Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6664 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1194 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?
assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?
Jista' l-Ministru jgħid jekk omm single li tibbenefika miċ-children's allowance tistax tibbenefika wkoll mill-benefiċċu tal-wens jekk toffri s-servizz tagħha biex tgħin lil persuna li tiġi minnha li tkun qed tbati minn mard serju li jirrendiha diżabbli?
Jista' l-Ministru jgħid kif se jitqassmu l-oqrba li hemm jew li se jkun hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Peress li hemm numru ta' persuni li kienu applikaw jista' jgħid jekk dawn hux se jingħataw preferenza fuq applikazzjonijiet oħra? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm huwa mistenni li jkun hemm oqbra għall-bejgħ?
Response (DALLI, JOHN)
Se tinħareġ offerta bil-kondizzjonijiet applikabbli għat-trasferiment tal-oqbra. Bħalissa hemm 4,029 applikazzjoni, u hu proġettat li għandu jkun hemm 9,000 qabar. Kulħadd għandu jkun moqdi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda s-servizz ta' occupational therapy fl-iskejjel primarji taż-Żejtun ? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li għandhom bżonn assessment mill-occupational therapist biex ikunu jistgħu jiġu allokati facilitator qed ikollhom jistennew xhur sħaħ bil-konsegwenza li bosta ġenituri qed ikollhom jirrikorru għal occupational therapists privati minflok ma qed jieħdu s-servizz minn dawk tal-Gvern ?
X'qed isir min-naħa tal-Gvern biex din is-sitwazjoni titranġa ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13695 u jgħid xi programmi hemm ippjanati għas-sena 2010 fir-rigward ta' taħriġ għall-impjiegi/preparazzjoni għall-imprenditorija fil-qasam ta' green jobs?
Response (DALLI, JOHN)
Fir-rigward ta' taħriġ għall-Impjiegi informat li l-preparazzjoni għall-Imprenditorija, il-Korporazzjoni ser terġa' torganizza numru ta’ skemi li huma mmirati biex jħinu lil dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jibdew negozju. Din l-iskema li hija mgħarufa bħalha INT scheme (Ibda Negozju tiegek) u tinkludi guidance, taħriġ fl-imprenditorija, enterprise grant ta' €2300 għal dawk li jibdew in-negozju u servizz ta Mentoring.
Fir-rigward ta’
green jobs
il-Korporazzjoni qed tannalizza il-bżonnijiet differenti li jeżistu biex wara tistabbilixxi programmi ta’ taħrig li jirreflettu dawn il-bżonnijiet. Fil-mument għadu kmieni biex tgħid liema programm/i ser jittella'/jittellgħu iżda la darba dawn jiġu ippjanati il-programmi jiġi promossi bħall-programmi oħrajn organizzati mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13733 u jagħti tagħrif dwar il-kors tal-ECDL provdut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni li qed jirregistraw għax-xogħol u li qed jiġi mogħti pubbliċità fuq il-mezzi tax-xandir fuq:
a) kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu dan il-kors?
b) qed jintuża version 4 jew version 5?
ċ) għaliex mhux issir lista ta' attendenza?
d) għaliex se jiġu mgħallma biss modules 2, 3,4 u mhux minn 1 sa 7?
e) għaliex mhux se jsir l-eżamijiet għal kull module?
f) għaliex mhux jingħata ċertifikat sabiex min ikun għamlu jkollu l-opportunità jżidha fic-CV?
ġ) jekk jinħareġ ċertifikat lil min jgħaddi mill-modules kollha dan fil-fatt ikun rikonoxxut bħall-ECDL li jsir fl-istrutturi l-oħra edukattivi bi ħlas?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bħalissa hemm madwar 500 persuna li ma jaħdmux u li qiegħdin jistennew biex jagħmlu il-kors tal-ECDL mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn naħa tagħha, il-Korporazzjoni qed tagħmel l-għalmu tagħha biex dawn il-persuni jinqdew mill-aktar fis possibli. Infatti, dan l-aħħar anke bdiet torganizza aktar ħin min dak diġà stabbilit, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 u s- 7.00 ta’ filgħaxija u anke is-Sibt.
