjant tat-trattament tad-demel ġos-south/Qrendi, liema proġett ilu mwiegħed mill-2007, sallum għad lanqas l-out line permit ma ħareġ, jista' l-Ministru jgħid:
a) fejn/fliema stadju wasal;
b) kemm intnefqu flus sa issa, u kif intnefqu;
ċ) kemm hemm raħħala li konfermaw bil-miktub/intrabtu li jmorru l-Qrendi;
d) kemm hu maħsub li jiġi jiswa dan l-impjant,
full cost breakdown
; u
e) kemm hu maħsub li jiġi jiswa kull razzett,
full costs breakdown
u min se jħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal EIA wasal fl-istadju ta’ konsultazzjoni u saret laqgħa pubblika għal dan il-għan nhar l-4 ta’ Mejju 2012. Bħala preparamenti meħtieġa, saru numru ta’ studji (inklużi minn naħa arkejoloġika) u pjanti flimkien mar-rapporti meħtieġa għall-EIA u li b’kollox ġew jiswew €123,753.Sadanitant għaddejjin laqgħat ta’ diskussjoni mal- KPH u ‘l-fuq minn 10 r-raħħala li esprimew l-interess tagħhom u l-konvinzjoni tal-bżonn li jimmodernizzaw is-servizzi tagħhom.Huwa stmat li l-impjant għat-trattament tad-demel huwa mistenni jqum madwar €7 miljuni. Sejra issir applikazzjoni għall fondi ta’ l-Unjoni Ewropea għall-finanzjament ta’ dan il-proġett.
lista ta' nies li jikklasifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea -
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35281 u 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li dan it-tqassim kien issir mill-YMCA u mill- 2009 mill-Millenium Chapel Foudation u jien infurmat li mhux dejjem inżammu listi eżawrenti tal-persuni kollha li kienu jibbenefikaw. Għalhekk mhux possibli li nagħtih lista tan-nies li bbenefikaw. Però nista' nagħtih lista tal-volumi li tqassmu u qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess għat-talba tal-ħlas, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li saret lid-dipartiment ikkonċernat li jaqa' taħt il-Ministeru rispettiv? Jista' jgħid jekk il-ħlas mitlub hemmx xi possibiltà li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33409 u jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal part-time fishermen mis-sena 2008 'l hawn, sena b’sena? Kemm kien hemm talbiet li ġew miċħuda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mgħotija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 21105, 14036, u 10183, nigbed l-attenzjoni li dan il-Ministeru ma joħroġx liċenzji ta’ sajjieda iżda liċenzji ta’ bastimenti liċenzjati għas-sajd. Kif kont diġa spjegajt, rigward reġistrazzjoni ta’ persuni bħala sajjieda, dan isir mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ
Belt, Furjana, Kottonera u Imdina — Tindif ta' swar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' swar ġie mnaddaf fl-aħħar snin fil-Belt, il-Furjana, l-Kottonera u l-Imdina, sena b'sena, lokalità b'lokalità?
San Ġwann — inħawi ta' Taż-Żewjt - irwejjaħ ta' gassijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex ikun hemm riħa qawwija ta' gassijiet fl-inħawi ta Taż-Żwejt, San Ġwann, fid-dawl ta' għadd ta' lmenti li waslu mir-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika x’tip ta’ irwejjaħ qiegħed jirreferi għalihom biex qiegħed jassoċja din ir-riħa mal-operat ta’ dan il-Ministeru,jew entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-widien f'Malta li se jiġu riabilitati matul dan l-istaġun tas-sajf? Kemm hija s-somma vvutata għal dawn ix-xogħlijiet wied f'wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat li skont il-pjan imfassal, d-dipartiment ppjana li jsir xoghol ta’ tindif u riabilitazzjoni fuq numru ta’ widien, fosthom partijiet minn Wied Mofru, Wied il-Luq, Wied tal-Isqof, Wied Baqqiegħa, Wied San Anton, Wied tal-Fiddien, Wied Ġebel Għomor, Wied Rmiedi, Wied Inċita u Wied Liemu. Il-flus għal dawn ix-xogħolijiet jittieħdu mill-vot ċentrali wieħed allokat għal ‘Upgrading of Existing Stormwater Systems’.