Mużew Marittimu ta’ Malta – Tender għall-implimentazzjoni tad-disinji tad-dawl u AC Units
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender sabiex jiġu implimentati d-disinji fuq it-tqegħid ta’ dawl u AC Units fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jekk inħarġet, kemm-il proposta kien hemm, min intgħażel u meta hu skedat li jitlesta x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa skedat li x-xogħlijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur ikunu lesti, u jgħid min huma l-kuntratturi magħżula għal dan ix-xogħol u kemm huwa l-ammont miftiehem u li se jiġi mħallas jew tħallas għal dawn ix-xogħlijiet?
Għar Dalam National Park – masterplan u interpretation strategy
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid il-baġit li hemm imħejji għat-twettiq ta’ dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta’ ħidma li huwa maħsub li jiġi segwiet biex jiġi implimentat dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid il-metodu ta’ kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista’ jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?
Siġġiewi – restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' restawr u/jew bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, rapporti u/jew stimi li tħejjew b'rabta ma' dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji – okkju tal-ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-okkju tal-ilmenti kollha li mis-sena 1997 'il quddiem ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji u li ġie mwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji (Kap. 394 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9188 u jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ viżitaturi ġewwa t-tempji ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 kien jammonta għal:
· 78,298 bħala viżitaturi bi ħlas
· 9,301 bħala viżitaturi bla ħlas, dan jinkludi l-open day li saret fi Frar 2018.
In-numru ta’ studenti tal-primarja u sekondarja kien jammonta għal 529 (is-sistema ma tagħmilx distinzjoni bejn studenti tal-primarja u sekondarja).
B’ referenza lejn l-ispejjeż relatati mat-tempji ta’ Ħal Tarxien ninfurmak li l-ispejjeż rikurenti relatati mal-post kienu jammontaw ghal € 73,517.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8617, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment ġiet imwaħħla lura mill-ġdid il-lapida kommemorattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li l-lapida kommemorattiva ġiet imwaħħla lura mill-ġdid fis-26 ta' April 2019.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10223 u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival? F’każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista’ jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10222 u jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta’ maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10224, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-improvements li qegħdin isiru fil-MUŻA u f’liema swali?
Response (BONNICI, OWEN)
Dawn huma essenzjalment marbutin mar-resource centre li jinsab fit-tieni sular li jinkludi librerija. Fis-sala prinċipali tal-ewwel sular qed tigi konkluża innovazzjoni sabiħa li se titħabbar fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni tal-proġett innovattiv tal-Pjazza Jean De Vallette li hemm referenza għalih fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10225, u jgħid mhux biss fiex jikkonsisti dan il-proġett, iżda wkoll jagħti dettalji tax-xogħlijiet li qegħdin isiru, min qiegħed iwettaqhom u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex qegħdin jitwettqu wara l-ħruġ ta’ tender?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan hu proġett sabiħ immens li d-dettalji dwaru se jingħataw f’konferenza stampa li għandna skedata.
Mużew Marittimu ta’ Malta – kuntratti għar-restawr tal-faċċata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għar-restawr tal-faċċata ta’ wara l-Mużew Marittimu ta’ Malta u meta huwa skedat li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ingħata lid-ditta Vaults Co Ltd wara li ħarġet sejħa. Dan ix-xogħol ghaddej b’ritmu mgħaġġel u mistenni jkun lest qabel tmiem din is-sena.
Mużew Marittimu ta’ Malta – tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ it-tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam fuq il-faċċati u fuq it-turrets tal-Mużew Marittimu ta’ Malta, liema tender kien ġie kanċellat?
Television Malta – persuni li ħadu sehem f’programmi
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni, f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10101 u jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-toroq li ngħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huma li ġejjin:
• Triq il-Kbira (bejn Triq il-Qortin u Triq in-Naħal)
• Il-Moll tat-Tunnara
• Triq l-Armier (permezz ta’ Public Private Partnership li jiskadi fl-2020).