Korp tal-Pulizija- Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook, video post mimli diskors partiġġjan, għaddiex minn eżami mediku jew fitness test qabel iddaħħal lura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dwar il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant, dan kien suġġett għall-istess proċedura li tittieħed qabel ma uffiċjal jerġa’ jiddaħħal lura fil-Korp.
Korp tal-Pulizija- Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa tiġi reinstated fil-korp wara numru ta’ snin u jekk l-individwu li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan u li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issodisfax dawn il-kriterji qabel reġa’ ddaħħal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-Onor. Interpellant hu konxju li mhux prudenti u possibbli li tingħata informazzjoni medika personali fuq l-ebda persuna. Ninsab infurmat li l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa’ tiġi reinstated fil-korp huma dawk li jinsabu fir-Regolament 3(b) tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 164.01. Infakkar li dan il-każ ġie rriferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.
Korp tal-Pulizija — Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija - investigazzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9219, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isiru mill-Independent Police Complaints Board.
Jista' l-Ministru jagħti lista xahar b'xahar minn Jannar 2018 sal-lum kemm ġew irrappurtati serqiet f'Birżebbuġa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ serqiet li ġew irrapurtati f’Birżebbuġa xahar b'xahar bejn Jannar 2018 sat-13 ta’ Marzu 2019 kien, kif jidher hawn taħt:
Sena 2018
Jannar
9
Frar
11
Marzu
10
April
12
Mejju
16
Ġunju
10
Lulju
18
Awissu
19
Settembru
17
Ottubru
12
Novembru
11
Diċembru
11
Total
156
Sena 2019
Jannar
17
Frar
20
Marzu
3 sal-lum
Total
40
Korp tal-Pulizija – pulizija seconded u re-instated
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated fil-Korp mill-2013? Kemm ġew seconded barra mill-Korp mill-2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu mis-sena 2013 sat-13 ta’ Marzu 2019 in-numru ta’ Pulizija li ġew re-instated fil-Korp kien ta’ mija u dsatax (119). Fl-istess perjodu kien hemm sitta u għoxrin (26) membru tal-Korp li ġew seconded barra mill-Korp.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – inkjesta fuq mewt ta’ priġunier
Question
Fid-dawl tar-rapport fuq il-mezzi tax-xandir li nfetħet inkjesta maġisterjali dwar priġunier li allegatament instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u dan kif ġie rrappurtat nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-priġunier inkwistjoni kienx Malti jew barrani u minn min qed titmexxa din l-inkjesta Maġisterjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-priġunier hu ta’ nazzjonalità Maltija u l-Maġistrat li qed tagħmel l-inkjesta hi Dott. Astrid May Grima.
Korp tal-Pulizija – rapporti dwar vandaliżmu fuq proprjetajiet f’Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema toroq f'Tas-Sliema seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandalimu taħt il-kategorija ta’ Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew. Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kienetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżamx taħt forma ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal mija u wieħed u ħamsin (151). Minn dawn sitta u tletin (36) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Gudja tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità tal-Gudja u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal mija u disgħa u tmenin (189). Minn dawn disgħin (90) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal mija u ħamsa (105). Minn dawn tnejn u għoxrin (22) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa taż-Żejtun tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità taż-Żejtun u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal tliet mija u għaxra (310). Minn dawn wieħed u disgħin (91) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal mitejn u tnejn (202). Minn dawn mija u erbgħin (140) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Santa Lucija u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal tmienja u ħamsin (58). Minn dawn tmintax (18) kienu każijiet ta’ serq.
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza fuq anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 1983 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma obdiex l-ordni li ta l-Maġistrat Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant fejn dan ordna li l-Pulizija Eżekuttiva tressaq il-Qorti persuna partikolari b’akkużi kriminali partikolari? Jista’ jgħid x’qed iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija jottempera ruħu ma’ tali ordni meta din l-Inkjesta ġiet konkluża fil-21 ta’ Lulju 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Kummissarju tal-Pulizija ħa konnoxxenza tar-rapport tal-Maġistrat Dr. Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant. Bħalissa l-Pulizija qed ssegwi l-konklużjonijiet, l-ordnijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha li l-istess Maġistrat Inkwirenti għamel fl-istess inkjesta. Infurmat illi f’dan l-istadju, il-Pulizija ma tistax tagħti iktar informazzjoni dwar dak mitlub minnha mill-Maġistrat, biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet li qed tagħmel.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – mewt ta’ priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mewt ta' priġunier seħħet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' kull mewt, l-età u s-sess tal-priġunier u x'kienet ir-raġuni għall-mewt tiegħu jew tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes matul is-sena 2018? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2018, il-pulizija rreġistrat wieħed u għoxrin (21) każ ta’ serq minn knejjes kif jidher fit-tabellla li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma' din it-tweġiba. Is-serq jinkludi kemm oġġetti proprjetà tal-knisja kif ukoll proprjetà ta’ viżitaturi li kienu fil-knisja. Lista dettaljata li tinkludi informazzjoni dwar il-lokalità fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, kif ukoll il-valur skont u meta dan kien provdut mill-vittma qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ħamsa minn dawk il-każi ġew solvuti u l-persuni responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal ħames mija u tmienja u tletin (538). Minn dawn mija u tmienja u tletin (138) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Fgura tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità tal-Fgura u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal mitejn u wieħed u għoxrin (221). Minn dawn disgħa u sebgħin (79) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta’ liema liġi u awtorità ġie arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant il-pulizija aġixxiet skont is-setgħat mogħtija lilha mill-provedimenti tal-Kap. 525 dwar Att tas-Saħħa Mentali. Kif diġà indikat fit-tweġiba għal mistoqsija oħra, dan il-każ hu suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.