Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola ġdida fil-Mosta

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titlesta l-iskola li qed tinbena fil-Mosta? Meta hu mistenni li tintuża għall-ewwel darba? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet hu mistenni li jkunu t-tfal li jattendu f'din l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Huwa maħsub li din l-iskola tkun lesta sas-sena 2010, sakemm ma jkunx hemm problemi f’pubblikazzjoni ta’ tenders sabiex jiġu awarded fil-ħin ippjanat. It-tfal li se jattendu f’din l-iskola huma subien mill-Kulleġġ Maria Reġina u għaldaqstant jiġu mill-Mosta, Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar u Mellieħa.

Servizz ta' teletext fuq TVM

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilha u tgħid għaliex is-servizz tat-teletext spiċċa minn fuq TVM? Jista' jgħid jekk hux ser jerġa' jibda? Għaliex tneħħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Servizz waqaf minħabba raġunijiet tekniċi. Il-PBS qed tipprova ssib soluzzjoni kummerċjali biex terġa’ tkun f’pożizzjoni biex tagħti dan is-servizz lill-pubbliku.

Belt Valletta — Pjazza San Ġorġ - Disinnji tal-mini

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-mappa/disinnji li juru l-pożizzjoni tal-mini li jinsabu taħt l-art fi pjazza San Ġorġ u li huma mitqiesa bħala parti mill-wirt storiku nazzjonali? Tista tpoġġi ukoll mappa/disinnji tal-konnessjonjiet li għandhom dawn il-mini ma' partijiet oħra tal-Belt Valletta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistqosija lill-Ministru konċernat.

Kurċifissi fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar it-twaħħil ta' kurċifissi fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi f'pajjiżna? F'liema skejjel/istituzzjonijiet edukattivi jitwaħħlu dawn il-kurċifissi? F'liema skejjel/istituzzjonijiet edukattivi ma jitwaħħlux? Hemm obbligu fuq l-iskejjel privati li jwaħħlu l-kurċifissi jew din titħalla f'idejn min imexxi l-iskejjel privati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Direttorati tal-Edukazzjoni It-tieni artiklu (Artiklu 2) tal-Konstitutzzjoni ta’ Malta jiddikkjara li r-Reliġjon tal-Istat ta’ Malta hija r-Reliġjoni Kattolika, Appostolika, Rumana. Fl-iskejjel/istituzzjonijiet edukattivi kollha, il-kurċifiss jitwaħħal bħala parti ntegrali mill-klassi. Skejjel tal-Knisja Fl-iskejjel tal-Knisja, il-kurċifiss isir premura speċjali. Skejjel Indipendenti Fil-każ tal-iskejjel indipendenti hija l-għażla ta’ min imexxi l-iskola jekk jitwaħħlux kurċifissi jew le. Universita’ ta’ Malta Ma kien hemm l-ebda bdil fil-pożizzjoni tal-Università fir-rigward ta’ kurċifissi fil-lecture rooms tal-Università. La tneħħew kurċifissi u anqas ma tpoġġew oħrajn fil-lecture rooms. Istitut tal-Istudji Turistiċi Fl-Istitut tal-Istudji Turistici hemm kurċifissi mwaħħlin fil-klassijiet fejn isiru lezzjonijiet tat-teorija, kif ukoll fl-uffiċini. Malta College of Arts, Science and Technology Hi konswetudini li f’istituzzjonijiet edukattivi ikun espost il-kurċifiss prominenti bħal ma huma klassijiet u swali ta’ formazzjoni u edukazzjoni kif wkoll f’uffiċċji iżda mhux neċessarjament f’kull klassi, sala jew uffiċċju. Din il-konswetudini qed titkompla fl-MCAST.

