Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ngħataw akkomodazzjoni soċjali minkejja li għandhom proprjetà oħra reġistrata fuq isimhom jew fuq isem membri tal-familja tagħhom matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ma żżommx informazzjoni dwar proprjetajiet irreġistrati fuq isem membri tal-familja tal-applikanti.
Fir-rigward tal-proprjetajiet irreġistrati fuq isem l-applikanti stess, l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali jiġu evalwati skont il-merti tagħha, kriterji u r-regolamenti fis-seħħ, li matul iż-żmien stabbilew il-limiti tal-assi u ċ-ċirkostanzi li fihom applikant jista' jkun eliġibbli.
Baħar iċ-Ċagħaq – Caravans li qed jokkupaw il-kosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar il-caravans li qegħdin jokkupaw il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq, uħud b'mod permanenti, tant li saħansitra qed jinkrew b'mod kummerċjali, b'abbuż sħiħ tar-regolamenti?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi mitlub jindika liema parti tal-kosta ta’ Bahar iċ-Ċagħaq qiegħed jirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar sabiex jiġu verifikati li l-proprjetajiet allokati qegħdin jintużaw skont ir-regolamenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar sal-aħħar ta’ Mejju tas-sena kurrenti kien hemm 555 spezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appartamenti jew proprjetajiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li bħalissa huma:
(i) vakanti;
(ii) taħt manutenzjoni;
(iii) jew mhux abitabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-preżent, hemm:
(i) 47 proprjetà ta’ akkomodazzjoni soċjali vakanti;
(ii) madwar 782 proprjetà ta’ akkomodazzjoni soċjali li jinsabu taħt manutenzjoni; u
(iii) 156 proprjetà ta’ akkomodazzjoni soċjali li bħalissa mhumiex abitabbli.
Fir-rigward tal-proprjetajiet li mhumiex abitabbli, għaddejjin l-investigazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-interventi neċessarji biex dawn il-proprjetajiet jerġgħu jsiru abitabbli u jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fl-istokk ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tilfet jew ġiet revokata l-allokazzjoni tagħha ta’ akkomodazzjoni soċjali matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 minħabba:
(i) informazzjoni falza;
(ii) bidla fid-dħul;
(iii) subletting illegali; u
(iv) nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li huwa l-Kumitat tal-Allokazzjonijiet u Ad Hoc li jirrevedi u jivvaluta dawn il-każijiet. Infurmat li fil-perjodu msemmi, dan il-kumitat ddecieda erbatax -il każ, li kienu kollha rigwardanti nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti. Infurmat li f’każ wieħed kien hemm ordni ta’ żgumbrament.
Allokazzjoni ta’ djar - Allegazzjonijiet ta’ abbuż jew irregolaritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie investigat relatat ma’ allegazzjonijiet ta’ abbuż jew irregolaritajiet fl-allokazzjoni ta’ djar soċjali matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li s-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tinvestiga kull ilment li jidħlilha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ngħataw akkomodazzjoni soċjali fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, kienu ilhom fuq il-lista ta’ stennija:
(i) inqas minn sena;
(ii) bejn sena u tliet snin; u
(iii) aktar minn tliet snin?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati djar soċjali wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2026 u jgħid jekk kienx hemm żieda fl-allokazzjonijiet matul dan il-perjodu?
Skemi tal-First Time Buyers u tas-Second Time Buyers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskemi tal-First-Time Buyers u tas-Second-Time Buyers japplikawx għal min ikun wiret xi proprjetà jew sehem minn proprjetà; jew inkella jkun ingħata proprjetà jew sehem minn proprjetà permezz ta’ donazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema tal-First Time Buyers, fejn applikant huwa eliġibbli għall-għotja ta’ € 10,000 f’medda ta’ 10 snin, tippermetti li persuna li wirtet jew ingħatat permezz ta’ donazzjoni, art/airspace u li din tiġi mibnija permess ta’ self mill-bank, tikkwalifika taħt din l-iskema. F’każ ta’ meta applikanti jirtu jew jingħataw b’donazzjoni proprjetà, jistgħu jibbenefikaw biss jew isir xi xogħol permezz ta’ self mill-bank.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Karozzi – Spiża annwali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku.