Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ l-għassa tal-pulizija tas-Siġġiewi bil-pulizija fiha? Kemm ilha mingħajr pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kif diġa ndikat fi tweġibiet simili, l’għases li jinfetħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum huma dawk li jinsabu fid-distretti prinċipali tal-Pulizija. Mill-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ jiġi kopert is-Siġġiewi fejn għassa hi waħda sekondarja u tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz. Madankollu f’din il-lokalità ssir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejnithom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija f’din il-lokalità. Dan barra mis-sistema ta’ intercom li hemm installata, fejn il-pubbliku jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, min fejn tiġi koordinata kull talba għall kull assistenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp fil-pejodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ mija u ħamsa (105). Dawk li spiċċaw fil-perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2021, kien ta’ mitejn u sitta (206), fil-maġġorparti wara li l-uffiċjali irtiraw għax temmew is-servizz tagħhom.
Korp tal-Pulizija – Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi li telqu mill-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li telqu mill-Korp tal-Pulziija fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 kienu fizzjali u ċjoè Deputati Kummissarji, Assistenti Kummissarji, Supretendenti u Spetturi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ fizzjali mill-Korp tal-Pulziija li spiċċaw fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 huma Deputat Kummissarju wieħed, tlett Supretendenti u sitt Spetturi. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sat-30 ta’ Lulju 2021 spiċċaw żewġ Deputati Kummissarji, żewġt Assistenti Kummissarji, tlett Supretendenti u sitt Spetturi.
Korp tal-Pulizija – pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz
Question
Jista' l-Ministru jispjega kemm kien hemm Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li telqu mill-Korp qabel temmew il-25 sena servizz fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien ta’ tlieta u għoxrin (inkluż każ ta’ mewt). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021, l-ammont kien ta’ sittax (16).
Korp tal-Pulizija – membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi in numru ta’ membri tal-Korp li talbu li joħorġu fuq long unpaid leave fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 kien ta’ erbgħa u għoxrin (24). Fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021 l-ammont kien ta’ wieħed u għoxrin (21).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn permess ta’ salut waqt funerali qed ikun diffiċli biex jingħata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Artikolu 24 tal-Kap 33 jelenka ħafna kondizzjonijiet ta’ kif u meta wieħed jista jingħata liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jaħraq xogħlijiet tan-nar diversi. Infurmat ukoll illi fost dawn skond Is-subartikolu (2) tal-istess Artikolu, tali liċenzja għandha tingħata taħt kondizzjoni illi dawn l-operazzjonijiet jsiru f’post irparat, u f’okkazjonijiet ta’ festa jew ġemgħat oħra ta’ nies, f’post hekk imbiegħed mill-folol li ma jistgħux isiru disgrazzji. Irid ikun osservat ukoll dak illi hemm stabilit fir-regolament 12 tal-Ligi Sussidjarja 33.03, bħal ħinijiet, assikurazzjoni, ecc. u għaldaqstant u dan jeħtieġ il- ħin biex dipartimenti u entitajiet oħra koncernati jiġu ikkonsultati, fost verifiki oħra. Jekk ikun hemm nuqqas ta'ċ xi element kif mitlub mil-liġi il permess ma jkunx jista’ joħroġ .
Forzi Armati ta' Malta — Bord tal-Inġustizzja - każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Inġustizzja tal-Forzi Armati ta’ Malta, minn meta ilhom pendenti u sa meta huwa mistenni li jkunu deċiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-proċess imsemmi mill-Onor. Interpellant għadu għaddej. L-imsemmi proċess li għadu fis-seħħ għandu l-għan li jindirizza inġustizzji li seħħew qabel 2013.
Dan wara li bosta persuni sfaw iddiskriminati u li fis-snin ta’ qabel l-2013 ħafna minnhom ukoll kienu resqu numru kbir ta’ rapporti quddiem l-Ombudsman.
