Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rreġistrati fis-sistema edukattiva matul l-aħħar sena skolastika disponibbli, maqsumin skont:
i. l-iskejjel tal-Istat;
ii. l-iskejjel tal-Knisja; u
iii. l-iskejjel indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:
· Skejjel tal-Knisja kienu rreġistrati 16,906 student,
· Skejjel Indipendenti kienu rreġistrati 9,435 student.
· Skejjel tal-istat kienu rreġistrati 37,624 student.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-istituzzjonijiet edukattivi kollha li joperaw f'Malta u Għawdex, inklużi l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti, filwaqt li għal kull istituzzjoni jindika:
i. l-isem tal-istituzzjoni;
ii. il-lokalità fejn tinsab;
iii. it-tip ta' istituzzjoni;
iv. il-livell jew il-livelli edukattivi li toffri; u
v. il-kategoriji ta' studenti li għalihom hija indirizzata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista mitluba qedgħa titpoġġa fuq il-medja tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-livell ta’ użu tas-servizzi taċ-childcare min-nisa u mill-irġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta' childcare huwa provdut lil minuri u mhux lil nisa u rġiel. Għal aktar informazzjoni nitlob lill-Onorevoli interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċentru ta’ childcare qed jopera bil-finanzjament tal-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 215 childcare centre li għandhom liċenzja. Għal aktar informazzjoni dwar finanzjament nitlob lill-Onorevoli interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Masters Degree in Veterinary Medicine - Taħriġ prattiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isir it-taħriġ prattiku tal-istudenti tal-kors tal-Masters Degree in Veterinary Medicine, speċjalment fir-rigward tal-annimali tal-irziezet, il-prattika ekwina, il-biċċerija u s-saħħa pubblika (spezzjonijiet)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-taħriġ prattiku relatat mal-annimali tal-irziezet isir f’irziezet privati, permezz ta’ arranġamenti ma’ min imexxi dawn l-irziezet, kif ukoll f’faċilitajiet tal-Università Awtonoma ta’ Barċellona.
Is-suġġetti relatati mal-prattika ekwina, mal-biċċerija u mas-saħħa pubblika jibdew jiġu mgħallma matul l-aħħar sentejn tal-kors.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kors tal-Masters Degree in Veterinary Medicine jingħatax kollu kemm hu f’Malta? Jekk le, liema partijiet mill-kors huma previsti li jsiru barra minn Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-maġġoranza assoluta tal-kors Veterinarju jingħata f’Malta.
Masters Degree in Veterinary Medicine - Studenti rreġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti rreġistrati fil-kors tal-Masters Degree in Veterinary Medicine bħalissa, flimkien ma’ tqassim tal-iskrizzjoni maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm huma barranin, inkluż in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-istudenti li bdew il-kors matul l-aħħar tliet snin huma mqassma kif ġej:
* L-ewwel sena: 9 studenti
* It-tieni sena: 5 studenti
* It-tielet sena: 8 studenti
Minn dawn l-istudenti, persuna waħda biss hija ta’ nazzjonalità barranija.
MCAST - Masters Degree in Veterinary Medicine - Edukaturi u veterinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati edukaturi u veterinarji mill-MCAST biex jgħallmu l-Masters Degree in Veterinary Medicine u kemm minnhom għandhom esperjenza preċedenti fit-tagħlim u taħriġ post-terzjarju rikonoxxut?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-lum, ġew ingaġġati 14-il edukatur fuq bażi full-time u 4 edukaturi fuq bażi part-time.
Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2279 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-istatistika għall-2026 se tinġabar u tiġi ppubblikata mill-NSO f’April 2027.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ivvotaw istituzzjonijiet għall-elezzjoni tal-Advisory Committee tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u min kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ din l-elezzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk kopja tar-regolamenti lill-istituzzjonijiet dwar kif wieħed għandu jivvota ntbagħtitx minn qabel? Jista’ wkoll jippubblika dawn ir-regolamenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-elezzjoni kienet intiża sabiex jiġu eletti żewġ rappreżentanti, cioe’ r-rappreżentant tal-Istituzzjonijiet Ogħla u r-rappreżentant tal-istituzzjonijiet Avvanzati.
Ir-riżultat huwa pubbliku u jista’ jiġi aċċessat minn fuq il-ħolqa https://mfhea.mt/election-results-for-advisory-committee-election-2026-consultative-committee-election-2026/. Qed inpoġġi print out tal-istess paġna fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar institutional audit u program audit tal-American University of Malta (AUM) min-naħa tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)? Jista’ jgħid ukoll meta huma ppjanati li jsiru l-institutional audit u l-program audit li jmiss tal-AUM mill-istess MFHEA?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-aħħar snin, l- Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet diversi audits u program audits tal-American University of Malta (AUM) bl-iktar wieħed riċenti għaddej din is-sena.
Skejjel Primarji – Tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ingħatat direzzjoni biex f’ċerti skejjel primarji jitwaqqaf it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija, u fuq liema kriterji pedagoġiċi u edukattivi ttieħdet din id-deċiżjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx evalwazzjoni tal-impatt tagħha fuq l-iżvilupp lingwistiku tal-istudenti Maltin u l-integrazzjoni tal-istudenti internazzjonali, u jekk saritx konsultazzjoni mal-edukaturi u mal-akkademiċi speċjalizzati f’dan il-qasam? Jista’ wkoll jiċċara x’approċċ pedagoġiku se jiġi adottat, mill-Kindergarten ’il fuq, biex dawn l-istudenti jingħataw tagħlim tal-Malti adattat għal-livell ta’ profiċjenza tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni min-naħa tad-dipartiment jew tal-Ministeru sabiex ma jibqax jiġi mgħallem il-Malti bħala lingwa barranija fl-iskejjel primarji.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġodda ġew impjegati fl-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw promozzjonijiet interni matul l-istess perjodu? Jista’ wkoll jipprovdi d-dettalji mitluba separatament għal kull entità u awtorità?
Software programs għat-tagħlim tal-Matematika u x-Xjenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex identifikat jew ipprovdut software programs alternattiv għall-għalliema tal-Matematika u x-Xjenza li jkollu l-istess funzjonalitajiet tal-programmi ActiveInspire, SMART Board u StarBoard, fosthom għodod bħal compass, protractor u graph paper, kif ukoll il-possibbiltà li jinħolqu u jitwasslu lezzjonijiet interattivi fuq il-laptops u l-apparat interattiv fil-klassijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3031.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-materjal edukattiv diġà maħluq mill-għalliema permezz tas-software programs ActiveInspire, SMART Board u StarBoard għadux aċċessibbli sabiex ikun jista’ jintuża permezz ta’ programm alternattiv? Jekk le, x’passi qed jittieħdu biex ma jintilifx il-materjal u x-xogħol li sar matul is-snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3031.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-għalliema jew ma’ rappreżentanti tagħhom dwar x’impatt kien ser ikun hemm fuq it-tagħlim u fuq il-materjal edukattiv li kien diġà nħoloq bl-użu tas-software programs ActiveInspire, SMART Board u StarBoard, qabel ittieħdet id-deċiżjoni biex dawn il-programmi jitneħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3031.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għall-Gvern sabiex jinżammu l-liċenzji tas-software programs ActiveInspire, SMART Board u StarBoard? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet tkun l-ispiża biex dawn il-liċenzji jiġu mġedda għas-sena skolastika attwali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-investiment mistenni jkun il-fuq minn €350,000 għal ħames snin skolastiċi li ġejjin.