Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — fondi Ewropej

Question

B’referenza għall-fondi Ewropej li minnhom ibbenefikaw il-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar erba’ snin, jista’ l-Ministru jgħid liema lokalitajiet ibbenefikaw minn fondi Ewropej biex jitwettqu proġetti li se jtejbu l-ħajja tal-komunitajiet lokali minn diversi aspetti? Jista’ jgħid x'tip ta' proġetti se jkunu qed isiru u kemm hu l-valur ta' allokazzjoni li se jieħdu? Jista’ jagħti spjegazzjoni tal-progetti kollha li se jibbenefikaw? Jista’ jgħid kemm kienet l-allokazzjoni totali li rċevew dawn il-kunsilli fuq il-proġetti approvati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Lista ta’ kiri/bejgħ ta’ artijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8402 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ artijiet pubbliċi li nbiegħu jew inkrew lil terzi mill-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Jannar tal-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika għal kull art jekk inkrietx jew inbigħetx, permezz ta’ liema proċess sar il-kiri jew il-bejgħ u lil min ingħataw, għall-artijiet li nkrew jgħid kemm hija l-kirja li titħallas fis-sena, u għall-artijiet li nbiegħu jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern irċieva għal tali bejgħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata fis-seduta li jmiss.

Kumpaniji privati — applikazzjonijiet għall-fondi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Jista' jgħid taħt liema programmi saru dawn l-applikazzjonijiet u f'kull każ għal xiex kellhom jintużaw il-fondi Ewropej? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji privati u ċjoè jekk ġewx approvati jew le? Jista' jgħid dawk li ġew approvati, liema kienu u x'inhu l-persentaġġ li joħorġu mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti u jelenka f’kull każ l-isem tal-kumpanija benifiċjarja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Proġetti f’Malta, Għawdex u Kemmuna permezz ta' fondi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti taħt il-programmi Next Generation EU permezz tal-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza u fejn jinsabu ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur tal-proġetti li ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati u liema Ministeru applika għalihom biex isiru? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus kull Ministeru minn dan il-fond fuq kull proġett u kemm hu l-valur globali ta’ kull proġett? Jista’ jgħid jekk hemmx proġetti pendenti li għadhom qed jiġu skrutinati u jekk humiex se jibbenefikaw minn dan il-programm jew le? Jista’ jgħid ukoll hux se jingħataw aktar flus minn dawn il-Programmi u jekk iva, kemm se jingħata minn dan il-fond u għal liema proġetti oħra? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu li wieħed jista’ japplika għall-flus taħt il-faċilità tan-Next Generation EU?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Awtorità tal-Artijiet — bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8993 u 9296 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8626 dwar bejgħ ta' proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru, għal kull każ, jinforma lill-Kamra bin-numru/referenza tat-tender kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan għal kull każ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mill-Awtorità ta l-Artijiet.

Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ sit

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8241 dwar kuntratt ta’ konċessjoni għal sit ta' kostruzzjoni f'Kordin Industrial Estate, jista’ l-Ministru jgħid min kien in-nutar li ppubblika l-att u jagħti d-data ta’ meta kien ippubblikat l-att?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att ġie ppubblikat fl-4 ta’ Frar 2020 min-nutar Dr Anton Borg.

Awtorità tal-Artijiet — Legal and Professional fees

Question

B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inkluż isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu għal-‘Legal and Professional fees’ imsemmija fl-istess rapport?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatat lili mill-Awtorità tal-Artijiet.

Hospitality and Entertainment – Awtorità tal-Artijiet

Question

B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il- benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

MBR – passi kontra Fondazzjoni li ma ppreżentatx audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew qed jieħu l-Malta Business Registry (MBR) kontra l-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qatt ma ppreżentat audited accounts fl-aħħar ħames snin? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn ma ttiħdux passi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-accounts tal-Fondazzjonijiet jiġu sottomessi lill-Kummissjoni tal-Organizzazzjonijiet Volontarji u mhux mal-MBR.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8910 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatat lili mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9196 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatat lili mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ħad-Dingli – inħawi tal-Qattara – passaġġi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8184 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7836, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan dettaljata fejn għandhom jiġu indikati l-passaġġi pubbliċi kollha fl-inħawi tal-Qattara, ġewwa Ħad-Dingli, fid-dawl li l-Awtorità tal-Artijiet huwa obbligu tagħha li jkollha din l-informazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika ż-żona bi preċiżjoni li dwarha qiegħda ssir l-istess domanda.

Gżira – Triq il-Madonna tal-Ġebla — art

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7848 u ċjoè: B’referenza għall-art, immarkata bl-aħmar fis-site plan li qed tintbagħat separatament, li tinsab fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, il-Gżira, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex art pubblika jew le? Jekk le, kienet xi darba tal-Gvern? Kif ġiet mgħoddija lil terzi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ġejt infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet għadha kemm ġiet mgħarrfa minn Infrastructure Malta li dalwaqt ser jibda l-proċess għar-rilaxx lura lis-sidien minn min ġiet esproprijata.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — persuni li għandhom mobile allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9554, ninformah li hemm żewġ persuni fil-Ministeru u ħames persuni mas-Segretarju Parlamentari li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat rispettiv.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu b’mod personali lis-CEOs tal-Malta Communications Authority u tal-INDIS Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat - Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta-Segretarju Parlamentari, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjonijiet u l-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ma taw ebda donazzjonijiet finanzjarji jew għoti ta’ servizzi b’xejn, inkluż makkinarju eċċ, lill-Fondazzjoni Marigold.

Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9300, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – Għoti ta’ art għall-Arkivji Nazzjonali

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-art mogħtija lill-Arkivji Nazzjonali fl-2019 għall-proġett tal-Arkivji Nazzjonali qiegħda tiġi trasferita lura lill-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatatx jew hemmx ħsieb li tingħata biċċa art oħra minflokha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li ma saret l-ebda talba mill-Arkivji Nazzjonali għal sit ieħor.

Arkivji Nazzjonali – art

Question

Peress illi madwar 1,500 metri kwadri mill-art li fl-2019 ingħatat lill-Arkivji Nazzjonali mhux se jkunu trasferiti lura flimkien mal-kumplament tal-art, jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun l-użu għall-medda ta’ art li jifdal?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li l-art imsemmija ta’ madwar 1,500 metru kwadru ser tibqa’ għad-dispozizzjoni tal-Arkivji Nazzjonali.