Minn Settembru li għadda, il- Korporazzjoni l-istess bħall-istituzzjonijiet oħra bdiet tuża l-
version 5
li huwa l-aħħar verżjoni tal-
ECDL modules.
Fil-programmi kollha li jiġu organizzati mill-Korprazzjoni nkluż dak ta’
l-ECDL
tinżamm l-attendenza, u jkunu biss dawk li jsegwu ta l-inqas 80% tal-programm li jkunu kunsidratti li għamlu il-programm kollu. Il-Korporazzjoni torgannizza il-
modules
kollha, jiġifieri mill-1 sas-7. Dawk kollha li japplikaw għall-ECDL
core,
jitħarrġu fil-
modules
2, 3 u 4, u jkunu jistgħu wkoll jattendu għall-
modules
1, 5,6 u 7 li jingħataw b’mod separat, jekk huma jkunu jixtiequ. Dan sar minħabba l-fatt, li ħafna mill-korsijiet passati, nies li ma jkunux interessati li jattendu il-
modules
kollha, kienu jiefqu wara li jlestu dawk li hekk msejħa bħala l-
core modules
bil-konsegwenza li n-numru ta’ parteċipanti fi grupp kien jonqos ħafna.
Fir-rigward ta’ ċertifikkazzjoni, l-ETC hija akkreditata mill-ECDL Foundation u mill-
Malta Computer Society
biex tipprovdi taħriġ u tamministra l-eżami ta’ ECDL. Iċ-Ċertifikat ECDL jiġi maħruġ mill-
Malta Computer Society,
u dan jinħareġ lil dawk li jilħqu l-livell meħtieġ waqt eżami li l-Korparazzjoni tamministra taħt regoli stretti. Din il-possibilità tiġi offruta lil kull min jattendi l-kors organizzat mill-Korporazzjoni kif wkoll dawk li segwew it-taħriġ minn xi stituzzjoni oħra. Dawk li jagħżlu li ma joqgħodux għall-eżami
(TEST)
jingħataw ittra li turi li l-persuna tkun segwiet il-programm kif wkoll spjegazzjoni tal-modules, li l-istess persuna tkun segwiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jwieġeb parti (b) kif mitlub? Rigward parti (A), fir-rigward tal-73200 persuna b'mard kardjovaskulari u respiratorju fuq skeda V, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità? Fil-każ tal-lokalitajiet fejn iddaħlet is-sistema tal-POYC, kemm żdiedu l-persuni bl-iskema V minħabba mard kardjovaskulari u respiratorju f'kull lokalità mill-2007 'l hawn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13727 u jgħid:
a) f'kemm-il
households
baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009?
b) f'kemm minn dawn il-famliji:
i) naqas iċ-children's allowance?
ii) żdied iċ-children's allowance?
Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?
capsules Seven Seas Advanced Joint Care — diskrapanza fil-prezz
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-capsules Seven Seas Advanced Joint Care li f’Malta jinbiegħu €28 għal 60 u €56 għal 120 kapsula, fl-Ingilterra jinxtraw b’ekwivalenti ta’ €20 għal 60 kapsula u meta wieħed jixtri 120 kapsula jħallas €40 u anki jingħata 60 kapsula b’xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant għas-snin 1999 sa' 2005, ingħatat bħala tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20214 fis-Seduta 418 tat-18 ta' Lulju, 2006.
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2006 sa' 2008 ingħataw bħala tweġibiet għall- Mistoqsijiet Parlamentari Numru 5191 tas-Seduta 73 tal-20 ta’ Jannar 2009; Numru 5692 tas-Seduta 78 tat-2 ta’ Frar 2009, u Numru 7061 tas-Seduta 93 tas-17 ta’ Marzu 2009.
Id-dħul għas-sena 2009 bejn l-1 ta’ Jannar sa’ t-30 ta’ Novembru hu kif jidher fit-Tabella mehmuża u li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuna b'diżabilità — spejjeż jew għoti ta' għajnuna għal taħriġ u korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13429 u jgħid x'arranġament jew provedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur ta' l-artikolu 3 (1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? X'ħallas il-Gvern għall-għoti ta' għajnuna għal taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fi ħdan l-ETC tiffunzjona struttura amministrattiva magħrufa bħala is-Supported Employment Section, fejn minn ħdanha permezz ta’ żewġ Employment Advisors, jiġu amministrati servizzi lill persuni b’diżabilita li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. L-ispiża average marbuta mas-salarji ta’ żewġ Employment Advisors matul il-ħames snin li għaddew kienet hekk : 2005- €32085, 2006-€33669, 2007-€33823, 2008-€35591, 2009-€37360.
