Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema HOS – Artijiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-artijiet li fis-snin 2023, 2024 u 2025 ġew mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar marbuta mal-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS)? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’sedta oħra.

Teatru Manoel - Produzzjonijiet teatrali Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-produzzjonijiet teatrali Maltin li jsiru fit-Teatru Manoel u jgħid x’inhi r-raġuni li t-Teatru Nazzjonali jkollu produzzjoni waħda biss bil-lingwa Maltija kull staġun, apparti l-produzzjoni tar-rebbieħ/a konkors Francis Ebejer?

Response (BONNICI, OWEN)

Dan l-istaġun 2025/2026 it-Teatru Manoel qed itella’ 4 produzzjonijiet bil-Malti: Sofie, ta’ Anthony Portelli (rebbieħ tal-premju Studio Francis Ebejer), Pawlu Redux ta’ Oreste Calleja (minn Teatru Malta), Wara l-Mewġ, u Luke u n-Nannu Ċisju, dawn l-aħħar tnejn bħala parti mill-programm għat-tfal. It-Teatru Manoel, minbarra d-drammi, itella’ produzzjonijiet ta’ kull xorta - kunċerti kemm orkestrali, tal-baned u mużika kontemporanja, opri, musicals, spettakli taż-żfin, u jilqa’ wkoll produzzjonijiet minn pajjiżi differenti. Dan l-istaġun qed jittellgħu żewġ drammi oħra - waħda bit-Taljan (il Processo ta’ Kafka) u waħda bil-Franċiż (Le Jour du Mister).

Junior Eurovision Song Contest - Delegazzjoni Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar f'Tbilisi, il-Ġeorġja? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn il-persuni u jgħid x’kien l-irwol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali fuq din il-parteċipazzjoni (Tbilisi, il-Ġeorġja 2025) u jaqsam dan l-ammont skont l-oqsma ewlenin (eż. ivvjaġġar, akkomodazzjoni, drittijiet ta’ parteċipazzjoni, produzzjoni artistika, u allowance per diem)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Sqaq Bursett – Double Yellow Lines

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32146, jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Sqaq Bursett, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-implimentazzjoni tal-linji sofor fi Sqaq Bursett saret b’approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Fort Cambridge - Ftehim

Question

B’referenza għall-ftehim li kien sar f’April 2007 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-sit ta’ Fort Cambridge (site plan anness), jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-ftehim? Jista’ jgħid jekk Fort Cambridge u l-glacis (open defensive land) ġewx restawrati kif kienet obbligata tagħmel il-kumpanija skont il-ftehim? Jekk le, jista’ jgħid x’passi ser jieħu l-Gvern biex jara li dan iseħħ?  Jista’ jgħid meta ser tinfetaħ għall-pubbliku l-art li tinsab f’din il-konċessjoni u li tmiss ma’ Triq ix-Xatt ta’ Qui-Si-Sana u Triq Ċensu Xerri (kif jidher mis-site plan anness) kif kellu jsir skont il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jieħu l-Gvern biex din il-biċċa art tinfetaħ għall-pubbliku, anke fid-dawl li  l-Gvern qiegħed joħloq diversi spazji pubbliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt flimkien mal-pjanta tal-istess kuntratt kif mgħoddija lili. Rigward ir-restawr tal-Forti Cambridge u tal-Glacis, u l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-ftuħ ta’ toroq u spazji pubbliċi, il-kuntratt jiddetermina li dawn għandhom isiru skond il-permessi tal-Ippjanar.

Il-Mosta – Kunsill Lokali u Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mosta jiġu rilokati biex jitkabbar iċ-Ċentru tas-Saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u jekk hemmx pjanijiet għal postijiet alternattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ideat u diskussjonijiet ikun hemm dejjem u l-ħin kollu. Madanakollu formalment ma hemm ebda pjani u jekk ikun hemm il-Kunsill ikun dejjem parteċipi fihom.

Iż-Żejtun - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33490 Iż-Żejtun 153 €1,258.54 1013

Ħal Għaxaq - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33489 Ħal-Għaxaq 90 € 995.76 52

Il-Fgura - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33487 Il-Fgura 298 €1,560.95 493

Raħal Ġdid - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33486 Raħal Ġdid 266 €1,976.34 264

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru tiegħu ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellat għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru PQ 33370.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Is-Siġġiewi - Knisja Parrokkjali - Xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier

Question

Jista’ l-Ministru jagħti updates dwar ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi u jgħid meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

L-Imdina – Lift pubbliku li mhux jaħdem

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33552, jista’ l-Ministru jara li l-lift li hemm fil-Foss tal-Imdina jerġa’ jissewwa peress li kull meta tagħmel ix-xita dan qed jerġa’ jieqaf jaħdem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ħsara, li ġrat ftit wara t-tiswijiet reċenti, kienet ikkawżata mill-elementi ħorox tal-maltempata ta’ nhar it-Tlieta. Ix-xogħlijiet ta’ tiswija diġà bdew.