Madankollu l-Gvern ma waqafx hemm. Matul l-aħħar sena l-Gvern għamel investiment bla preċedent, iġfieri 8 miljun ewro iżjed fis-sena għall-ħames snin fir-riżorsa umana tal-Forzi Armati. Dan wassal biex għall-ewwel darba s-suldati bbenefikaw minn ftehim settorjali li ħalla mpatt prożittiv kemm fis-salarju kif ukoll fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li qed tinqatgħalhom somma flus mill-paga ta’ kull xahar biex jirritornaw somma ta’ flus ta’ eluf ta’ euro li rċevew illegalment wara l-2013 minn overtime fittizju, flok tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi m’hemmx uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li qed tinqatgħalhom somma flus mill-paga ta’ kull xahar jew mod ieħor biex jirritornaw sommom ta’ flus li rċevew illegalment wara l-2013 minn overtime fittizju, flok tressqu l-Qorti.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi in-nefqa għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jew xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-lum hija ta’ €22,729.98. Ngħarrfek ukoll li tlabt biex tinġabar il-bqija tat-tagħrif relatat mal-Ministeru. Tali informazzjoni trid tinġabar mil-arkivji diġitali. Appena din tkun disponibbbli, inkun nista’ npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21773 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21772, 21321, 19750 u 18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li l-kriminalità u vandaliżmu qed ikomplu jiżdiedu fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jindika meta mistennija terġa’ tinfetaħ l-Għassa tal-Pulizija f’din il-lokalità u li allura terġa’ tibda tiffunzjona 24 siegħa kuljum il-ġimgħa u s-sena kollha? Mill-uffiċċju tal-kunsill lokali, il-Pulizija tal-Komunità (Community Policing) issa sar magħruf li se jibdew joperaw mill-Għassa tal-lokal sa wara nofs in-nhar biss, li żgur li din mhix soluzzjoni għall-bżonnijiet tal-komunità dejjem tikber tal-Mellieħa. Infakkar ukoll f’ittra li kont ktibt f’Awwissu 2020 lill-Ministru u l-Kummissarju tal-Pulizija (ittra annessa) sabiex terġa’ tinfetaħ l-għassa inkwistjoni. Aktar qabel fl-istess sena kienet ġiet ippreżentatha minni f’isem ir-residenti petizzjoni bl-istess talba dwar il-ftuħ mill-ġdid ta’ din l-għassa ( https://www.change.org/p/angelo-gafa-gov-mt-petizzjoni-sabiex-terġa-tinfetaħ-l-għassa-tal-pulizija-fil-mellieħa ). Dawn iż-żewġ talbiet sa issa ġew injorati mill-Awtoritajiet.
Filwaqt li qed nittama li l-Ministru jifhem il-bżonn li llum aktar minn qatt qabel terġa’ tinfetaħ l-Għassa tal-Mellieħa, li issa ilha magħluqa għal aktar minn sena, jista’ l-Ministru jara li f’din l-għassa jibdew jingħataw ukoll servizzi ġodda relatati mal-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika (taqsima li suppost diġà qed titħaddem fil-Korp tal-Pulizija) kif ukoll li mill-istess għassa, residenti jkollhom il-possibiltà li jiġbru l-kondotta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi in konnessjoni ma' xogħol relatat ma' mmodernizzar u nvestiment aħjar fir-riżorsi tal-Korp, bħalissa qed isir rinovar tal-għassa tal-Mellieħa biex din tibda tintuza bħala ufficini għall-Pulizija tal-Komunitá li bħalissa joperaw mill-ufficju tal-Kunsill Lokali. Infurmat illi bħalma ilu jsir fil-lokalitajiet kollha fejn topera il-Pulizija tal-Komunita, fil-Mellieħa dawn wkoll jiġu assistiti 24/7 min sezzjonijiet oħra tal-Pulizija li jinkludu il-patrol tal-RIU, tat-taqsima tat-Traffiku u anke mid-Distrett tal-Qawra. Dan barra is-sistemi tal-Intercom li jipprovdu kuntatt mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija 24/7. Dwar servizzi relatati ma’ Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika dan ix-xogħol diġa kopert u jsir mill-Kwartieri Generali tal-Pulizija min fejn ir-residenti anke jkomplu jkollhom il-possibiltà li jiġbru l-kondotta, li tista wkoll tintalab online via https://kondotti.gov.mt/’.
