Legislature:
Category:
Reset
Active:

Snin 2024 u 2025 — Out-of-Home Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal f’Out-of-Home Care fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal f’Out-of-Home Care fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jipprovdi l-età u l-ġeneru ta’ dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub minn l-Onor. Interpellanta huwa kif jidher fit-tabelli li jidhru hawn taħt: 2024 (Jannar sa Diċembru 2024) Tip ta Residenza Etajiet Bniet Subien Total Fostering Minn new borns sa 21 sena 128 108 236 Djar FSWS Minn 9 snin sa 23 sena 44 17 61 NGO’s u Aġenzija Sapport Minn new borns sa 22 sena 45 78 123 Faċilità Korrettiva 14-il sena u 16-il sena u 6 xhur 1 1 2 Settur Privat (Diżabbiltà) Minn 6 snin sa 17-il sena u 8xhur 4 9 13 Sptar 14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u 6 xhur 2 2 2 Shelters 16-il sena u 4 xhur 1 0 1 438 2025 (Jannar sa Ġunju 2025) Tip ta Residenza Etajiet Bniet Subien Total Fostering Minn new borns sa 21 sena 130 108 238 Djar FSWS Minn 8 snin sa 24 sena 43 18 62 NGO’s u Aġenzija Sapport Minn sena sa 22 sena 41 75 116 Faċilità Korrettiva 16-il sena u xahar 1 0 1 Settur Privat (Diżabbiltà) Minn 6 snin sa 18-il sena u 5 xhur 7 11 18 Sptar 14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u hdax-il xahar 0 2 2 437

Fostering ta’ tfal — Familji li joffru Foster Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji li joffru Foster Care bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalissa hawn 169 familja li joffru  il- Foster Care , ai termini ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva)

Fostering — Tfal li huma fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma fostered bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sa Ġunju ta’ 2025 kien hemm 232 tifel/tifla li huma fostered, ai termini ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva).

Sena 2025 — Adozzjonijiet minn koppji LGBTIQ+

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet minn koppji LGBTIQ+ fis-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ adozzjoni waħda minn koppji LGBTIQ+.

Sena 2025 — Adozzjonijiet ta’ tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-adozzjonijiet kienu ta’ tfal lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal adottati minn pajjiżi barranin, u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ 10 adozzjonijiet minn 6 pajjiżi differenti; 1 mill-Bulgarija, 3 mill-Kolombja, 3 mill-Indja, 1 mill-Portugal, 1 mill-Vjetnam u 1 minn Malta. Tajjeb li jingħad illi, l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqaleb għall-adozzjoni.

Wied il-Għajn - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Wied il-Għajn li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Wied il-Għajn 127

Iż-Żejtun - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu ż-Żejtun li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Żejtun 129

Marsaxlokk - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Marsaxlokk li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Marsaxlokk 24

Ħal Għaxaq - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Ħal Għaxaq li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Ħal Ghaxaq 63

Sena 2024 — Adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet fis-sena 2024? Kemm minn dawn l-adozzjonijiet kienu ta’ tfal lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal adottati minn pajjiżi barranin u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2024 kien hemm total ta’ 23 adozzjonijiet minn 4 pajjiżi differenti; 14 mill-Indja, 1 mill-Islovakkja, 1 mill-Vjetnam u 7 minn Malta. Tajjeb li jingħad illi, l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqalbu għall-adozzjoni.

Ministeru għall-Politika SoċjaMinisteru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta’ inqas minn €5,000li u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 30149

Talba għal tnaqqis gradwali ta’ għajnuna soċjali - Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30683, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie infurmat li t-talba tiegħu għal tnaqqis gradwali tal-għajnuna soċjali ma ġietx milqugħa, għaliex skont l-ittra mibgħuta lilu fis-26 ta’ Awwissu 2025, dan ma kienx jirċievi għajnuna soċjali, meta skont l-iscreenshot mill-website tas-servizzi soċjali, dan jidher li kien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jgħaddili d-dettalji tal-persuna ikkonċernata privatament biex id-Dipartiment tkun tista’ tagħmel kuntatt miegħu b’mod personali u tispjegalu s-sitwazzjoni tiegħu.

