Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim
Question
Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċevew 59 talba.
Minn dawn, 20 intlaqgħu, 28 ma ntlaqgħux, waqt li 11-il talba għadhom qed ikunu evalwati.
Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-lum
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur (il-book value) li l-Gvern qiegħed juża għall-finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont ta' kumpens dovut u li potenzjalment il-Gvern ser ikun qiegħed iħallas għal artijiet li ġew meħuda u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9360.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12427 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u jgħid x'inhu d-daqs tal-popolazzjoni Maltija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-numru ta' ċittadini Maltin, in-numru ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea u n-numru ta' ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9780.
Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim
Question
Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jirkupra l-flus mill-ftehim frodulenti li jinvolvi tliet sptarijiet tal-Maltin u l-Għawdxin mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għall-impressjoni li qed tipprova tingħata mill-Oppożizzjoni, il-Gvern ma qagħadx jistenna s-sentenza tal-Qorti tal-Appell biex jagħmel il-każ tiegħu f’arbitraġġ internazzjonali fejn qed jagħmel talbiet fl-interess ta’ Malta.
Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim
Question
Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim
Question
Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 8 impjegati li għandhom permess jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt, u minn dawn 7 huma eżentati minn CVA.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar liema tip ta kumpens ex gratia qed jirreferi għaliha, peress li dawn jaf jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Ministeri differenti.
Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb — Tnaqqis fir-rata tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jagħti nifs lil dan il-qasam minħabba ż-żieda fl-ispejjeż?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10748, li ngħatat fis-Seduta 145 tal-10 ta’ Lulju 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn l-Enforcement Decisions Committee mhux kompost? Jista’ jgħid x’inhi l-proċedura li qed tiġi segwita da parti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) dwar deċiżjonijiet maħruġin minnha fejn dawn jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji (irrispettivament tal-mod kif deskritti) jew ta’ sanzjonijiet oħrajn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11098.
Sentenzi tal-Qorti kontra penali maħruġa mill-FIAU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9950, fid-dawl tal-fatt li sussegwentement għat-tweġiba mogħtija l-qrati Maltin (ġurisdizzjonali kostituzzjonali) xorta komplew jikkonfermaw sentenzi diġà mogħtija, bl-aktar waħda riċenti dik fl-ismijiet Dr. Roderick Caruana versus il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) et (mogħtija fit-28 ta’ Settembru 2023) fejn ripetutament il-qrati preseduti minn imħallfin differenti qed iqisu li l-normi li jirregola l-poteri u l-proċeduri tal-FIAU huma anti-kostituzzjonali, jista’ l-Ministru jgħid jekk tinħassx il-ħtieġa urġenti li jiġu riveduti l-liġijiet applikabbli biex tiġi indirizzata din sitwazzjoni fejn il-FIAU b’mod kontinwu qed tinsab li qed taġġixxi abbażi ta’ normi li huma kontra l-Kostituzzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġà weġibt għall-mistoqsijiet parlamentari 9221 u 9950, jien infurmat li fir-rigward tas-sentenzi tal-Prim'Awla (sede Kostituzzjonali), li għalihom qed issir riferenza fil-mistoqsija, diġà ddaħħal, u fejn it-terminu tal-appell għadu ma skadiex, se jiddaħħal appell kemm mill-Avukat tal-Istat u kif ukoll mill-FIAU.
Ġaladarba jkun hemm appell minn deċiżjoni tal-Prim'Awla, din l-istess deċiżjoni tiġi
sub judice
pendenti d-deċiżjoni tal-appell, li jista' jikkonferma, ivarja jew iħassar id-deċiżjoni li tkun ħadet il-Prim'Awla.
Nirrepeti li kull deċiżjoni li tittieħed, tkun dejjem fl-aħjar interess tal-pajjiż wara li nieħdu konjizzjoni tas-sentenzi finali tal-Qorti Kostituzzjonali.