ċensura fuq l-arti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed jistenna biex jabolixxi ċ-ċensura fuq l-arti darba għal dejjem minn pajjiżna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-liġi li tirregola ċ-ċensura mhix responsabbilità ta’ dan il-Ministeru u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għalliema, kapijiet u casual teachers — sick leave

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12809 u tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema/kapijiet u casual teachers li rrapportaw sick minn mindu bdiet is-sena skolastika 2009/2010 rispettivament f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti l-informazzjoni abbażi ta' kindergarten, skola primarja, skola sekondarja eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — full-time u part-time lecturers

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11057 u tgħid kemm kien hemm full-time u part-time lecturers fl-MCAST f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena skolastika mill-1998/1999 sal-2008/2009 u kemm hemm illum? Tista' tagħti dan it-tagħrif separatament għal dawk il-lecturers li huma full-time u dawk li huma part-time u skond is-suġġetti li jgħallmu? Tista' tgħid kif ġew ingaġġati dawn il-lecturers f'kull każ skond is-sena tal-ingaġġ tagħhom, kif ukoll skond is-suġġetti li jgħallmu? Jekk ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet, tista' tpoġġi kopja ta' kull applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk hemm każijiet fejn ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet, tista' tgħid kif ġew ingaġġati l-lecturers f'kull każ u skond is-suġġetti li jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

European Institute of Education — bini mhux klassifikat kif suppost

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ liċenzja ta’ tuition centre f’Ta’ Xbiex lill-European Institute of Education f’bini li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma kklassifikatx bħala Class 8 kif jitolbu tali ħruġ ta’ liċenzji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10959.

European Institute of Education — Użu tal-bini mingħajr permess

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'passi se jittieħdu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jekk jinstab li l-bini tal-European Institute of Education f’Ta’ Xbiex qed jintuża' mingħajr il-permessi meħtieġa bħala tuition centre kif reklamat fil-ġurnali u fuq il-website tal-istitut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10959.

Qala — l-Istitut tal-Istudji Turistiċi - kwalifiki

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qiegħed imexxi bħalissa l-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif ġiet magħżula għall-ħatra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

European Insitute of Education — żjarat mill-uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar tliet snin il-Ministeru tal-Edukazzjoni qattx bagħat uffiċjali jżuru l-bini tal-European Insitute of Education f’Ta’ Xbiex biex jara kienx qed jintuża b’mod abbużiv bħala tuition centre mingħajr il-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta tali użu kien qed jiġi reklamat fil-ġurnali u fil-website tal-imsemmi istitut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-emendi fil-Liġi tal-Edukazzjoni tal-2006 saħħew ħafna l-funzjoni ta’ monitoraġġ u spezzjonar fl-edukazzjoni obbligatorja, speċjalment bit-twaqqif tad-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-2008 fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Il-Ministeru huwa konxju li issa hemm bżonn tissaħħaħ din il-funzjoni anke fis-settur post-sekondarju u terzjarju. Għaddejja ħidma fuq emendi fil-Liġi tal-Edukazzjoni f’dan is-sens. Huwa maħsub li dawn jitressqu dalwaqt. Permezz ta’ din il-ħidma l-awtoritajiet edukattivi jkunu jistgħu jindirizzaw aspetti ta’ monitoraġġ.

Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet qed isiru bħalissa u għas-sena skolastika kurrenti fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi fil-Qala? Min qiegħed jagħti dawn il-korsijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Qala — Istitut tal-Istudji Turstiċi - korsijiet li saru s-sena li għaddiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet kien hemm fl-Istitut tal-Istudji Turstiċi tal-Qala s-sena li għaddiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet? X'kienu l-kwalifiki tal-persuni li għallmu dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

European Institute of Education — Permess biex jopera bħala tuition centre

Question

Tista’l-Ministru tgħid meta l-European Institute of Education (eie) f’Ta’ Xbiex ngħatalu l-permess mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jew xi struttura li taqa’ taħtu biex ikun jista’ jopera bħala tuition centre?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni tat permess lill-European Institute of Education biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005.

