Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta daħal fis-seħħ il-ftehim kollettiv il-ġdid mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, x’kienu t-tibdiliet li saru u jekk dan il-ftehim huwiex jiġi onorat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Il-ftehim kollettiv preżenti daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2022 b’effett mill-1 t’Ottubru 2020. F’dan il-ftehim kien hemm titjib sostanzjali fil-pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol u nikkonferma li dan ftehim qed jiġi onorat.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-avukati u l-prokuraturi legali fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ingħatawx l-istess kondizzjonijiet li qed jirċievu dawk fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jekk le, għaliex?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ftehim Kollettiv li jkopri l-klassi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa riżultat ta’ negozjati li saru mal-union rikonoxxuta li tirrappreżentahom u hija l-prassi li tali kundizzjonijiet ikopru biss kemm il-gradi kif ukoll l-entità li partikolari rregolata b’tali ftehim.

Ministeru għall-Ġustizzja — persuni reġistrati bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).

Ministeru għall-Ġustizzja — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, miġbura sal-aħħar ta’ Frar 2023, hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt: IsemDati tas-SafarDestinazzjoniKonferenza Spiża ta' Roaming Hon. Minister Jonathan Attard20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €1,963.98 Secreteriat Staff Officer 20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €983.77 Secreteriat Staff Officer12/10/2022 - 14/10/2022LussemburguJHA Ministerial Council €1.76 20/11/2022 - 26/11/2022MauritiusCommonwealth Law Ministers Meeting 2022 €339.11 07/12/2022 - 10/12/2022BrusselJHA COUNCIL €0.66

Strument li jkollu l-forza ta’ liġi f’Malta jew xi dispożizzjoni tiegħu li jmorru kontra l-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7022, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm sentenzi li jiddikjaraw li xi strument li jkollu l-forza ta’ liġi f’Malta jew xi dispożizzjoni tiegħu jmorru kontra xi dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew xi dritt tal-bniedem li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skont l-artikolu 242(1) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ħa azzjoni biex ineħħi kull inkonsistenza mal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew mad-dritt jew libertà fundamentali kif maħsub fl-artikolu 242(2)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Legal Aid – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li ġew megħjuna mill-aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta (Legal Aid) fl-2022 kienu jinvolvu vittmi ta’ vjolenza domestika?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2022 kien hemm 95 persuni li talbu assistenza bl-għajnuna legali għall-parir dwar vjolenza domestika, filwaqt li kien hemm 5 persuni li talbu li jkunu megħjuna bl-għajnuna legali bħala vittmi ta’ vjolenza domestika fil-Qorti.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Ġustizzja ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Remunerazzjoni ta’ Eks Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Luciano Busuttil nħatar Kummissarju għall-Ġustizzja skont l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291, fis-sena 2021. Ta’ din il-ħatra Dr Busuttil tħallas skont il-liġi sussidjarja 2914.05, hekk kif imniżżel fit-tabella t'hawn taħt. Intant l-Eks Membri Parlamentari l-oħra li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma ngħatawx xi kuntratt jew ħatra ma’ dan il-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu. Sena Ammont 2021 €3,726.72 2022 €6,288.84 2023 €698.76

Ministeru għall-Ġustizzja — rapporti lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Protection orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw protection orders minħabba vjolenza domestika mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-15 ta’ Marzu 2023 tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena Numru ta’ Ordnijiet ta' Protezzjoni relatati ma’ Vjolenza Domestika Numru ta’ Temporary Protection Orders relatati ma’ Vjolenza Domestika 2020 91 37 2021 48 16 2022 88 33 2023 3 0

Kummissjoni tal-Liġijiet – membri u ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Law Commission, meta saret il-ħatra ta’ kull membru u għal kemm żmien? Jista’ jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Law Commission u f’kull każ x’inhi l-kariga tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Il-Kummissjoni għal-Liġijiet hija magħmulha mill-Kummisarju tal-Liġijiet li ġie maħtur fl-2021 b’terminu ta’ 3 snin. Il-Kummissjoni timpjega assistent għall-Kummissarju u xufier/messaġier. Barra minn hekk, mal-Kummissjoni hemm kuntrattati 6 avukati.

IDPC – uffiċċju – deċiżjonijiet fuq penalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) kemm ta deċiżjonijiet fejn impona penalitajiet minħabba nuqqas ta’ ħarsien ta’ regolamenti dwar id-data protection matul l-2022? F’kull każ jista’ jgħid kemm kien l-ammont tal-penali u jekk ġietx ikkontestata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2022, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data impona multa amministrattiva f'erba' każijiet, wara li ġie konkluż li l-kontrollur tad-data rispettiv kiser il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-ammont tal-multa u jekk id-deċiżjoni tal-Kummissarju, li permezz tagħha impona tali multa, ġietx ikkontestata, huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. L-appelli taż-żewġ multi msemmija f'din it-tabella għadhom mhux konklużi. Ammont tal-multa amministrattivaDeċiżjoni appellata €250,000Iva €65,000Iva €5,000Le €2,500Le

Ministru għall-Ġustizzja – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal dawn il-laqgħat li ġejjin mill-bidu ta' din il-leġiżlatura: - 9 ta’ Ġunju 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu - 13 u 14 t’Ottubru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu - 8 u 9 ta' Diċembru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell - 9 u 10 ta’ Marzu 2023 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell Intant fix-xhur li ġejjin ser nattendi l-Justice and Home Affairs Council bejn it-8 u 9 ta’ Ġunju 2023 ġewwa l-Lussemburgu.

