Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gunpost li tinsab fi Triq Apap Bologna, f’Wied il-Għajn, hix proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, u allura r-responsabbiltà għaż-żamma tal-imsemmija proprjetà taqax fuq awtorità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk sarux sforzi biex jinbeda xogħol ta’ restawr fuq din il-gunpost?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sit imsemmi m'hijiex proprjetà tal-Gvern.
Il-Mellieħa — Palazz ta’ Selmun – Tender għar-restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender għar-restawr/manutenzjoni tal-Palazz ta’ Selmun, liema proċess kien diġà nbeda mill-Ministeru tal-Finanzi iżda kien twaqqaf ħesrem?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li għaddej proċess biex l-art kollha li fiha hemm il-palazz u l-lukanda ta’ Selmun tgħaddi lura għand l-Awtorita tal-Artijiet peress li l-kumpanija li għandha l-konċessjoni emfitewtika qed tiġi stralċjata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Palazz ta’ Selmun? Il-Gvern qed jikkunsidra li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-mistoqsija parlamentari 21960.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li ż-żoni ta’ Selmun u Mġiebaħ (bil-binjiet storiċi inklużi fiż-żona) jinbidlu f’Park Nazzjonali għat-tgawdija tal-ġid komuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ artijiet lill-Aġenzija responsabbli, fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena saru 6,889 talba għal reġistrazzjoni ta’ artijiet lill-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-High-Angle Battery fil-Għargħur bħalissa huwiex responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk saritx talba għad-devoluzzjoni, kemm ilha pendenti t-talba, u f’liema stadju wasal l-ipproċessar tagħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat is-sit huwa proprjetà tal-Gvern. L-Awtorità tal-Artijiet, f’dan l-stadju, m'hijiex f'pożizzjoni li tikkunsidra talbiet għal dan is-sit minħabba li huwa riservat ghal proġett tal-Gvern ċentrali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi biex stabbilimenti jqiegħdu siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika, fl-aħħar għaxar snin maqsuma xahar b’xahar? Għal kull permess, jista’ jindika t-triq fejn inħareġ il-permess, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitqiegħdu bil-permess, jew l-ispazju f’metri kwadri li huma permessi jkunu okkupati?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim għandha l-Awtorità tal-Artijiet ma’ entitajiet Governattivi u oħrajn għall-użu ta’ Forti Ricasoli jew parti minnha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab fi stadju avvanzat fil-proċess sabiex formalment tgħaddi l-propjeta msemmija b’kirja lill-Film Commission.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18854 u 20816 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn u jinkludi s-site-plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istand tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali għall-Public Service Expo 2024, ġiet tiswa’ €30,925 (eskluż il-VAT).
Fuq l-istand, il-pubbliku kellu l-opportunità jingħata iktar informazzjoni fuq is-servizzi offruti u x’inhuma l-irwoli, ħiliet u karrieri li jeżistu fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Ingħatat informazzjoni fuq ix-xogħol li jsir mill-Awtorità tal-Artijiet, l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet, u l-Uffiċċju Konġunt.
L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.
L-Awtorità tal-Artijiet – Kera ta’ proprjetajiet fiż-Żurrieq
Question
Jista' l-Ministru jelenka, anke permezz ta' pjanti, liema huma l-garaxxijiet u postijiet li l-Awtorità tal-Artijiet qed tirċievi kera għalihom imma ma tistax tbigħhom għaliex għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk garaxxijiet u postijiet inħarġux għal bejgħ jew hemmx il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ mill-istess Awtorità fi Triq Karmnu Zammit u Triq Wied Babu, iż-Żurrieq?
B'referenza għal AD 01 dwar sit fix-Xgħajra jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-file relatat mat-Tender ippubblikat fit-8 ta' Jannar u jindika għaliex inħareġ it-tender wara li nbidel l-użu tas-sit minn Bar għal Restaurant? Jista' jindika min rebaħ it-tender u jippreżenta x-schedule tal-bids? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi intervent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan is-sit partikolari u jekk hemmx il-ħsieb illi l-Awtorità tal-Artijiet tieħu lura l-post ġaladarba x-xogħlijiet waqfu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet kienet ħarġet tender ta’ post fix-Xgħajra b’użu ta’ bar u restaurant fit-8 ta’ Jannar 2021. Dan it-tender kien inħareġ wara li l-inkwilin li qabel kellu dan il-post f’idejh irritorna ċ-ċwievet lill-Awtorità u b’konsegwenza ta’dan, il-fond kien ġie battal. It-tender maħruġ kien isegwi erba’ applikazzjonijiet li kienu daħħlu minn persuni differenti b’talba għall-ħruġ ta’ tender u l-proċess segwa l-procedura stabbilta mill-Awtorità. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta’ dawk li tefgħu l-offerta tagħhom. Il-kumpanija li tefgħet l-ogħla offerta kienet ingħatat il-kuntratt ta’ kera. Ninsab infurmat li l-Awtorità qed tevalwa l-pożizzjoni tagħha fid-dawl tal-iżvilluppi riċenti.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali hemm impjegat wieħed li huwa Kunsillier Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet relatati mal-iskema tal-BCRS mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?