Wara li jsir eżami mediku, il-Klijenti jiġu assessjati minn Occupational Therapist (servizz li nbeda ftit taż-żmien ilhu) sabiex jiġu identifikati l-ħiliet tal-persuna u fejn ikun meħtieġ dan jiġi riferut għal taħriġ bil-għan li jitkattru l-ħiliet tal-individwu u għaldaqstant jikbru ċ-ċansijiet li jinstab xogħol addattat. Fejn ikun possibbli it-taħrig jingħata mill-ETC stess u l-persuni jkunu mainstreamed. Li spejjeż relatati ma’ tali taħriġ ma jistax jiġi ikkwantifikat peress li l-ispejjeż tat-taħriġ jinżammu fuq bażi globali u mhux skond il-klijenti varji.
Fejn dan it-taħrig mainstream ma’ jkunx possibbli l-persuna tiġi riferuta għal taħriġ aktar speċjalizzat ma’ xi NGO relatata. Sas-sena l-oħra l-ETC kienet tħaddem Ftehim ta’ Koperazzjoni li kienu jkopru taħriġ speċjalizzat u job placements, kemm mal-Fondazzjoni Eden kif ukoll mal-Fondazzjoni Richmond. Matul dawn l-aħħar ħames snin l-ETC għaddiet lill dawn iż-żewġ Fondazzjonijiet €483,228 għas-servizzi mogħtija taħt tali Ftehim.
L-ETC tħaddem ukoll skemi ta’ sapport finanzjarju sabiex Employers jiġu mħajjra jingaġġaw magħhom persuni b’diżabilità. Il-Bridging the Gap Scheme hija skema fejn persuna tingħata esperjenza ta’ xogħol fuq post tax-xogħol propju, fejn matul il-perjodu (normalment bejn 8 u 12 il-ġimgħa il-persuna tingħata allowance mingħand l-ETC, ekwivalenti għall-80% tal-paga minima nazzjonali. Li spejjes relatati ma’ din li-skema matul il-ħames snin li għaddew laħħqu €203,000. In-nefqa iżda kienet tkopri wkoll klijenti oħra żvantaġġati (dawk li kienu jabbuzaw minn xi sustanza, ex-habsin, etc).
Sas-sena 2007 kienet titħaddem skema magħrufa bħala Employment & Training Placement Scheme li kienet tipporovdi għall-sussidju dirett lill Employer fuq is-salarju mogħti, liema sussidju kien ta’ 50% tal-paga minima nazzjonali. Għas-snin 2005-2007 dan is-sussidju laħħaq €101,310. Din is-somma ukoll tinkorpora s-sussidju mogħti għall klijenti oħra żvantaġġati.
Bejn l-2004-2008 L-ETC ħaddmet proġett ko-finanzjat mill-UE is-Supported Employment Scheme u f’dawn l-aħħar ġimgħat ġie inizjalat l-Employment Aid Programme, li wkoll huwa proġett ko-finanzjat mill-UE, fejn fost gruppi ta’klijenti żvantaġġati hemm sussidju fuq is-salarju prolungat għall-tlett snin fir-rigward ta’persuni b’diżabilita’. L-ispiża għas-Supported Employment Scheme kienet ta €399,802, bil-finanzjament ikun ta’ 75% mill-UE u 25% minn fondi lokali.
Fejn tinħass il-ħtieġa, kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt il-Bridging the Gap jiġi ipprovdut is-servizz ta’ Learning Support Assistant u Job Coach rispettivament. Matul il-ħames snin li għaddew ġew utilizzati €9,000 għal tali servizzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema li daħlu fl-Isptar Monte Carmeli matul din is-sena u meta saret is-sejħa għall-impjieg in kwestjoni?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — trasport għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa t-trasport matul is-sena 2009 fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex iġib il-klijenti
a) għal servizzi ta’ impjieg?
b) għal servizzi marbuta mat-taħriġ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13630, 13033, 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?