In-Naxxar – Splużjoni tal-Kamra tan-Nar – Rapporti ta’ ħsarat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 511 dwar ħsarat irrappurtati fl-għases tal-pulizija wara l-isplużjoni tal-Kamra tan-Nar fil-limiti tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' ħsarat fuq bini, inkluż ħsarat fuq twieqi u bibien? Jista’ jgħid ukoll:
i. f'liema għases daħlu dawn ir-rapporti, u kemm-il rapport daħal f'kull għassa; u
ii. f'liema lokalitajiet saru dawn il-ħsarat u kemm-il ħsara ġiet irrappurtata f'kull lokalità?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika aħjar għal-liema ħsarat qed tirreferi
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Żoni b’inċidenza ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija identifikatx xi żoni fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema bħala hotspots fejn iseħħu b'mod regolari każijiet ta' storbju, diżordni jew imġiba antisoċjali? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri speċifiċi ttieħdu sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-Pulizija f'dawn iż-żoni?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Multi/pieni relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi jew pieni relatati ma’ storbju eċċessiv, imġiba antisoċjali jew ksur tal-ordni pubbliku fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'kien il-valur totali ta' dawn il-multi u kemm minn dawn ġew effettivament imħallsa?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Rapporti relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet relatati ma' storbju eċċessiv, imġiba antisoċjali, ġlied jew diżordni fiż-żoni residenzjali tas-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti wasslu għal prosekuzzjonijiet jew għal xi forma ta’ azzjoni legali?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Miżuri kontra sħana eċċessiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ttieħdu biex titnaqqas is-sħana eċċessiva fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Lulju 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jgħid ukoll:
i. liema xogħlijiet saru jew liema sistemi ta’ ventilazzjoni, tkessiħ jew kontroll tat-temperatura ġew installati;
ii. f’liema diviżjonijiet jew partijiet tal-Faċilità saru dawn l-interventi; u
iii. jekk hemmx aktar xogħlijiet ippjanati u jekk iva, x’inhuma u x’inhi d-data prevista għat-tlestija tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li fil-preżent, uħud mid-diviżjonijiet (CORRS u oħrajn meqjusin żgħar) huma mgħammra ventilazzjoni adeguata u bħalissa għaddej xogħol sabiex ikunu nstallati sistemi simili fil-kumplament tal-ħabs. L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qiegħda tinvesti f’sistema li tgħin fil-kontroll tat-temperatura fiċ-ċellel sabiex timmitiga kemm għas-sħana tas-Sajf kif ukoll il-kesħa tax-xitwa. Tajjeb illi wieħed jieħu konsiderazzjoni tal-fatt li l-binja hija waħda antika, għandha ‘l fuq minn 100 sena u dan jimponi diffikultajiet fl-installazzjoni.
Fost ix-xogħol li sar s’issa, nsibu tibdil ta’ katusi li ser iwasslu l-arja kkontrollata ġewwa ċ-ċellel fejn inbidlu għal PVC. Biex din is-sistema tkun tista titħaddem, għaddew cables ġodda tad-dawl fejn anke saret modifikazzjoni fid-distribuzzjoni tal-elettriku. Beda wkoll ix-xogħol fuq l-installazzjoni tas-sistema fejn bħalissa x-xogħol fuq Diviżjonijiet 2 u 3 wasal fl-aħħar fażi tiegħu u hemm il-pjan li għal-aħħar ta’ Lulju, dawn iż-żewġ diviżjonijiet ikollom is-sistema taħdem.
Ix-xogħol fuq Diviżjonijiet 1 u 4 diġa beda u huwa pprogrammat li jitlesta sal-aħħar t’Awwissu. Sussegwentament, jitkompla x-xogħol fid-diviżjonijiet l-oħra kollha fejn huwa stmatt li għandu jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.
