Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' Ta' Xbiex matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' Tas-Sliema matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Gżira matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tan-Naxxar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Marsa matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalita ta' Santa Venera matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Pieta' u Gwardamangia — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet tal-Pieta' u Gwardamanġia matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Ħaż-Żebbuġ — Enemalta - Rapporti ta' undervoltage jew overvoltage
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport ta' undervoltage jew overvoltage rċeviet l-Enemalta mill-1 ta' April tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, indikati xahar b’xahar? Tista’ tagħti aktar dettalji dwar għalfejn ħafna residenti f’Ħaż-Żebbuġ sofrew minn problemi ta’ dawl kontinwament matul is-sajf, u tgħid hemmx xi pjan biex titranġa s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta rċeviet 126 rapport dwar vultaġġ baxx jew għoli fil-perjodu indikat – April 23, Mejju 12, Ġunju 12, Lulju 39, Awwissu 29 u Settembru 11. L-Enemalta qed tagħmel xogħol ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni fuq livelli differenti, f’għadd ta’ lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom f’Ħaż-Żebbuġ. Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, li jvarjaw minn xogħol fuq il-linji tad-dawl, xogħol fuq il-cables ta’ taħt l-art sa upgrades f’substations u substations ġodda, tiġi msaħħa s-sistema tad-distribuzzjoni u jiġu indirizzati problemi fil-vultaġġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw għotjiet bħala għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji matul l-2022? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom huma kumpaniji Maltin u kemm minnhom huma barranin, maqsuma wkoll skont il-valur tal-għotjiet u l-valur totali ta’ kemm minnhom ġejjin minn fondi nazzjonali u kemm minnhom minn fondi Ewropej?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema għotjiet qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema impjegati mill-Water Services Corporation, kemm fuq bażi full-time, kif ukoll fuq bażi part-time?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 1,038 impjegat full-time u 4 part-time. Assenjati mal-Korporazzjoni hemm ukoll 13-il apprentist.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema mal-Water Services Corporation xahar b'xahar matul l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u f'liema karigi, kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Intepellant li bejn l-2022 u l-2023 kien hemm 110 ħaddiema f’karigi diversi li temmew l-impjieg tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minħabba raġunijiet varji.
ERA — Rapporti dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant
Question
B’referenza għal diversi rapporti minn residenti ġewwa l-Iklin, il-Għargħur, San Ġiljan u San Ġwann lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Rizorsi (ERA) dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant li jinsab fil-viċinanzi, tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu biex wieħed jassigura li dan l-impjant jimxi b’mod korrett u li titħares is-saħħa pubblika?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq kull ilment li tirċievi u sa fejn għandha kompitu, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tinvestiga u tagħmel spezzjonijiet fuq l-operat sabiex tara li ma jkunx hemm emissjonijiet eċċessivi fl-arja. Fil-każ tal-impjant imsemmi, ninsab infurmata li l-ERA investigat u nstab li mil-lat ta’ kwalità tal-arja ambjentali ma jidhirx li hemm emissjonijiet fl-akkwati li jaqbżu dawk regolati mil-liġi. Madankollu, dan ma jfissirx li mhux se joħorġu rwejjaħ waqt ċerti stadji tal-proċess. Meta l-ERA tirċievi rapporti relatati mas-saħħa, dawn ir-rapporti jiġu referuti lill-awtoritajiet konċernati għall-investigazzjoni tagħhom.
B’referenza għall-proġett li l-Ministru ħabbret li ser isir minn Project Green nhar is-27 ta’ Settembru, tista’ tipprovdi l-PA number tal-applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru relatat mal-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar tal-ewwel fażi tal-proġett li ħabbart li ser isir minn Project Green nhar is-27 ta’ Settembru huwa TRK/00277228. Nispjega li dan il-proġett qed ikun ippjanat biex isir f’fażijiet sabiex jiġi mitigat kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti u l-komunità kummerċjali tal-madwar u kull min jgħaddi mill-inħawi. Għaldaqstant, l-ewwel fażi se tkun qed tiffoka fuq l-iskavar u l-iżvilupp ta’ parkeġġ ta’ 3 sulari taħt l-art li se jkun qed jara żieda sostanzjali fil-parkeġġ f’Misraħ Lewża. Fuq dan il-parkeġġ imbagħad se jkun hemm ġnien pubbliku li jagħmel parti integrali mill-proġett ta’ San Ġwann.
San Pawl il-Baħar, Triq ix-Xagħra tal-Bandieri — Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tinforma meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma (WSC) fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurnata li x-xogħol fit-triq indikata huwa ppjanat li jitlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Raħal Ġdid jew parti minnu, tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11250, fejn ġew elenkati l-ħsarat kollha li żviluppaw fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u li seħħew f’ċirkostanzi straordinarji kaġun tat-temperaturi estremi li esperjenzaw diversi pajjiżi fit-tieni nofs ta’ Lulju.
Fir-rigward tal-kumplament tas-sena, ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien b’mod naturali, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Biex isir l-eżerċizzju li diġà ntalab li jsir fil-każ ta’ 30 lokalità differenti dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Gudja jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Santa Luċija jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' Ħal Għargħur matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Imsida matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' ukoll tgħid id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.