Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34021 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34029 u jgħid jekk inħarġitx direttiva sabiex fl-iskejjel sekondarji tal-Istat jitneħħa l-kurċifiss mill-klassijiet? Fin-nuqqas ta’ direttiva, jista’ jgħid jekk kienx hemm kurċifiss li tneħħa mill-klassijiet tal-inqas f’waħda mill-iskejjel sekondarji tal-istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm direttiva sabiex jitneħħew il-kurċifissi mill-iskejjel sekondarji tal-istat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħidma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, matul il-perjodu tal-kuntratt li se jiskadi fis-7 ta’ Frar 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-ħidma tal-individwu msemmi kienet tiffoka fuq koordinazzjoni strateġika u appoġġ dirett fit-twettiq tal-miri tal-Ministeru fejn huwa ta’ assistenza diretta fit-twettiq ta’ proġetti relatati mal-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, filwaqt li żgura li l-miri tal-Ministeru jintlaħqu b’mod effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jiġi mġedded għal sena oħra, peress li hu mistenni li jiskadi fis-7 ta’ Frar tal-2026 (fuq skala 3)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li abbażi tal-kontribut pożittiv u r-riżultati miksuba minnu, għaddej il-proċess sabiex il-kuntratt tiegħu jiġi mġedded u jkun jista' jkompli jagħti s-sehem tiegħu fi ħdan il-Ministeru.
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema dixxiplina sportiva nstabu pożittivi għad-doping atleti fl-2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33878 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Malta’s 4th National Action Plan – Commitment 4 – Youth Proofing
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33869 u jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni ta’ ‘Commitment 4 – Youth Proofing’ tal-Malta’s 4th National Action Plan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul l-2024 u l-2025 ġie mwaqqaf u kkonvokat grupp ta’ persuni b’ħidma dedikata u ikkoordinata minn Aġenzija Żgħażagħ, bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ u t’organizzazzjonijiet ewlenin fis-settur taż-żgħażagħ fosthom the Maltese Association of Youth Workers, the Maltese Association of Youth Ministers, the Malta Youth Catholic Network, u the Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex.
Infurmat li dan il-grupp iltaqa’ diversi drabi bil-għan li jiżviluppa mekkaniżmu ta’ Youth Proofing. Il-kumitat temm l-impenn tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp tal-proposta tal-mekkaniżmu ta’ Youth Proofing u għadda dawn il-proposti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-inkjesta fit-totalità tiegħu dwar il-każ tal-MCAST li fih allegatament insterqu €2.3 miljun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-librerija tal-iskola tal-Imġarr terġa’ tinfetaħ kompletament bħala librerija u mhux bħala librerija li tintuża bħala klassi fl-istess ħin?
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx pjan ta’ espansjoni għall-Iskola Primarja tal-Imġarr, meta wieħed iqis li l-popolazzjoni kibret ħafna minn meta nbniet l-iskola preżenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29769, attendejt ukoll għas-sittin sena Anniversarju ta’ Malta bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strassburgu, kif ukoll għall-ħamsa u tletin sena Anniversarju tal-Kumitat tal-Ministri ġewwa Venezja. Inżid ngħid li niġi mistieden diversi laqgħat f’fora tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa, madankollu l-attendenza tiegħi tiddependi minn xogħol Ministerjali f’pajjiżna.
Fid-dawl li l-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA) (li jinkludu studenti tad-drama, mużika u żfin), iridu jmorru kulleġġ ieħor biex jesebixxu l-arti tagħhom; jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jitlesta x-xogħol fuq l-auditorium għall-istudenti li jattendu din l-istess skola? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet biex jinġieb investiment għal dan l-auditorium u jekk hemmx żmien stipulat għal meta jibdew ix-xogħlijiet, f’każ li hemm qbil fuq dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33890 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li s’issa ġew reġistrati 58 għaqda sportiva u dawn jinsabu pubblikament;
https://aims.org.mt/our-work/regulatory-legal-affairs/
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33889 u jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet li saru fl-2025 irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li s’issa saru 360 test tal-anti-doping fejn 11 irriżultaw pożittivi. Infrumat ukoll li tiġi meħuda l-azzjoni dixxiplinarja skont il-Kodiċi tal-WADA.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx direttiva sabiex fl-iskejjel sekondarji tal-Istat jitneħħa l-kurċifiss mill-klassijiet? Fin-nuqqas ta’ direttiva, jista’ jgħid jekk kienx hemm kurċifiss li tneħħa mill-klassijiet tal-inqas f’waħda mill-iskejjel sekondarji tal-istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.