B’referenza għad-diversi kawżi li saru mill-2017 ’il quddiem fil-qrati ġuriżdizzjoni kostituzzjonali, fejn qed jiġu kkontestati d-dispożizzjonijiet tal-liġi li allura jagħtu l-jedd lill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li din timponi penalitijiet finanzjarji ossia multi (irrespettivament tal-mod kif deskritti), jista’ l-Ministru jgħid kemm, b’mod komprensiv, l-FIAU s’issa inkorriet fi spejjeż legali biex twieġeb għal dawn il-kawżi? Jista’ jelenka separatament, fejn applikabbli, kemm il-FIAU inkorriet fi ħlasijiet lid-ditti legali ossia retainers biex dawn jassistuha f’dawn il-kawżi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa nfetħu wieħed u għoxrin (21) każ kostituzzjonali kontra l-Avukat tal-Istat u l-FIAU.
In kwantu l-ispejjeż legali, l-FIAU, sal-aħħar ta’ Settembru 2023, komprensivament inkorra
circa
€147,000.00 fejn dawn jinkludu kemm l-ispejjeż tal-Qorti, tal-prokuraturi legali kif ukoll tas-servizzi legali mogħtija minn avukati esterni mqabbda mill-istess Korp.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-FIAU ma tħallasx ‘retainers’ lid-ditti legali li jassistuha.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnieda d-dokument ta' qabel il-Budget 2024 u li saret nhar l-Erbgħa 27 ta' Settembru 2023? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-attività tat-tnedija tad-dokument ta’ konsultazzjoni għall-Budget 2024 issir kull sena ġimgħat qabel il-Budget fejn matulha jiġi mniedi d-dokument tal-Gvern ta’ qabel il-Budget. Dan id-dokument jagħti ħarsa lejn il-kuntest ekonomiku, il-ħidma u l-viżjoni tal-Gvern għall-Budget tas-sena ta’ wara.
Matul din l-istess attività tiġi mnedija wkoll il-konsultazzjoni pubblika għall-Budget. Għal dan il-għan il-Ministeru jistieden lill-imsieħba soċjali kollha, diversi entitajiet governattivi, kumpaniji minn industriji differenti u lill-pubbliku sabiex ikollhom l-opportunità jgħaddu l-ħsibijiet, is-suġġerimenti u l-mistoqsijiet tagħhom dwar il-Budget waqt din l-attività stess.
Rigward in-nefqa relatata ma’ din l-attività, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża hija s-segwenti:
Loġistika: €15,899.79, Multimedia, Stampar u disinn: €32,468.98, u Sala u ikel: €4,063.63.
Air Malta — Persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-Unions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta? Jista' jgħid ukoll għal kull waħda minn dawn il-persuni, meta ġiet maħtura bħala medjatur, kemm damet isservi bħala medjatur u xi ħlasijiet saru lil kull persuna li serviet bħala medjatur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qrati ta’ pajjiżna li sabu li deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) kisru l-Kostituzzjoni ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhi t-triq ’il quddiem f’dan ir-rigward u x’inhu l-pjan tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġà weġibt għall-mistoqsijiet parlamentari fuq dan ir-rigward, infurmat li fir-rigward tas-sentenzi tal-Prim'Awla (sede Kostituzzjonali), li għalihom qed issir referenza fil-mistoqsija, għall-każijiet kollha ddaħħal appell kemm mill-Avukat tal-Istat u kif ukoll mill-FIAU. Ġaladarba jkun hemm appell minn deċiżjoni tal-Prim'Awla, din l-istess deċiżjoni tiġi sub judice pendenti d-deċiżjoni tal-appell, li jista' jikkonferma, ivarja jew iħassar id-deċizjoni li tkun ħadet il-Prim'Awla.
Barra minn hekk ninsab ukoll infurmat illi fir-rigward tal-Kawża Phoniex Payments Ltd kontra l-FIAU, l-FIAU daħħlet rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali sabiex issir referenza preliminari quddiem il-Qorti tal- Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja. Dan ir-rikors għad irid jiġi trattat u sussegwentament deċiż mill-Qorti.
Nirrepeti li kull deċiżjoni li tittieħed, tkun dejjem fl-aħjar interess tal-pajjiż u l-istess ser jiġri wara deċiżjoni fuq dan ir-rikors u kif ukoll wara deċizjoni fuq l-appelli li daħħlet l- FIAU.