European Institute of Education — permessi mill-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid l-European Institute of Educationli inħariġlu l-permess biex jopera bħala tuition centre bi klassijiet fejn isiru lezzjonijiet tal-korsijiet offruti minnu, kellux il-permessi kollha mitluba mill-Ministeru tal-Edukazzjoni meta inħareġ il-permess biex il-bini jopera bħala tuition centre?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta l-European Institute of Education ingħata liċenzja biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005 kien konformi mal-kundizzjonijiet minimi relevanti kollha li kienu japplikaw dak iż-żmien.

European Institute of Education — permessi maħruġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ permess lill-European Institute of Education biex jopera bħala tuition centre f’Ta’ Xbiex meta m’għandux il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jintuża bħala ċentru għat-tagħlim, liema permessi ilhom miċħuda mill-bord tad-Development Contorl Commission tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-25 ta’ Ottubru 2006 u fit-8 ta’ Mejju 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta l-European Institute of Education ingħata l-liċenzja biex jopera bħala tuition centre fl-20 ta’ April 2005 kien konformi mal-kundizzjonijiet minimi relevanti kollha li kienu japplikaw dak iż-żmien, inkluż tal-PAPB, numru tal-permess PB 930/91. Fid-19 ta’ Settembru tal-2006 il-permess iġġedded fuq l-indirizz tal-Gżira, billi kien għad m’hemmx il-permessi tal-MEPA fuq is-sit il-ġdid ta’ Ta’ Xbiex. Billi dan il-permess baqa’ m'ngħatax, fil-25 ta’ Mejju tal-2007 il-permess iġġedded bl-użu ta’ Chamber College f’Edgar Bernard Str, Gżira bħala sit għall-lezzjonijiet. Chamber College huwa liċenzjat mill- English as a foreign Language (EFL) Monitoring Board fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, u kien ta permess lill-EIE biex dan jopera mis-sit taċ- Chamber College . Fis-7 ta’ Mejju 2008 u fl-4 ta’ Mejju 2009 il-liċenzja reġgħet iġġeddet bl-użu ta’ Chamber College bħala sit għall-lezzjonijiet. Għalhekk id-Diviżjoni, u warajha d-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, qatt ma ħareġ liċenzja b’mod skorrett fil-konfront tal-EIE.

fond għal attivitajiet kulturali u sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jħaddem u jintuża il-fond għal attivitajiet kulturali u għall-attivitajiet sportivi għal kulħadd? Kemm hu mistenni li se jkun dan il-fond?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Malta Arts Fund li ġie mniedi riċentement se jitħaddem skont il-linji gwida li jinsabu pubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żghażagħ u Sport http://www.education.gov.mt/artsfund.htm. Il-fond għal din l-ewwel sejħa se jkun għal proġetti ż-żgħar b’allokazzjoni ta’ €15,500 filwaqt li l-allokazzjoni għall-proġetti l-kbar se tkun ta’ €100,000. Fil-preżent għadha ma ngħatat l-ebda għotja. Għar-rigward il-qasam sportiv, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12365.

Skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati — żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' żgħażagħ bi bżonijiet speċjali li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat — tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn it-tfal f'dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malta għall-Isport — Art ħdej il Qasam tad-Djar tax-Xwieki

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-Kunsill Malti għall-Isport lil min għadda art ħdejn il-Qasam tad-Djar tax-Xwieki, li għaddiet riċentament lill-istess kunsill mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tramite AL 177/09? Tista' tgħid jekk il-Gvern għaddiex din l-art? Tista' tgħid min huwa earmarked biex jieħu din l-art? Min huma l-uffiċjali reġistrati ta' din l-assoċjazzjoni jew club?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-art imsemmija ġiet mgħoddija lill-Birkirkara St. Joseph Sports Club. Il-kuntratt ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 27 ta’ Ottubru, 2009. Id-dettalji tal-uffiċjali jinsabu fil-kuntratt ippreżentat lill-Parlament.