Korp Diplomatiku – persuni li rtiraw u li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Korp Diplomatiku ta’ pajjiżna tul din is-sena 2020? Jista’ jgħid kemm irtiraw u kemm irriżenjaw minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi, fil-Korp Diplomatiku hemm 122 persuna. Matul is-sena 2020 irriżenjaw 2 mill-Korp Diplomatiku u l-ebda uffiċjal ma rtira.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li ħarġu bi kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16851, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kienux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra bħal Ambaxxati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba PQ 17041
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġejt infurmat li l-attendenza tal-membri fil-laqgħat ta’ kull bord li jaqgħa taħt ir-responsabilita ta’ dan il-Ministeru matul din il-leġiżlatura huma kif ġejjin:
·
Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh:
Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Dan il-bord jiddiskuti l-ħidma u l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni. L-aħħar laqgħa saret fit-22 ta’ Lulju 2020.
· Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa: Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Din il-Fondazzjoni sservi ta’ pont bejn is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet tar-reġjun Asjatiku-Ewropew. L-aħħar laqgħa saret bejn il-11-12 ta’ Ġunju 2020.
· Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni EU-LAC: Uffiċjali mill-Ministeru jattendu dan il-Bord, li ġeneralment jiltaqa’ darbtejn fis-sena. L-aħħar laqgħa saret b’mod virtwali fis-26 ta’ Novembru 2020, fejn fost affarijiet oħra ġew diskussi l-Programm ta’ Ħidma Annwali u l-baġit għall-2021 u n-nomina tas-Sinjura Leire Pajín Iraola (Spanja) bħala l-President il-ġdid tal-Fondazzjoni EU-LAC.
· Bord tad-Diplomazija Kulturali: Il-Bord jigi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti.
· Bord dwar Overseas Development Assistance: Il-Bord jiġi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti.
· Bord tas-Sanzjonijiet: Dan huwa Bord mwaqqaf skont il-Kapitlu 365 tal-Liġijiet ta’ Malta. Ninsab infurmat li ġeneralment l-membri tal-Bord dejjem attendew għal kull laqgħa li huma ġew mistiedna għaliha. Id-data tal-meeting tiġi kkordinata minn qabel mal-membri konċernati u l-Bord jiltaqa’ meta jkun hemm bżonn.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16833, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet fuq kwarantina minħabba dawn il-każijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi l-każijiet ta’ kwarantina kienu 29 każ, maqsuama kif ġejjin:
20 ġewwa l-Ministeru
9 fl- Ambaxati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16815, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Tista' l-Onor. Interpellant tinfurmani għal liema tabella qiegħda tirreferi. It-tweġiba kienet ingħatat f'risposta tal-mistoqsija parlamentari 16815.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej hemm b'kollox 193 ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq. Mija u erbgħa (104) minnhom huma rġiel u disgħa u tmenin (89) huma nisa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 29 uffiċjali li ħarġu bil-kwarantina mill-1 ta’ Marzu 2020 s’issa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej kien hemm disa’ (9) uffiċjali infettati bil-Covid-19 mill-1 ta’ Marzu s’issa.
Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema - telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 22 applikazzjoni ġdida għal telework minn Marzu 2020 s'issa li kienu jinkludu 15 nisa u 7 irġiel. Intlaqgħu 21 talba.
Bħalissa dawk li qed jaħdmu permezz tat-telework huma 61 nisa u 10 irġiel.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entita’ li kienet taqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija, ma tatx xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti. Allura ma sar l-ebda ħlas f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14627 u jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill Onorevoli interpellant li nefqa li intefqet minn Fondi Ewropej f’Għawdex mis-sena 2013 l’hawn (Ottubru 2020) tammonta għal €98.67M, maqsumha kif mitlubha fi tliet kategoriji:
% Spi¿a fuq Għawdex għal kull kategorija
Socjali
%
Produttiv
%
Infrastruttura
%
16,318,756.92
11%
1,782,151.15
5.3%
80,560,383.57
12%
Dawn il flus kollha tħallsu.
Diplomatiċi Maltin li ssejħu lura Malta mill-Ambaxxati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jelenka dettaljatament l-ismijiet tad-diplomatiċi Maltin li ssejħu lura Malta mill-Ambaxxati Maltin barra minn xtutna fil-perjodu 10 ta’ Ġunju 2017 sal-10 ta’ Settembru 2017, u f’kull każ jgħid minn liema posting issejħu u d-data meta ġew infurmati li kienu qed jissejħu lura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rural Development Programme 2014 — 2020 - applikazzjonijiet għal Measure 4.4
Question
Jista' l-Ministru jippubblika d-data dwar l-applikazzjonijiet għal Rural Development Programme 2014-2020, Measure 4.4 - support for non productive investments?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data tal-applikazzjonijiet kollha li jkunu approvati minn żmien għal żmien huma disponibbli u aċċessibbli pubblikament fuq il-websajt ta’ l-Awtorità ta’ Ġestjoni, fuq il-link hawn taħt. Din tinkludi s-Sotto Miżura 4.4 – ‘Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi’.
https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/European%20Agricultural%20Fund/Documents/Measures/Results/EAFRD%20PROJECTS%20ONLINE%20LIST%2012-08-2020.pdf
Qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-
data
speċifikament marbuta ma Sotto Miżura 4.4 – ‘Investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għandu ħdax (11) -il spazju riżervat għall-parkeġġ għal dawk li għandhom l-uffiċċju ġewwa l-Belt Valletta maqsumin kif ġej:
Sezzjoni
Numru ta’ parkeġġi rizervati ġewwa l-Belt Valletta
Ministeru
4
Karozza għall-użu ġenerali
1
Segretarjat Parlamentari (Fondi Ewropej)
3
Segretarju Permanenti (Fondi Ewropej)
1
EC-Arab League of Arab States Liaison Office (ECLASLO)
2
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta' daqs żgħar u medju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tal-għajnuna għan-negozji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) permezz tal-programm ERDF Business Enhance, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi x’intefaq f’issa f’dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tat-taħriġ għall-ħaddiema u l-ħolqien tax-xogħol, fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti ewlenin li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.