Legislature:
Category:
Reset
Active:

EU Disability Card

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni li għandhom l-EU Disability Card preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 19,801 persuna li għandhom l-EU Disability Card imqassmin hekk kif indikat hawn taħt: Etajiet M F X Totali 0–17 1,435 576 1 2,012 18–29 382 236 5 623 30–34 157 119 0 276 35–44 379 297 2 678 45–59 918 959 0 1,877 60–64 632 538 0 1,170 65–74 2,047 1,842 1 3,890 75+ 4,043 5,229 3 9,275 Total 9,993 9,796 12 19,801

Blue badge holders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 13,101 blue badge holder imqassmin hekk kif indikat hawn taħt: Etajiet M F X Totali 0–17 789 311 0 1,100 18–29 277 157 1 435 30–34 108 95 0 203 35–44 311 229 1 541 45–59 711 719 0 1,430 60–64 518 417 0 935 65–74 1,636 1,311 0 2,947 75+ 2,757 2,752 1 5,510 Total 7,107 5,991 3 13,101

Il-Belt, Valletta - Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29724 u 30856 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu rispettivament u tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 30501.

NGOs li waqfu joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il NGO waqfet topera mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwiegba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2023, total ta’ 96 organizzazzjoni volontarja waqfu milli joperaw u ġew imħassra mir-reġistru uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji (OCVO).

Helen Keller Resource Centre - Klabb 3-16

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor?  Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li resource centres ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta’ ħaddiema li jaħdmu taħt il-Ministeru tagħha li ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 30039 .

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Malta u Għawdex – Resource Centres

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-resource centres madwar Malta u Għawdex humiex se jitħallew joperaw b’mod normali jew humiex ser jingħalqu jew jiġu phased-out kif qed jiġri fil-każ tar-Resource Centre tal-Wardija?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport ma toperax Ċentri tar-Riżorsi iżda qiegħda u ser tkompli topera Ċentri ta’ Matul il-Jum, li bħalissa qed jiġu mtejjba permezz ta’ proċess ta’ tisħiħ.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtha matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 30776.

Il-Belt, Valletta – Bdil fil-bini għal aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni b’diżabilità, persuni bi problemi ta’ mobilità u anzjani?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (CRPD) imur lil hinn mill-infurzar għax ix-xogħol li sar biex il-binjiet jiġu aċċessibbli huwa frott ta’ djalogu, medjazzjoni u edukazzjoni. Il-Kummissjoni f'dan il-qasam taħdem kemm billi tapprova l-permessi għall-Ippjanar li jieħdu f’konsiderazzjoni l-aċċessibilità, kif ukoll taġixxi fuq binjiet li diġà qed joperaw. Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta' Settembru 2025 il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità kienet mitluba tagħti n-no objection tagħha fuq 172 applikazzjoni għal żvilupp fil-Belt Valletta. Minn dawn, hija oġġezzjonat għal 91 applikazzjoni (53%), ħarġet approvazzjoni b'kundizzjonijiet għal 40 applikazzjoni (23%) u approvat 41 applikazzjoni (24%). Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta’ Settembru 2025 is-CRPD irċeviet ħames (5) ilmenti mill-pubbliku dwar binjiet minn fejn joperaw negozji li mhumiex aċċessibbli fil-Belt Valletta. Wara li l-Kummissjoni ikkomunikat mas-sidien jew operaturi ta’ dawn il-binjiet, f'erba’ (4) każijiet saru xogħolijiet li permezz tagħhom saru aċċessibbli. Fil-każ l-ieħor, ix-xogħolijiet għadhom għaddejjin, iżda saru arranġamenti temporanji sakemm jitlesta x-xogħol. Fl-istess perjodu, is-CRPD irċeviet 22 rapport permezz tas-sistema mħaddma mill-Inspections Coordination Office dwar negozji mhux aċċessibbli fil-Belt Valletta. Minn dawn, tlieta (3) għamlu x-xogħol neċessarju biex iġibu l-binja aċċessibbli, fi 13-il każ il-Kummissjoni qegħda f'kommunikazzjoni mas-sidien jew operaturi biex jinstab l-aħjar mezz kif il-postijiet isiru aċċessibbli u hemm sitt (6) każijiet fejn mhuwiex possibbli li l-binjiet jiġu aċċessibbli.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.

Ċentri ta’ Matul il-Jum - Anzjani b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru telenka liema huma ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li jilqgħu fihom anzjani b’diżabilità? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar? Jekk iva, tista’ tgħid fejn u meta?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa hemm madwar 35 persuna meqjusa bħala anzjani imqassma fost iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum kollha li tipprovdi l-Aġenzija. Ser jinfetaħ ukoll ċentru ġdid fil-Gżira biex jilqa’ lil dawn l-istess anzjani. Din l-azzjoni hija konsistenti mal-istrateġija tal-Aġenzija u mal-aħħar baġit. L-intenzjoni hi li l-persuni li jużaw dawn iċ-Ċentri jitqassmu skont l-età, l-abbiltajiet u l-bżonnijiet tagħhom.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29969 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tagħha, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, tista’ l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella t’hawn taħt: Sezzjoni Kunsill Lokali Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Birżebbuġa

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23924 fejn intqal li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 28651.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Il-Belt Valletta — Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28265 u 29538 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika x’irid ifisser b’persuni vulnerabbli.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22668 u 23767, tista’ l-Ministru tgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 22668, il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24477.