B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11840 li saret fl-1 ta' Novembru 2019, jista’ l-Ministru jaġġorna t-tagħrif dwar il-proġett tal-Fibre Optic Cable ta’ bejn Malta u Għawdex? X’persentaġġ ta’ xogħol sar s’issa u x’fadal isir? F’liema xahar tas-sena 2020 hu ppjanat li jibda jiffunzjona?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8203, 10123 u 11420, peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat in-negozjati dwar il-proġett tal-White Rocks Malta' jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks għadu fi stadju avvanzat ta’negozjati. Għal dan il-għan ma kienx hemm żvilupp magguri mill-aħħar mistoqsija parlamentari li saret f’dan ir-rigward.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Impjieg lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12294 u 12459 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed isir referenza għaliha fil-mistoqsija ma kellux impjieg taħt kwalsiasi titolu ma xi entità jew dipartiment fid-dekasteru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Sponsorship
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12805, 12660, 12455 u 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozi Żgħar — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12660, 12455 u 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5206 u jgħid xi pjanijiet hemm li jwasslu sabiex bejjiegħa fuq il-monti tal-Belt Valletta ikunu mogħtija kumpens biex jirtiraw il-permess tagħhom bħalha bejjiegħa tal-Monti tal-Belt? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm sabiex iwasslu li bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, ikun mogħti kumpens biex ikunu mħajra jirtiraw il-permess tagħhom ta' bejjiegħa tal-Monti fil-post indikat? Jista' jgħid f'kull każ kien se ikun il-kumpens maħsub?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sistema ta' liċenzji ta' negozji – Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7352 u jgġid: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7224, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-feedback miġbur mill-istakeholders waqt il-laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, x’azzjoni ttieħdet u x’progress sar f’dan ir-rigward li tkellem dwaru l-istess Ministru skont ir-risposta li ta fil-mistoqsija parlamentari rispettiva?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12455 u 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qedt tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12081 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu u jekk fis-7 ta' Novembru meta saret din l-inawgurazzjoni x-xogħol kollu kienx lest jew kienx għad fadal xogħol xi jsir mill-kuntratturi inkarigati? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq dan il-Hub għadux għaddej?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12371 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Impjieg lill-Individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12294 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12395, jista' l-Ministru jikkonferma li ma saret ebda investigazzjoni interna fil-Ministeru tiegħu biex jikkonferma li l-manipulazzjoni fuq il-page ta' wikipedia ma saritx mill-Ministeru tiegħu jew minn xi uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Ministru Silvio Schembri ma iltaqax mal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, sewwa meta kien Segretarju Parlamentari kif ukoll fil-kariga li jokkupa preżentament bħala Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar — Sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?