Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19902.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ ħaddiema fis-settur tal-manifattura kull sena fl-aħħar 10 snin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji fuq in-numru ta’ ħaddiema fis-settur tal-manifattura jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).
Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (DALLI, MIRIAM)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise qatt ma ġiet notifikata mill-Kummissjoni Ewropea dwar xi investigazzjoni fuq il-każ imsemmi.”
Ix-Xewkija Għawdex – Triq it-Taflija u Triq il-Biċċerija – asfaltar ta’ trinka li saret mill-WSC
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li tiġi asfaltata t-trinka li saret ġimgħat ilu mill-Water Services Corporation (WSC) fi Triq it-Taflija u fi Triq il-Biċċerija fix-Xewkija Għawdex peress li din it-trinka hi ta' periklu kbir għan-nies jużaw dawn it-toroq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata bħalissa għaddejjin xogħlijiet relatati mat-titjib fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u kif ukoll installazzjoni ġdida ta’ “New Water Network” f’Għawdex. It-trinka ġiet temporanjament magħluqa b’cold asphalt, u għaddejjin bil-preparamenti biex it-triq kollha tingħata wiċċ ġdid.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21612, 21406 u 21300 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21100, tista’ l-Ministru tgħid:
1. f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda, fejn qabel ma kenux installati? u
2. l-2790 arblu li twaħħlu, kemm koprew kilometri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lighting poles jiġu nstallati skond ir-rekwiżiti neċessarji. Fir-rigward tal-kilometri koperti mil-2790 ta’ arblu nstallat, din il-figura ma tistgħax tingħata speċifikament peress li l-installazjonijiet tal-lighting poles saru f’lokalitajiet diversi.
L-Enemalta dejjem tara l-possibilita li jiżdiedu l-installazzjonijiet tal-lighting poles biex b’hekk jiżdied l-ammont ta’ toroq mdawlin madwar il-pajjiż.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ħlas lil ditta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entita mill-Ministeru tiegħi li ħallset jew ġiet mitluba tħallas għal xi servizzi mid-ditta msemmija.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlaemntari 19064 u tippubblika l-ftehim li ġie ffirmat mal-kumpanija li ser tkun qed tamministra dawn iċ-charging points? Tista’ tgħid meta ħa tibda topera l-kumpanija li ħadet il-concession u x’prezzijiet ħa tkun qed toffri? Dawn il-prezzijiet ħa jiġu offruti bħala pay as you go jew fuq bażi ta’ abbonament? Ser ikun hemm rati differenti bejn fast charge u AC?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt ingħata wara sejħa għall-offerti pubblika u mhux b’konċessjoni. It-tariffi se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin mir-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma skond l-obbligi u d-direttivi Ewropej.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — lista ta' proġetti kapitali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18758 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran – sistema ta’ dawl aħjar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx talba mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid sabiex Ġnien il-Mediterran ikollu sistema aqwa ta' dawl u għala hemm id-dewmien biex dan jiġi installat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Enemalta PLC ma rċeviet l-ebda’ talba għal sistema aqwa ta’ dawl fil-post indikat.
Is-Swieqi – Triq Mensija – ilma fil-garaxxijiet u djar
Question
Peress li residenti fi Triq Mensija fis-Swieqi qed jilmentaw li hemm ilma dieħel fil-garaxxijiet u fid-djar tagħhom u jidher li dan ġej minn leakages fi Triq Josef Calleja, tista’ l-Ministru tara li ssir verifika u jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex ma jkunx hemm inkonvenjent u ħela ta’ ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda lment mit-triq indikata.Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħdili iktar informazzjoni, sabiex l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.
Il-Mellieħa – Triq in-Nofsinhar – lampi/bozoz maqtugħa
Question
Tista’ l-Ministru tara li lampi/bozoz li hemm maqtugħa fi Triq in-Nofsinhar fil-Mellieħa, isirulhom il-manutenzjoni meħtieġa, sabiex dawn jerġgħu jinxtegħlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21406 u 21300 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21100, tista’ l-Ministru tgħid:
1. f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda, fejn qabel ma kenux installati? u
2. l-2790 arblu li twaħħlu, kemm koprew kilometri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17323 u taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett li kien tħabbar f’Marzu 2017 li kien jikkonsisti minn Ċentru ta’ Distribuzzjoni ġewwa Ħal Far minn kumpanija ta’ supermarkets internazzjonali? Tista’ tikkonferma jekk dan il-proġett hux ser isir jew le u jekk iva meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan l-imsemmi proġett u kemm hu ppjanat li jħaddem nies?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett indikat mhux ħa jiġi mplimentat.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tagħha, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u tgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza Ministerjali tiegħi hija tal-għamla Mercedes Benz li taħdem bl-elettriku, din il-karozza tiġi mikrija €40 kuljum.
Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament fuq ix-xogħlijiet fi Triq il-Latmija f'Marsaskala? Tista’ tingħata data/perjodu meta t-triq tista’ terġa’ tkun miftuħa għall-pubbliku u għall-vetturi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc lestiet ix-xogħlijiet tagħha fi Triq il-Latmija f’Marsaskala. Minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ix-xogħlijiet għaddejin skond il-pjan fejn qed isir titjib fin-network tal-ilma tax-xorb u kif ukoll installar ta’ servizzi ġodda kemm tan-New Water u kif ukoll sistemi ġodda ta’ drenaġġ. Għalkemm ix-xogħlijiet mistennija jittlestew matul din is-sena, qed jingħata aċċess temporanju kemm lill-bdiewa u kif ukoll lir-residenti tal-inħawi.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema micro invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema kurrenti tal-Micro Invest hija miftuħa sas-sena 2023. Għaldaqstant l-ispejjeż li ser isiru minn negozji fis-sena 2021 ser jiġu milqugħha matul is-sena 2022.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21300 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21100, tista’ l-Ministru tgħid:
1. f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda, fejn qabel ma kenux installati? u
2. l-2790 arblu li twaħħlu, kemm koprew kilometri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Electrogas u Shanghai Electic – persentaġġ tal-kapaċità massima
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21338 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21097 dwar il-persentaġġ tal-użu tal-kapaċità massima tal-interconnector, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għall-impjant tal-Electrogas, minn mindu bdiet topera, u x-Shanghai Electric minn mindu nbiegħet, għal kull ġurnata, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.