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbużi fiżiċi u sesswali fuq it-tfal (Non Accidental Injuries) lill-pulizija f’dawn l-aħħar tliet snin? X’azzjonijiet ittieħdu kontra l-aggressuri u x’kienu s-sentenzi mogħtija f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fit-tabella hawn taħt jidhru in-numru ta’ rapporti fis-sistema elettronika tal-Pulizija dwar kazi li jinvolvu feriti fuq il-persuna u vjolenza domestika fejn persuni taħt it-18 il-sena rregistrati bħala vittmi fil-perjodu ndikat. Fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ offiżi, għalkemm il-persuni minuri huma reġistrati bħala vittma fir-rapport, jista jagħti il-kaz illi l-imsemmi abbuż fiżiku jkun sar fuq terzi persuni oħra, li wkoll jistgħu jkunu mnizzla bħala vittma fl-istess rapport, liema rapport jista jinkludi iktar min vittma waħda. Dwar il-kazijiet ta’ offizi sesswali indikati fl-istess tabella dawn juru in-numru effettiv ta’ vittmi taħt it-18 il-sena. Rigward is-sentenzi li ingħataw nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rapporti ta’ kazijiet li jinvolvu vittmi taħt it-18 il-sena
Incident irrapurtat
2018
2019
2020
2021*
Total
Feriti fuq il-persuna
80
84
58
30
252
Vjolenza domestika
53
62
54
25
194
Offizi sesswali
25
22
30
18
95
Total
158
168
142
73
541
*sa Ġunju
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’pajjiżna, maqsuma sena b’sena mill-2015 sal-2021,? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-ewwel ta’ Jannar 2015 sa tlettin ta’ Ġunju 2021, il-pulizija rreġistrat 162 każ ta’ suwiċidju. Min dawn 131 persuna kienu ta’ sess maskili filwaqt li 31 persuna kienu femminili. Fl-2015 kien hemm 7 nisa u 29 ir-raġel, fl-2016 kien hemm 3 nisa u 18 -ir raġel, fl-2017 kien hemm 5 nisa u 20 raġel, fl-2018 kien hemm 3 nisa u 19 -ir raġel, fl-2019 kien hemm 2 nisa u 19 -ir raġel, fl-2020 kien hemm 7 nisa u 15 ir-raġel u din is-sena sa’ issa kien hemm 4 nisa u 11 -ir raġel.
Ċitazzjonijiet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21769, jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet lill-persuni li kienu taħt l-effett tal-alkoħol minn mindu ħarġet il-by-lawli tiprojbixxi x-xorb?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-nefqiet sal-lum huma ta’ €12,691 għas-sena 2020 u €5,664 din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsenjati passaporti lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b’sena u pajjiż b’pajjiż, bejn l-2016 u l-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ passaporti lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b’sena u pajjiż b’pajjiż, bejn l-2016 u l-2020 huwa kif ġej:
PASSPORTS FROM MISSIONS ABROAD
2016
2017
2018
2019
2020
ABU DHABI
5
9
ALGERIA
1
AUSTRALIA
1563
1481
1514
1310
697
AUSTRIA
12
11
23
13
24
BELGIUM
101
106
119
129
109
CANADA
351
202
425
367
242
CHINA
12
10
19
13
10
DUBAI
74
90
99
135
80
EGYPT
11
11
7
45
14
FRANCE
35
34
53
74
57
GERMANY
37
45
43
60
57
GREECE
4
3
6
12
1
INDIA
2
3
3
14
7
IRELAND
31
36
24
35
22
ISRAEL
0
1
8
8
6
ITALY
38
41
29
40
28
NETHERLANDS
30
29
19
51
33
NEW YORK
114
146
99
59
74
PALESTINE
9
1
4
0
11
POLAND
0
6
6
1
4
PORTUGAL
1
4
5
11
8
RUSSIA
2
20
28
71
51
SAUDI ARABIA
8
9
15
40
14
SPAIN
10
17
13
52
24
SWITZERLAND
17
18
42
55
56
TUNISIA
17
13
0
18
20
TURKEY
4
3
19
49
19
UK
881
799
1033
1351
935
WASHINGTON
75
98
118
120
121
TOTAL
3439
3237
3773
4138
2734
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21321, 19750 u 18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta' rimpatriju li setgħa kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.