Il-Gudja - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu l-Gudja li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Gudja 9

Santa Luċija - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Santa Lucija 54

Raħal Ġdid - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jgħixu Raħal Ġdid li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Raħal Ġdid 146

Ħal Tarxien - Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li qed jirċievu l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Awwissu 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' Persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali (Awwissu 2025) Ħal-Tarxien 105

Għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-għajnuna soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u kemm minnhom ġew konklużi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali, hija kif qed tidher hawn taħt: Total ta' Applikanti għall-għajnuna soċjali 357 Total ta' talbiet konklużi 349

Anzjani li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha u li qed jirċievu l-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27525 u 30376 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li għandhom bejn il-61 sena u l-64 sena li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali u li qed jirċievu l-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru għal kull sena (jiġifieri 61, 62, 63, 64 sena) u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-aħħar Gvern li-ġħolla l-eta tal-irtirar kien Gvern Nazzjonalista bir-riforma li kienet saret fl-2006, kważi 20 sena ilu. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt.  Qed tingħata dettaljata sabiex in-numri jkunu spjegati aħjar.  L-informazzjoni hija sas-sena 2024 u tikkonċerna persuni li jekk twieldu qabel l-1962 b’mill-anqas 35 sena ta’ kontribuzzjonijiet setgħu jirtiraw qabel l-età tal-irtirar, waqt li jekk twieldu wara kellhom bżonn 40 sena: Males by Birth Year and Age of Pension - Average Contribution 50 Retirement age 62 Retirement age 63 Retirement age 64 Retirement age 65 Age 1952 1953 1954 1955 1956 1957 1958 1959 1960 1961 1962 1963 Total 61 1,011 991 949 1,008 1,037 954 854 878 864 853 651 575 10,625 62 471 516 586 643 229 224 243 240 272 241 223 3,888 63 13 19 14 27 549 528 513 171 164 129 2,127 64 1 1 3 4 35 24 43 359 379 849 65+ 8 4 6 6 14 21 15 28 102 Total 1,504 1,531 1,558 1,688 1,864 1,751 1,668 1,676 1,679 1,223 874 575 17,591 Females by Birth Year and Age of Pension - Average Contribution 50 Retirement age 62 Retirement age 63 Retirement age 64 Retirement age 65 Age 1952 1953 1954 1955 1956 1957 1958 1959 1960 1961 1962 1963 Total 61 122 116 122 159 162 196 187 226 241 216 168 75 1,990 62 53 49 80 53 61 64 49 76 83 66 83 717 63 2 5 2 3 66 57 75 44 54 39 347 64 0 0 0 4 0 4 7 68 79 162 65+ 1 2 5 2 7 7 7 10 41 Total 178 172 209 221 296 328 325 424 457 321 251 75 3,257 Tajjeb li jkun ippreċiżat li l-eta’ tal-irtirar ta’ persuni li twieldu bejn l- 1952 u l-1955 kienet ta’ 62 sena, jekk twieldu bejn l-1956 u l-1958 l-età tal-irtirar kienet ta’ 63 sena u jekk twieldu bejn l-1959 u l-1961 hija ta’ 64 sena, u allura dawn meta laħqu l-eta tal-irtirar setgħu jirtiraw, kien kemm kien in-numru ta’ kontribuzzjonijiet li kellhom.  Għal dawk imwielda wara, l-età tal-irtirar hija ta’ 65 sena.  Dawn tal-aħħar, fl-2024 għalqu 61 jew 62 sena skont meta twieldu. L-informazzjoni mogħtija hija biss dwar dawk li kellhom l-ammont stipulat ta’ kontribuzzjonijiet skont l-età tat-twelid rispettiva kif mitlub mill-Onor. Interpellant u ma tinkludix dawk li kellhom anqas kontribuzzjonijiet u rtiraw fl-età propja tal-irtirar tagħhom jew wara. Fil-fatt, minbarra in-numri ikkwotati fuq, fl-istess perjodu bdew jirċievu l-pensjoni 8,549 oħra rġiel u 10,781 oħra nisa b’numru ta’ kontribuzzjonijiet anqas mill-massimu.  Dawn irtiraw fl-età tal-irtirar tagħhom jew wara.