Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Vjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrarpiża u Proġetti Strateġiċi — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24614.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24385 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Unit li tissorvelja l-konċessjonijiet li jagħti l-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew fi ħdan il-Gvern hemmx unit li tissorvelja l-konċessjonijiet li jagħti l-Gvern għal proġetti u jekk min ingħata tali konċessjonijiet hux qed iżomm mal-istess konċessjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Ministeru jissorvelja l-konċessjonijiet mogħtijin minnu permezz tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, filwaqt li l-Entitajiet u l-Awtoritajiet jissorveljaw il-konċessjonijiet mogħtijin minnhom, rispettivament.
F’kull kaz, meta u jekk ikun hemm xi ksur tal-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-konċessjoni, il-Ministeru, l-Entita jew l-Awtorita responsabbli tieħu passi skond l-istess konċessjoni
.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat tal-konċessjonijiet kollha li ngħataw minn Gvernijiet qabel is-sena 2013 u li għadhom sal-lum il-ġurnata ma tlestewx? Jista’ jagħti lista ta’ liema huma u lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20982 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie kummerċ ġdid f'dawn l-aħħar sentejn u x'tip? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-investiment globali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24443 u jagħti informazzjoni preċiża dwar min kienu l-konsulenti legali tal-Malta Gaming Authority jew il-preċedessur tagħha mis-sena 2008 ’il quddiem u sal-lum il-gurnata, u kemm tħallsu għas-servizzi professjonali tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni hekk kif provduta mill-awtorità.
Kif irrimarkajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24443, bejn l-2008 u 2013 ma kienux jin¿ammu records diġitali fl-MGA u b’hekk l-informazzjoni provduta qabel l-2014 taf tkun inkompleta.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi ta’ Malta Enterprise mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kapijiet eżekuttivi tal Malta Enterprise minn 2021 kienu kif inhuma elenkati hawn taħt:
Alan Camilleri: 01/02/2009 – 11/05/2012
Sue Vella: 12/05/2012 - 31/07/2013
Mario Vella: 01/08/2013 – 01/07/2016
Mario Galea: 01/08/2016 – 31/07/2019
Kurt Farrugia: 01/08/2019 – 09/08/2024
George Gregory: 09/09/2024 – Kurrenti
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-direct orders li tat l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob fl-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienu u lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument 4927 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 307 nhar it-Tlieta, 4 ta' Frar 2025)
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu;
(b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom?
(d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu?
(e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza?
(f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mgħandix it-tieni karozza u qed titħaddem il-proċedura stabbilita.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ? Jista’ fir-rigward ta’ kull membru jgħid:
i. Meta ġie appuntat fil-ħatra?
ii. Għal kemm żmien hi l-ħatra?
iii. Jekk din hijiex l-ewwel ħatra fuq dan il-Bord?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Konsulenti Maltin u barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti legali tal-Malta Gaming Authority (MGA) jew il-predeċessur tagħha mis-sena 2008 ’l quddiem u sal-lum il-ġurnata, u kemm tħallsu għas-servizzi professjonali tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li peress bejn l-2008 u 2013 ma kinux jinżammu records diġitali fl-MGA, hemm bżonn iktar ħin biex tinġabar l-informazzjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W330.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12039 u 18965 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?