Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat Parlamentari – Complement — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-complement tas-segretarju parlamentari u kemm jitħallsu kull wieħed u waħda minnhom inkluż l-allowances?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-complement tas-Segretarju Parlamentari jikkonsisti fi staff ta’ sebgħa (7) persuni. Dawn jokkupaw il-gradi ta’: Head of Secretariat; Co-ordinator; Secretariat Messenger/Charwoman; Driver/Security Il-ħlas dovut lil dawn l-Uffiċjali, inkluz l- allowances , hu skond il-manual ta’ proċeduri tal-Kabinett, ippubblikat Awwissu 2014.

Direttiva (UE) 2018/1972 — implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi ħidma fir-rigward tat-twettiq tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u jekk saret fiex tikkonsisti u jekk hux maħsub li jkun hemm xi forma ta’ konsultazzjoni pubblika u jekk iva meta ser isir?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ preparament għat-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva (2018/1972) beda minnufih u għadu għaddej. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed nipprezentaw proposta leġislattiva li temenda diversi liġijiet u li ser tkun miftuħa għal konsultazzjoni pubblika.

Tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta, li ġiet ippubblikata fl-24 ta' Mejju 2019 u li għalqet fit-2 ta' Lulju 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li din it-tender għadha ma ġietx awarded, u meta hu maħsub li tiġi awarded din it-tender?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Board tal-Evalwazzjoni tat-tender imsemmi qed jipprepara r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu.

Karozzi importati f’Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta t-taxxa imposta minn pajjiżna fuq karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea ser tiġi daqs dak li hu impost f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk l-ammonti żejda li tħallsu minn diversi ċittadini Maltin u Għawdxin f'taxxa ta’ reġistrazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta, hux ser jingħataw lura? Għal kemm tammonta din id-differenza, sena b'sena fi ħlasijiet żejda ta' taxxi għall-importazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 10914.

Malta Digital Innovation Authority — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati professjonisti fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority, u x’inhi l-funzjoni ta’ wieħed minnhom? Kemm minnhom huma nisa? Jista' jgħid minn mindu twaqqfet il-Malta Digital Innovation Authority, kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tat-tmexxija tagħha, xahar b’xahar? Jista' jgħid minn mindu twaqqfet il-Malta Digital Innovation Authority qatt ittieħdet xi azzjoni regolatorja mill-istess Awtorità, u jekk iva fil-konfront ta’ liema ksur tal-liġi jew deċiżjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.

MCA — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attwalment mill-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) jew professjonali, kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess MCA mill-2015 s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), għandha attwalment zewġ (2) uffiċjali fi grad maniġerjali (jew aħjar), jew professjonali, li bejn l-2015 s’issa kienu impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-MCA fl-oqsma tas-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni/postali.

Emendi biex min jilħaq l-età tal-pensjoni jkunu jistgħu jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsiru l-emendi sabiex persuni li jilħqu l-età tal-Pensjoni jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu part-time mill-ewwel u mhux jistennew?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Università/MCAST/sixth form — stipendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mit-Teżor għall-istipendji tal-istudenti tal-Università, sixth form u MCAST separatament xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kaxxa ta’ Malta — Dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul fil-Kaxxa ta' Malta xahar b’xahar minn meta ġiet imnedija l-iskema tal-IIP?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fi spejjeż legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi spejjeż legali għal kull dipartiment li jaqa’ taħtu separatament, xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin

Question

Peress li fid-dekasteru tiegħu taqa’ l-Awtorità Maltija tal-Istatistika, jista’ l-Ministru jgħid, , x'kienet il-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin, gżira gżira separatament, , mill-1989 sal-2019, maqsuma sena b'sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ġew rrapportati l-ebda serqiet mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet matul l-2017, 2018 u 2019.

Dipartiment tal-Kuntratti – nefqa fuq kuntratt ta’ tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'kuntratti ta' tindif fid-Dipartiment tal-Kuntratti xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Kuntratti – nefqa fuq kuntratt ta’ security

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'kuntratti ta' security fid-Dipartiment tal-Kuntratti xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Kuntratti – nefqa fuq hospitality

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality fid-Dipartiment tal-Kuntratti xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Kuntratti – nefqa fuq xiri tal-għamara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'xiri ta' għamara fid-Dipartiment tal-Kuntratti xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Kuntratti — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' tenders li d-Dipartiment tal-Kuntratti pproċessa xahar xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Teżor – spiża fuq salarju għal kull grad fiċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li t-Teżor ħallas bħala salarju għal kull grad fiċ-ċivil xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?,

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Antenni tal-5G f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx installati antenni tal-5G f'Malta, u jekk iva fejn? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb jiġu installati, meta se jibda x-xogħol u fejn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att li jirregola il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), liema Att ittraspona Direttivi Ewropej dwar is-settur tal-komunikazzjoni elettronika, l-uzu tal-frekwenzi hekk kif liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) huwa fuq bazi newtrali, sew għat-teknoloġija kif ukoll għas-servizz. Għaldaqstant l-operaturi kummerċjali ta’ netwerks mingħajr fili huma fil-libertà li jippjanaw l-investimenti u l-infrastruttura tagħhom, inkluz dik tat-teknoloġija 5G, sakemm dawn jibqgħu konformi mal-parametri tal-imsemmija liċenzji. Sa issa l-ebda operatur kummerċjali lokali jew entità oħra ma irreġistrat domanda formali mal-MCA għall-uzu ta’ dawk il-frekwenzi identifikati u armonizzati mill-Unjoni Ewropea, li huma intizi skond l-istess deċizjonijiet li jiffaċilitaw l-introduzzjoni tat-teknoloġija 5G fl-Istati Membri.