Skema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi – applikazzjonijiet mill-għaqdiet volontarji lokali
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema għaqdiet volontarji lokali ssottomettew applikazzjoni għall-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi? Dawk l-għaqdiet volontarji li applikaw, għal liema proġetti applikaw, x’kienet l-istima ta’ kull proġett u kemm kien l-ammont li ntalab biex jiġi ffinanzjat mill-istess fond? Liema għaqdiet volontarji bbenefikaw u għal liema proġett/i? Liema għaqdiet volontarji li applikaw ma bbenefikawx, għal liema proġett/i u x’kienet ir-raġuni għala ma bbenefikawx? Kemm kien il-valur allokat għal din l-iskema u kemm hu l-valur totali li attwalment ġie mqassam permezz ta’ din l-iskema?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur allokat għal din l-iskema fis-sena 2022 kien ta’ €100,000 u l-valur totali li tqassam kien ta’ €60,266.00.
Il-Bord tal-Għażla qabel fuq sett ta’ linji gwida biex l-evalwazzjoni tkun ekwivalenti għal kull applikazzjoni. Apparti li kien ikkonfermat li l-applikanti kienu konformi mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, il-Bord daħal fid-dettall tal-kontenut ta’ kull applikazzjoni individwali sabiex ikun żgurat li l-proġetti proposti jkunu verament qed jolqtu l-kunċett inklussiv. Fejn l-affarijiet ma kinux ċari, intalbet kjarifika jew inkella saret żjara fuq il-post. Saret ukoll referenza għall-proġetti tal-istess għaqdiet/soċjetajiet applikanti, li ġew iffinanzjati fis-snin ta’ qabel biex ikun assigurat li ma jiġux finanzjati proġetti repetuti u għalhekk ma jkunx hemm double-funding.
Aktar informazzjoni fuq il-proġetti taħt l-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi 2022 tinstab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilu wieqaf is-servizz tal-persuni b’diżabilità intellettwali li kien mogħti fil-Vajrita, f’Marsaskala u meta se jerġa’ jinbeda mill-ġdid dan il-proġett biex ilaħħaq mad-domanda ta’ persuni b’diżabilità intellettwali li qegħdin fil-lista ta' stennija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport waqfet tagħti servizz mill-binja ta’ Vajrita f’Marsaskala erba' snin ilu. Il-persuni b’diżabilità li kienu jagħmlu użu minn dan is-servizz, bdew jingħataw servizz residenzjali u/jew matul il-jum minn binjiet oħra u għalhekk ma kienx hemm waqfa fl-għoti tas-servizzi lil dawn il-persuni.
Il-permessi tal-bini mill-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ fl-4 ta’ Ottubru 2022. Se jinbeda l-abbozzar tat-tender għal xogħlijiet strutturali. Il-bini jibda wara li jinħareġ t-tender u jiġi aġġudikat b’suċċess. Tajjeb li nżommu f’moħħna li minn meta kien ġie ppjanat l-iżvilupp u l-operat ta’ din id-dar, sar tibdil fil-prinċipju tal-użu ta’ dan il-proġett biex jigi rispettat l-Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, jiġifieri li jimxi lil hinn mill-istituzzjonijiet u jipprepara aktar persuni b’diżabilità biex jgħixu fil-komunità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu mat-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) fil-preżent? X’inhuma l-karigi li qed jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Tista’ tgħid kemm suppost hu n-numru ta’ persuni meħtieġa biex l-ACTU tkun tista’ tħaffef il-proċessi ta’ assessment?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tmien (8) impjegati fi ħdan l-ACTU bil-karigi kif elenkati hawn taħt:
Kariga
Numru ta Impjegati
Manager
1
Speech Language Thereapists
3
Occupational Therapists
3*
Senior Support Worker
1
* 1 għadu bi prova (probation) u Occupational Therapist oħra ser tibda f’Marzu 2023.
Sabiex ikun hemm full compliment, l-ACTU għandha bżonn 9 ħaddiema oħra, dawn jinkludu sitt terapisti u tliet ħaddiema li jagħtu servizz anċillari (amministrattiv u tekniku). Huma t-terapisti biss li jagħmlu l-assessjar.
