Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid - Triq Għajn Dwieli - Xogħlijiet - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li wettqet Infrastructure Malta fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid fl-ewwel nofs tas-sena 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba relatata mal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090.

Raħal Ġdid - Pjazza Fra Antoine De Paule - Street furniture - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għax-xiri u l-installazzjoni tal-istreet furniture fi Pjazza Fra Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba relatata mal-Mistoqsija Parlamentari numru 3045.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Strutturi illegali - Sena 2025

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1432, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalità kienu jinstabu l-każijiet ta’ strutturi li sal-aħħar tas-sena 2025 li għalkemm ħallsu l-multa massima kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati u jekk inbidilx l-istatus tagħhom mill-aħħar tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Iċ-Ċittadin, l-Ambjent u l-Iżvilupp 2026 – Sponsorship/appoġġ finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3022 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, jew xi entità, aġenzija jew awtorità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sponsorjatx jew tat xi forma ta’ appoġġ finanzjarju għall-avveniment bl-isem “Iċ-Ċittadin, l-Ambjent u l-Iżvilupp 2026”? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll liema entità jew entitajiet taw dan l-isponsorship jew appoġġ, kemm kien l-ammont imħallas jew imwiegħed minn kull waħda minnhom, u lil min sar jew se jsir il-ħlas? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt, ftehim, sponsorship agreement, purchase order jew dokument ieħor li abbażi tiegħu sar jew se jsir dan il-ħlas?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, Infrastructure Malta u l-Awtorità tal-Ippjanar taw appoġġ għall-konferenza “Iċ-Ċittadin, l-Ambjent u l-Iżvilupp 2026”.

BCA – Spezzjonijiet fuq siti tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn saru wara lment jew rapport, kemm saru bħala spezzjonijiet skedati jew għall-għarrieda, u kemm uffiċjali huma assenjati biex jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (ATTARD, JONATHAN)

B’referenza  għall-mistoqsija parlamentari numru 3121, ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispezzjonijiet imwettqa mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Ninsab ukoll infurmat li, sad-data li fiha qed tingħata din it-tweġiba, l-Awtorità għandha 24 uffiċjal assenjat.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Studji dwar rotot alternattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1475 dwar studji jew pjanijiet li saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jagħti aktar tagħrif fuq kull studju li sar, kif sar u meta sar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Identità - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1862 u 2297 u jagħti dettalji, f'tabella, dwar kemm hemm impjegati fi ħdan Identità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema grad jaħdmu u l-livell ta' kwalifiki tagħhom (MQF level)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 376 impjegat jaħdmu f’Identita, li jokkupaw diversi gradi u li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali differenti, skont ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet marbuta mal-karigi rispettivi tagħhom.

Il-Marsa – Proġett tal-flyover – Miri/studji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1857 u 2293 dwar il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa, fejn ġie mwieġeb li “l-miri msemmija intlaħqu, u dan abbażi ta’ analiżi interna li saret wara li ntemm il-proġett.”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-analiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Marsa Junction kien investiment infrastrutturali importanti, immirat biex itejjeb l-effiċjenza tan-network tat-toroq, inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u jindirizza l-impatt ambjentali tat-traffiku. L-analiżi interna mwettqa wara t-tlestija tal-proġett indikat li l-miri ewlenin intlaħqu, b’titjib fil-fluss tat-traffiku, tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar u fl-emissjonijiet mill-vetturi, hekk kif kien previst. Dan il-proġett jifforma parti mill-ħidma kontinwa tal-Gvern biex ikompli jinvesti f’infrastruttura tat-toroq aktar effiċjenti u sostenibbli, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u ta’ dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.

Is-Siġġiewi – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2147 fl-intier tagħha u jgħid meta ser isiru Triq il-Muża, parti minn Triq Santa Margerita, parti minn Triq it-Tabib Nikola Zammit, Triq iż-Żerniq u Triq l-Għid, fis-Siġġiewi, peress li dawn kienu diġà fil-lista ta' Infrastructure Malta u kellhom jitlestew sas-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-kas ta’ l-imsemmija lokalita’ saru xogħlijiet f’diversi toroq fosthom Triq Anabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq il-Knisja Qadima, Triq Eusebio Buhagiar, Triq Nikolo Baldacchino, Triq Giancomo Leopardi u s-sqaq, Triq Ta’ Kandja, Triq Salvu Borg Olivier, Parti minn Blat il-Qamar,  Triq tar-Rangu, Limiti ta’ Żejnu, Sqaq fi Triq il-Panoramika, Triq Santu Kristu tal-Għolja, Triq il-Madonna tal-Girgenti, Triq Wied tal-Lewża, Parti minn Triq Għajn il-Kbira, Sqaq fi Triq Ċensu Moran, Sqaq fi Triq San Lawrenz tal-Għolja, Sqaq fi Triq Wied Ħanżir, Sqaq ta’ Għaqba, Triq tal-Għaqba, Triq Wied Kosta u parti minn Triq Gianpula. Fil-frattemp, bħalissa qed isiru proġetti maġġuri f’din l-istess lokalita’ fosthom Vjal Kulħadd fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi u t-twessiegħ ta' Triq Bur il-Kbir li sservi ta' rotta alternattiva għall-dawk li jivvjaġġaw fiż-żoni tal-madwar. Ix-xogħlijiet fit-toroq jiġu allokati skond l-esiġenzi u l-prioritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Liċenzja ta’ bennej – Dewmien

Question

Fid-dawl li hemm numru ta’ persuni li ilhom jistennew sabiex japplikaw u jagħmlu l-eżami għal-liċenzja ta’ bennej, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiftħu l-applikazzjonijiet? Jekk m’hemmx data speċifika, jista’ jagħti raġuni għal dan id-dewmien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

BCA – Karigi amministrattivi u maniġerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi amministrattivi u karigi maniġerjali bħalissa fl-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni bħalissa għandha 81 impjegat fi gradi amministrattiv, 15 impjegat middle management u 41 impjegat fi gradi maniġerjali top management.

BCA – Uffiċjali tekniċi kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha uffiċjali tekniċi kwalifikati bħalissa l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm minn dawn il-postijiet huma vakanti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema uffiċjali tekniċi kwalifikati fi ħdan l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni qed tirreferi.

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – Resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għar-resurfacing ta’ Triq Għajn Dwieli, li tgħaqqad Raħal Ġdid man-naħa tal-Kottonera, li sar aktar kmieni din is-sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba relatata mal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090.

Jobsplus – Persuni b’diżabilità li temmew l-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li temmew l-impjieg tagħhom, skont ir-rekords ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, ir-raġuni għat-tmiem tal-impjieg?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Jobsplus – Inclusive Employment Services

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li bbenefikaw minn servizzi ta' job coaching, job carving jew servizzi oħra offruti permezz tal-Inclusive Employment Services ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Impjieg ta’ persuni b’diżabilità – Kwota ta' 2%

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers kienu soġġett għall-obbligu tal-kwota ta' 2% fejn jidħol l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità, kemm minnhom ikkonformaw, kemm ma kkonformawx u x'kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura, mill-2015 sal-2025, maqsuma sena b’sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Employer's National Insurance – Eżenzjoni tal-kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers ibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Employer's National Insurance meta impjegaw persuni b'diżabilità mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.