Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat minnha, mill-2014 sal-lum, ma kien hemm l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra lill-Fondazzjoni indikata.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu ma’ għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu. Dawn jinkludu wkoll il-fotografija. L-ispiża għas-sena 2022 kienet ta’ €24,800.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin f’ħabsijiet barranin? Kemm hemm taħt arrest u kemm sentenzjati? F’liema pajjiżi qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal tlettax (13)-il persuna, imqassmin skont kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Irrid nenfasizza li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, hux permezz tal-Ministeru f’Malta stess jew mal-ambaxxati u l-konsulati ta’ pajjiżna f'artijiet barranin. Skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha.
Għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt tista’ effettivament ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn xtutna.
Pajjiż
Ammont
Issentenzjat jew le
L-Alġerija
1
Issentenzjat
L-Awstralja
7
Issentenzjati*
L-Awstrija
1
Issentenzjat
Il-Ġermanja
1
Issentenzjat
L-Italja
1
Issentenzjat
Il-Polonja
1
Issentenzjat
It-Tuneżija
1
Issentenzjat
*Ħamsa (5) kellhom il-viża Awstraljana mħassra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7257, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7118.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni rreġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewopej u l-Kummerċ — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-bidu tal-leġiżlatura, flimkien mad-delegazzjonijiet rispettivi, żort diversi pajjiżi. Sa Novembru 2022 dawn kienu jinkludu l-Brażil, l-Istati Uniti (darbtejn), il-Ġappun, is-Sawdi Arabja, il-Libja u l-Emirati Għarab Maqgħuda, fost oħrajn. L-ispejjeż fuq roaming huma €20,523.15.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kif jidher hawn taħt:
Fl-2023 attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saru fit-23 ta’ Jannar, l-20 ta’ Frar u l-20 ta’ Marzu, għal dan tal-aħħar ipparteċipajt ukoll fil-Forum Umanitarju Ewropew kif ukoll laqgħa konġunta mal-Ministri tad-Difiża. Barra minn hekk, attendejt ukoll għal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali fil-21 ta’ Marzu.
Fid-9 ta’ Jannar 2023 iltqajt għall-ewwel darba mal-Ministru Ġermaniż għall-Ewropa u l-Klima fi ħdan l-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin, l-E.T. Dr. Anna Lührmann, f’Malta.
Nhar it-22 ta’ Jannar 2023 iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija, E.T. Alexander Schallenberg fil-marġini tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Fl-24 ta’ Jannar 2023, żort Ruma għal-laqgħat mal-Ministru Taljan tal-Intrapriżi u Made in Italy, l-Onor. Adolfo Urso kif ukoll mal-Ministru Taljan responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, l-E.T. Raffaele Fitto.
Fl-25 ta’ Jannar, attendejt laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-UE organizzata mill-Ambaxxatur Żvediż għal Malta, E.T. Andres Jato. Din il-laqgħa kienet fil-kuntest tal-presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-UE.
Fl-1 ta’ Frar, kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, E.T. Bogdan Aurescu.
Fit-8 ta’ Frar, iltqajt mad-Deputat Ministru għall-Finanzi tal-Litwanja, Onor. Mindaugas Liutvinska.
Fis-17 ta’ Frar 2023, attendejt għall-Konferenza tas-Sigurtà ġewwa Munich, fejn fost l-oħrajn iltqajt mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda, l-E.T. Wopke Hoekstra, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni ta' Spanja, l-E.T. José Manuel Albares Bueno, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja, Onor. Antonio Tajani.
Fit-23 ta’ Frar, ippresjedejt dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropeja u n-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell enfasizza l-impenn tal-Unjoni Ewropeja għal diversi programmi u inizjattivi tal-Ġnus Magħquda. Malta, bhala Membru tal-UE, offriet li tospita dil-laqgħa waqt il-Presidenza Maltija li seħħet fi Frar.
Mil-20 sal-21 ta’ Marzu 2023, ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li qed jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Iżvezja fejn għamilt intervent. Ġejt ukoll mistieden nagħmel l-intervent ewlieni f’sezzjoni tal-Konferenza bl-isem ta’ “Inżidu l-impenn għat-tfal milquta mill-kunflitti: Ħidma madwar ir-Rabta bejn il-Ħidma Umanitarja, l-Iżvilupp u l-Paċi.”
Fit-3 ta’ April se niltaqa’ mal-Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera, E.T. Ignazio Cassis.
F’April, f’Mejju u f’Ġunju, mistenni nipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.
Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-24 ta’ April, 22 ta’ Mejju u 26 ta’ Ġunju.
Fit-12 ta' Mejju se nattendi wkoll għal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin (magħrufa bħala Gymnich) fi Stokkolma.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7118, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 7118.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ kellu kuntratt ta’ Person of Trust bħala konsulent mal-Eks Membru Parlamentari Dr Luciano Busuttil mill-01/12/2017 sa 30/11/2018, u li ġie mġedded sat-12/01/2020. Skont dan il-kuntratt, ir-remunerazzjoni tiegħu kienet kif ġej:
Salarju annwali €37,194
Allowance annwali Trasport €4,659
Allowance annwali Mobile €815
It-tliet Eks Membri Parlamentari l-oħra msemmija ma ngħataw l-ebda xorta ta’ remunerazzjoni.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu D Visas kull xahar matul is-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb wieħed jirrimarka li fl-2020 u l-2021 in-numri kienu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.
Xahar202020212022
Jannar20173941602
Frar12314592164
Marzu3074011805
April1134521345
Mejju1925571547
Ġunju2266713879
Lulju1414964705
Awwissu1589353655
Settembru48311782411
Ottubru40015282240
Novembru43020141794
Diċembru43216431545
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6194, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.