ACTU – tfal u żgħażagħ li qed jistennew biex jiġu assessjati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta’ tfal u żgħażagħ li qed jistennew biex jiġu assessed mit-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm ilhom jistennew dan l-assessment u meta mistennija jiġu assessed? X’inhi l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ applikanti fuq l-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt:
Malta
Għawdex
Numru totali fuq l-lista presenti ta’ stennija
għas-servizz
178
19
L-etajiet ivarjaw minn 3 snin sa 14-il sena.
Iż-żmien ta’ stennija għas-servizz f’Malta ta’ dawn l-applikanti ivarja skont kif elenkat hawn taħt:
Sena
Malta
Għawdex
Minn Diċembru 2018
1
-
2019
23
8
2020
18
1
2021
50
5
2022
83
5
2023
3
-
TOTAL
178
19
Ser inkunu qed nassessjaw lil dawn il-klijenti skont l-ordni tagħhom fuq il-lista ta’ stennija hekk kif is-servizz jikkonkludi l-assessjar ta’ klijent/a ieħor/oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm persuni li qabel ma t-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) ġiet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Sapport, kienu jaħdmu mal-ACTU u issa rriżenjaw? X’inhuma l-karigi li kienu jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Kemm minn dawn il-persuni kienu għadhom taħt probation?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tista’ tirrapporta biss fuq dawk l-uffiċjali pubbliċi li ġew detailed mal-Aġenzija Sapport fil-11 ta’ Novembru 2019 (minħabba l-fatt li m’għandhiex informazzjoni dwar impjegati li mhumiex fuq il-kotba tagħha). Waħda minn dawn il-persuni li qabel ma ġew detailed mal-Aġenzija kienet diġà taħdem l-ACTU, kellha d-detailing tagħha rrevokat f’Settembru 2021 biex ħadet pożizzjoni oħra fis-servizz pubbliku.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mat-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) kemm ilha taqa’ taħt l-Aġenzija Sapport? X’inhuma l-karigi li qed jaħdmu fihom dawn l-istess persuni? Kemm minn dawn il-persuni għadhom taħt probation?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-11 ta’ Novembru 2019, ġew ingaġġati 5 terapisti (2 minn dawn irriżenjaw u impjegata minnhom ħa tibda l-impjieg tagħha f’Marzu 2023). Manager, Executive I u Senior Support Worker ġew ukoll allokati f’dan is-servizz. Wieħed mit-terapisti li beda f’Jannar li għadda għadu f’perjodu ta’ prova (probation).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ li ġew assessed mit-Taqsima tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) sena b’sena mill-2019 sal-lum separatament għal kull sena, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? X’inhi l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ? Tista’ tagħti tagħrif dwar kemm tfal u żgħażagħ kienu fuq il-lista ta’ stennija biex jigu assessed mill-ACTU sena b’sena mill-2019 sal-lum separatament għal kull sena, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? X’kienet l-età ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ klijenti li kienu offruti s-servizz tal-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt:
Sena
Numru ta’ persuni li kienu offruti s-servizz
2019
*bejn Novembru u Diċembru 2019 is-servizz kien għaddej mit-tranżizzjoni mid-dipartiment tal-edukazzjoni għal ħdan l-Aġenzija Sapport.
-
2020
398
2021
410
2022
407
In-numru ta’ applikanti fuq il-listi ta’ stennija għas-servizz Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU) huwa hekk kif elenkat hawn taħt:
Sena
Numru ta’ persuni li qegħdin fuq
il-lista ta’ stennija
2019
115
2020
148
2021
155
2022
205
(19-il klijent fuq il-lista ta’ stennija għal Għawdex)
Id-data li s-servizz iżomm hija waħda globali u b’hekk mhux possibbli li tkun maqsuma bejn Malta u Għawdex.
L-etajiet medji ivarjaw bejn 3 snin u 16-il sena.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Anti-Harassment Policy
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5724, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll policies adottati minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Awtorità tat-Trasport flimkien mas-CRPD u l-Aġenzija Sapport dwar Reserved Parking Bays għal persuni b'diżabilità? Fiex jikkonsisti dan l-istudju?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — persuni li jaħdmu bit-teleworking
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5334.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena 2021?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lil Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkoncernat.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lil Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkoncernat.