Inżid illi sa ma titlesta s-sistema kollha, l-Aġenzija ħadet prekawzjonijiet fejn fosthom iċ-ċellel qed jibqgħu miftuħin matul il-ġurnata kollha, disponibbilita ta’ fannijiet, ġew installati sistemi ta’ reverse osmosis sabiex persuna tkun tista tixrob ilma kemm trid u disponibbilita ta’ fridges u freezers ġewwa kull diviżjoni. Barra minn hekk, qed isir monitoraġġ kontinwu ta’ persuni vulnerabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid liema għases tal-Pulizija f’Malta u Għawdex huma miftuħa matul Lulju 2026, u jagħti l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ ta’ kull għassa?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawn huma l-għasses miftuħa 24 siegħa kuljum, ħlief għal dawk ġewwa l-Għadira u Kemmuna
1 PD – Valletta
2 PD – Ħamrun, Marsa
3 PD – Paola, Fgura, Luqa
4 PD – Cospicua, Żabbar, M‘Scala
5 PD – Żejtun, B’Buġia, Żurrieq
6 PD – Qormi, Siġġiewi
7 PD – Sliema, Gżira
8 PD – St. Julians
9 PD – Birkirkara, Naxxar
10 PD – Mosta, Rabat
11 PD – Qawra (SPB), Ċirkewwa
12 PD – Victoria, Marsalforn, Mġarr, Xlendi
MIA – 24/7
Sta Lucija DV Hub – 24/7
Mtarfa DV Hub – 24/7
Għadira – 0900 hrs – 2100 hrs
12 PD – Kemmuna (Mon-Thu 06:00hrs-00:00hrs / Fri-Sun 06:00hrs-01:00hrs)
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry? Jista’ jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni waslet s'issa, jekk bdewx isiru l-pagamenti jew l-għajnuna mwiegħda, u jekk le, x'qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Kif m’għandix dubju li jaf l-Onor. Interpellant il-qasam tas-sajd jaqa taħt il-mansjoni ta’ Ministeru ieħor, għaldaqstant nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn suwiċidji f'Mejju u Ġunju tal-2026? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet u l-ġeneru tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm każ ta’ raġel f’Mejju u ħames każi t’ irgiel f’Ġunju, bl-etajiet ivarjaw bejn l-20 u s-60 sena.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant il-qasam tas-sajd jaqa taħt il-mansjoni ta’ Ministeru ieħor, għaldaqstant nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26 u tenut kont li d-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.41 huma in vigore, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-membri tal-Kumitat tal-Infurzar ma ġewx appuntati, tenut kont li tista’ tqum kwistjoni li tesiġi l-intervent tal-istess kumitat?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju m’għandi xejn aktar xi nzid mar-risposta għall-interpellanza nru 26 li t-tweġiba tagħħa ngħatat fit-30 ta’ Ġunju, jiġifieri ġimgħatejn ilu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mil-LESA f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, mill-1 ta’ Mejju 2025 sal-aħħar ta’ Ġunju 2026 maqsuma xahar b’xahar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li mietu kawża ta' inċidenti tat-traffiku mis-sena 2015 sal-aħħar ta’ Mejju 2026 kien kif jidher fit-tabella:
Sena
Persuni li mietu kawża ta' inċidenti tat-traffiku
2015
11
2016
23*
2017
19
2018
18
2019
16
2020
12
2021
9
2022
26
2023
13
2024
12
2025
18
2026 (sa Mejju)
5
Total
182
*Iċ-ċifra tinkludi persuna li kienet mixja u li ġarrbet ġrieħi gravi f'inċident li seħħ f'April 2016, u mietet minħabba dawn il-ġrieħi f'Settembru 2016.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
In-Naxxar – Splużjoni tal-kamra tan-nar – Rapporti ta’ ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ ħsarat fl-għases tal-pulizija wara l-isplużjoni tal-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll f’liema għases daħlu dawn ir-rapporti, u kemm-il rapport daħal f’kull għassa?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tispeċifika x’tip ta’ ħsarat qed jirreferi għalihom.
Qorti u Tribunal t’Għawdex – Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Qorti t’Għawdex – Każijiet ta’ traffikar tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ traffikar ta’ droga tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’kull każ?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Suldati biex jiġu trasferiti lejn Għawdex - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm ta’ suldati li xtaqu jiġu trasferiti Għawdex, mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellantli mill-persunal eliġibbli, kien hemm 13-il suldat residenti Għawdex, li minnhom 11 esprimew l-interess tagħhom li jiġu trasferiti għas-sub-unit ta’ Għawdex.