Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li koppja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-mixja tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li hareg posittiv ghall-Covid-19 mar fi kwarantina. Attwalent hemm 8 persuni li jinsabu fi kwarantina.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija– direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nghata l-ebda kuntratt, inkluz direct order lill-kumpanija imsemmija mill-entitajiet fi hdan il-Ministeru.

Skema Micro Invest — spejjeż tan-negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskema Micro Invest tiġi mġedda għall-ispejjeż li se jsiru min-negozji fis-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Investimenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19433 u jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn rrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-Tieni Fibre Optic Cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-Tieni Fibre Optic Cable bejn il-gżejjer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f`seduta ohra.

Għawdex — Għasri - esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18292 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f`seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – miżuri biex tonqos il-burokrazija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-miżuri, waħda waħda, li l-Ministeru tiegħu ħa jew wettaq biex tonqos il-burokrazija, sena b’sena mill-2017 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet — Home Ownership Plot

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18018 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 17904 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2016, l-2017 u l-2018 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn, sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Ekonomija, u l-Industrija — ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

COVID-19 – koppji li kellhom imexxu d-data tat-tieġ — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras dawk il-koppji li kellhom imexxu d-data tat-tieġ tagħhom minħabba l-aħħar miżuri mħabbra b’rabta mal-imxija tal-Covid 19 u jaċċertahom li ser ikun hemm xi forma ta’ għajnuna għalihom li tagħmel tajjeb għall-flus/depożiti li setgħu jew jistgħu jitilfu jew minħabba spejjeż addizzjonali li qed ikollhom jidħlu fihom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl li diġà hemm skema relatata taħt il-Ministeru tal-Finanzi nitlob lill-Onor. jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pubblikazzjonijiet imqassma fid-djar — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intużawx fondi tal-Ministeru jew fondi pubbliċi oħra għall-pubblikazzjoni li ġiet imqassma fid-djar f'dawn l-aħħar jiem bit-titolu "L-Ekonomija Sena ta' Ħidma, ekonomija ta' ġid għal kulħadd" "Silvio Schembri Qrib Tiegħek Dejjem", u fil-każ jgħid kemm ġiet tiswa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif hemm miktub fuq l-istess pubblikazzjoni, din ma gietx imhallsa minn fondi pubblici.

Indis Malta – proġetti fix-Xewkija Industrial Estate

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19515 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi proġetti Infrastrutturali saru u kemm ġew jiswew minn Indis Malta ġewwa x-Xewkija Industrial Estate matul is-sena 2020 u xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru minn Indis Malta matul is-sena 2021 ġewwa x-Xewkija Industrial Estate u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 tlesta l-kumpless tal-Hofra bi spiża ta’ madwar 5.2 Miljun ewro. Ix-xogħlijiet ippjanati għas-sena kurrenti (2021) jikonsistu fil-bini mill-ġdid ta’ toroq li jammontaw għal 11,500 metru kwadru fil-qasam Industrijali tax-Xewkija.

Ix-Xewkija — Gozo Innovation Hub - kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il kumpanija jew oħrajn hemm joperaw mil-Gozo Innovation Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u xi spazju ngħatat kull kumpanija jew oħrajn li qed joperaw minn hemm? Jista' jgħid kemm qed iħaddmu nies dawn il-kumpaniji jew oħrajn f'dan il-Hub fil-preżent?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm erbgħa kumpaniji kkonfermati u li ġew allokatti madwar 580 metru kwadru ta’ spazju industrijali. Huwa mistenni li dawn il-kumpaniji ser ikunu qed jilħqu l-livell ta' madwar 70 impjegat fiż-żmien tliet snin. Madankollu, kif wieħed japprezza l-preżenza tagħhom fil-Hub bħalissa hija limitata minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari kkawżati mill-pandemija, fejn in-natura teknoloġika tax-xogħol tagħhom kif ukoll restrizzjonijiet ta’ logistika tippermetilhom li jaħdmu b’mod remot.

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex tnaqqas il-wage supplement? Għaliex dan inħadem fuq ix-xhur minn April sa Settembru u mhux fuq is-sena kollha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Telf tar-Raħħala – għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’għajnuna, sussidji jew tnaqqis qiegħed jingħata jew offrut lir-raħħala invista tat-telf li qed iġarrbu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fl-Imarfa u Binja li tinkludi l-Batterija ta' Wied Musa — proċess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19374 u jgħid fiex wasal ix-xogħol/proċess dwar it-trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fil-Marfa u li din il-binja tinkludi wkoll il-Batterija ta’ Wied Musa? Fuq l-istess binja, jista’ l-Ministru jindika x'inhuma/ jew x’kienu l-pjanijiet ghal din il-binja storika anke jekk minn entitajiet privati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Studenti post-sekondarja — benefiċċju minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti fl-edukazzjoni post sekondarja u terzjarja li jirċievu l-istipendju, jaħdmu part-time u ħadu l-benefiċċji minħabba l-COVID-19?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Gozo Innovation Hub — attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jindika x'attivitajiet saru fil-Gozo Innovation Hub minn mindu nfetħet sal-aħħar ta' Frar 2021 u kemm daħlet flus minnhom Indis Malta Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Agreement on Management and Operation of the Miżieb and Aħrax Areas – mappa tal-passaġġi pubbliċi

Question

B'referenza għall-konċessjoni 'Agreement on Management and Operation of the Miżieb and Aħrax Areas' datat 9 ta' Ottubru 2020 li biha l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet l-immaniġġar ta' dawn iż-żewġ siti lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), jista' l-Ministru jippubblika mappa tal-passaġġi pubbliċi, kif ukoll tal-'established footpaths' imsemmija fi klawsola 5.14 tal-imsemmi ftehim, li jgħaddu minn dawn iż-żewġ siti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Gozo Innovation hub – spazju mikri

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm inkera spazju s'issa u kemm għad hemm spazju x'jinkera fil-Gozo Innovation Hub? Jista' jindika kemm kien hemm spazju li ġie allokat għal skopijiet mhux industrijali u taħt liema kundizzjoni tali allokazzjoni saret?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa, lis-spazju li inkera lil kumpaniji li huma eligibli fil-Gozo Innovation Hub jammonta għal ċirca 580 metru kwadru. Dan filwaqt li fadal spazju ta’ circa 2,640 metru kwadru li huwa disponibbli ghall-allokazzjoni lill- kumpaniji eligibli.