Guardianship deeds

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6935, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Jista’ jiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi. Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.

Ministru għall-Ġustizzja — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6208 u jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għamla tal-karozza uffiċjali li nuża jien hija ta’ Volvo XC60, li tinkera mingħand Gauci Automobiles għal €12,711.84 fis-sena. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma nagħmilx użu minn second car.

Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati – Marixxalli stazzjonati fil-Qorti ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-14-il Marixxall li hemm impjegati mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati huma stazzjonati b'mod permanenti fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid mill-1 ta' Jannar 2023 sal-lum kemm-il ġurnata kien hemm Marixxall fil-Qorti ta' Għawdex u għal kull ġurnata li kien hemm Marixxall, għal kemm-il siegħa kien preżenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati hija waħda, u għalhekk tieħu ħsieb kemm il-Qrati ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex. Kif diġà infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 1501, 1671 u 5887, l-Aġenzija għandha biżżejjed Marixxalli biex ikopru dawn id-dmirijiet. In-notifiki qed isiru b’mod iktar effiċjenti, irrispettivament mill-ammont ta’ Marixxalli stazzjonati b’mod permanenti fil-Qorti ta’ Għawdex u mis-sigħat li kienu preżenti fil-Qorti ta’ Għawdex.

Qorti ta’ Għawdex – subbasti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5763 u jgħid kemm hemm subbasti pendenti fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid kemm minnhom huma appuntati u kemm minnhom għad iridu jiġu appuntati? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilhom pendenti dawn is-subbasti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi subbasti pendenti fil-Qorti t’Għawdex hemm 21 li għad iridu jiġu appuntati. It-tabella t’hawn taħt turi kemm ilhom pendenti. 2012 1 2013 1 2016 3 2017 1 2019 1 2020 2 2022 12

Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kodiċi tal-Etika tal-Ġudikatura japplikax għall-membri tat-tribunali amministrattivi u l-bordijiet kważi-ġudizzjarji li jaqgħu taħt l-oversight tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi tal-Etika li jirregolaw dawn it-tribunali u l-bordijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Bir-rispett kollu lejn l-Onor. Interpellant, għandi nibda billi nikkwalifika din ir-risposta b’referenza għall-Ordni Permanenti Numru 27(5), illi jipprovdi li interpellanza ma għandhiex titlob soluzzjoni ta’ kwistjoni legali astratta, jew ta' propożizzjoni ipotetika. Dan in kwantu li l-interpellanza tinvolvi l-interpretazzjoni tal-liġi li, kif nafu, hija funzjoni li iżjed tirrisjedi naturalment fil-Qrati milli f'din il-Kamra. Minn qari tas-subartikolu 101A (11) tal-Kostituzzjoni mkien ma jirriżulta li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għandha l-funzjoni li toħroġ Kodici ta' Etika għall-membri ta' Tribunali Amministrattivi u Bordijiet li jeżerċitaw funzjonijiet hekk imsejħa "Kważi-Ġudizzjarji", fis-sens illi jiddeċiedu litiġji wara proċedura kontenzjuża ta' smiegħ. Is-subartikolu 110(11) fil-paragrafu (h) jipprovdi illi l-Kummissjoni tista' ukoll tingħata funzjonijiet oħra b'liġi b'żieda ma dawk li jelenka l-istess subartikolu, iżda huwa raġjonevoli li wieħed jippreżumi illi dan jista' jsir sakemm dawk il-funzjoniet ikunu ukoll jinkwadraw fil-qafas ġenerali tal-funzjonijiet attribwiti lill-Kummissjoni mill-Kostituzzjoni. Il-liġi speċjali dwar it-Tribunali Amministrattivi hija l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrativa (Kap. 490 tal-Liġijiet ta’Malta) li telenka l-prinċipji ta’ mġiba amministrattiva tajba u t-tribunali amministrattivi li għalihom huma espressament applikabbli. Għandu jingħad ukoll illi ħafna drabi l-proċeduri tat-tribunal amministrattivi u r-regoli tas-smigħ xieraq applikabbli għalihom jinstabu ukoll fil-liġijiet li jistabbilixxu dawk it-Tribunali, li xi drabi jissejjħu ukoll ‘Bordijiet’. Apparti dan, skont is-sentenzi kostanti tal-Qrati, dawn it-tribunali u bordijiet huma marbuta bil-prinċipju tal-legalità u bil-prinċipji tal-ġustizzja naturali li jinkludu l-obbligu tal-indipendenza u tal-imparzjalità li minnu nnifsu jeskludi l-imġiba mhux xierqa u inkompatibbli ma' dawk il-prinċipji.