B’referenza għal-line item 5113, Sign Language Interpreters Training, fil-Baġit 2023, tista’ l-Ministru tgħid x’wassal biex fl-2022 kien allokat €60,000 filwaqt li għall-2023 dan niżel għal €10,000?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta saru l-evalwazzjonijiet tan-numru ta' sigħat meħtieġa u l-proċess marbut ma’ dan it-taħriġ tas-sena 2022, is-somma ta’ €10,000 hija biżżejjed biex tkopri l-ammont dovut għall-2023.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx time frame għal meta ser jitressaq il-Vulnerable Adult Protection fil-Parlament, peress li ilu jingħad minn Frar tas-sena 2021 li jinsab fi stadju avvanzat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-Abbozz huwa ampju u tekniku, u għalhekk kien hemm bżonn żmien adegwat biex mhux biss jitħejja, imma wkoll isiru pre-konsultazzjonijiet ma’ stakeholders kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, u proċess rigoruż ta’ ċertifikazzjoni flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.
Dan l-Abbozz huwa marbut ukoll mal-Abbozz dwar l-Awtonomija Personali, illi jimplimenta l-Artiklu 12 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità fil-liġi Maltija, u huwa meħtieġ sabiex l-operat tal-eventwali Att dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti f’Sitwazzjonijiet ta’ Vulnerabilità jkun konformi ma’ din il-Konvenzjoni.
Fl-istess ħin, dan l-eventwali Att sejjer
in oltre
jorbot ma’ protezzjonijiet transkonfinali, permezz tar-ratifika minn Malta tal-Konvenzjoni tal-Aja tas-sena 2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti. Din il-Konvenzjoni ġiet iffirmata minn Malta fil-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena, bir-ratifika ppjanata ghall-2023.
Fl-istess waqt, bi pjaċir navża lil din il-Kamra illi, ukoll bħala parti mit-twettiq tal-proposta numru 676 tal-Manifest Elettorali tal-Gvern, iż-żewġ Abbozzi illi semmejt sejrin jinħarġu għal konsultazzjoni pubblika aċċessibbli fl-ewwel nofs tas-sena 2023, wara d-debita approvazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri, sabiex imbagħad jitpoġġew quddiem din il-Kamra għal dibattitu dwarhom u l-eventwali adozzjoni tagħhom.
Implimentazzjoni tal-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qiegħed isir biex jiġi implimentat l-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-istrutturi msemmija fl-Att, ittieħdu l-passi u ġew adotatti l-Avviżi Legali meħtieġa sabiex jitwaqqfu dawn l-istrutturi, kif rikjest mill-Att, u ċjoè:
· Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (art. 5(1)) – dan id-Direttorat diġà jopera taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru, u f’Ottubru nħarġet sejħa sabiex jinħatar l-ewwel Direttur;
· Struttura nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Konvenzjoni UNCRPD (art. 5(3)) – din l-istruttura ngħatat bażi legali permezz tar-Regolamenti tal-2022 dwar struttura nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Konvenzjoni UNCRPD (L.S. 627.01);
· ENGAGE (art. 6) – din l-istruttura ngħatat bażi legali permezz tar-Regolamenti tal-2022 dwar l-ENGAGE (L.S. 627.02).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti f’kull servizz li jingħata mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li s-servizzi fi ħdan Aġenzija Sapport fid-data tat-tweġiba għandhom din il-lista ta’ stennija, kif ġej:
Servizz
Lista ta’ Stennija
Nov 2022
Sharing Lives
94
Empowerment Scheme
0
Vehicle Registration Exemption Scheme
0
Vehicle Road Licence Exemption Scheme
0
Blue Badge
105
Independent Community Living Monitoring Service (ICLM) incl. :
§Direct Payment
§Independent Community Living
§Personal Assistance Fund
111
Servizzi fil-Komunità
41
Servizzi ta’ Matul il-Jum
150
Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC)
140
Servizz ta’ Ħidma Soċjali
111
Servizzi Residenzjali
81
ACTU
207
Way to Work
6
Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali
0
N.B. dawn in-numri huma importanti li ma jingħaddux flimkien f’total wieħed minħabba l-possibilità li persuna tapplika għal aktar minn servizz wieħed u għalhekk tista’ tkun imniżżla f’aktar minn lista ta’ stennija waħda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm waiting list ta’ persuni b’diżabilità biex jirċievu s-servizzi msemmija hawn taħt, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda:
a. Special ID Card;
b. Blue Badge; u
ċ. kull servizz fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data tat-tweġiba hemm 121 applikazzjoni pendenti għall-Blue Badge li mistennija jingħataw appuntamenti għal Diċembru. Filwaqt li ma hemm l-ebda waiting list għall-iSpecial ID Card.
Rigward is-servizz fiċ-Child Development Assessment Unit nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.