Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo
Question
B'referenza għas-sejħa CT2361/2022 - Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet stmata din is-sejħa meta ħarġet fis-suq? Jista’ jgħid ukoll jekk l-appell quddiem il-Public Contracts Review Board (PCRB) ġiex deċiż u x'kien l-eżitu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa CT 2361/2022 kienet stmata €2,268,903.00 (VAT eskluża). Is-sejħa għall-offerti ġiet awarded nhar it-3 ta’ Ottubru 2023 u ż-żmien tal-appell għalaq nhar it-13 ta’ Ottubru 2023.
Ministeru għal Għawdex — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għal Għawdex, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċevew 16-il talba. Minn dawn, 5 intlaqgħu, 11 ma ntlaqgħux waqt li m’hemmx talbiet li għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9144 li ġiet imwieġba fil-5 ta' Ġunju 2023 dwar x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib il-Ministeru għal Għawdex li huwa responsabbli mit-toroq ta' Għawdex dwar parti minn Triq Mons. Ġiuseppi De Piro ġewwa ż-Żebbuġ, Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur parti minn din it-triq bdiet iċċedi u tisfronda u f'dawn l-aħħar xhur saħansitra ngħalqet kompletament bil-barriers, fejn kien ġie mwieġeb li 'l-Perit imqabbad mill-Ministeru mar fuq il-post, u qegħdin isiru l-istudji meħtieġa sabiex din it-triq terġa' tinfetaħ lura għall-pubbliku',jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn l-istudji, kif ukoll ir-rapport li ħejja il-perit? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għar-residenti li għandhom id-djar f'din il-parti ta’ din l-imsemmija triq? Jista’ jgħid meta hu ppjanat (xahar u sena) li jibda x-xogħol fuq din il-parti tat-triq, fiex ħa jkun jikkonsisti u kemm hu stmat li ħa jiġi jiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-ġimgħa ser isiru l-istudji ġeoloġiċi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinfetaħ il-latrina pubblika li hemm id-Dwejra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol, u mistennija tinfetaħ ftit ġimgħat oħra. Ix-xogħol li qed isir ser jassigura li din il-latrina pubblika tkun aċċessibbli għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jikkonferma eżatt kemm qed jinkera l-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-Imġarr, Għawdex, lill-Gozo Channel Limited? Jista’ jgħid ukoll fiex tikkonsisti din il-kera u x’kundizzjonijiet ingħataw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2168.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13551 tat-13-il Leġiżlatura, li ngħatat fl-20 ta' April 2020, rigward Triq iż-Żewwieqa fil-Qala Għawdex, fejn kien ġie mwieġeb “il-Ministeru għal Għawdex qed jevalwa jistax isir Belvedere fuq art pubblika li tista’ tintuża għal dan l-iskop” u li “matul din it-triq se jitħawlu ammont sostanzjali ta’ siġar u arbuxelli”, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex evalwat jekk jistax isir belvedere fuq art pubblika u jekk iva x'kien l-eżitu? Jista jgħid ukoll jekk tħawlux ammont sostanzjali ta' siġar u arbuxelli f’din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena il-Kunsill Lokali tal-Qala għamel xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-belveder li jinstab fi Triq iż-Żewwieqa fil-Qala. Dan ix-xogħol kien jinkludi tħawwil ta’ arbuxelli. Ninsab infurmat li maġġor parti tar-raba’ l-ieħor huwa tal-privat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-toroq arterjali u distributorji f’Għawdex, lokalità b'lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din l-informazzjoni tista' tinkiseb mill-Planning Authority. Id-dokument jinsab fis-site tal-Planning Authority taħt policy maps 6.2.1 - Gozo Road Hierarchy, li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.
Attachments:PQ 11490 Għawdex – Toroq arterjali u distributorji.pdf
Għawdex — Skejjel Primarji u Sekondarji - Xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija palamentari 10876 u jgħid x-xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja li saru fl-iskejjel primarji u sekondarji ġewwa Għawdex matul dan is-sajf li għadu kemm għadda? Jista’ jgħid ukoll minn min sar ix-xogħol u kemm kienet in-nefqa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Tabella - PQ 11491 Għawdex Skejjel Primarji u Sekondarji Xogħlijiet ta natura ordinarja jew straordinarja.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-bini u xogħol ieħor tal-Gozo Museum, kemm intefqu flus s’issa u x'sar f' dawn l-aħħar ġimgħat? Jista’ jgħid ukoll x' hemm ippjanat li jsir u jitlesta fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tlesta x-xogħol maġġuri relatat mal-bini u restawr tal-Gozo Museum. Baqa’ xogħol relatat ma’ snags li ser jiġi indirizzat fil-ġimgħat li ġejjin. B’hekk meta titlesta din il-fażi jibda x-xogħol relatat mal-M&Es u Finishes minn kuntrattur differenti. Intant, il-pagamanti li saru s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal €4,086,649.
Ministeru għal Għawdex — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.
Ministeru għal Għawdex – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika dwar is-saħħa mentali, il-Ministeru għal Għawdex għandu ftehim mal-Gozo Mental Health Association u mal-Malta Trust Foundation, li kienet imwaqqfa mill-Eċċellenza Tagħha l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-Ministeru fetaħ Dar Kantuniera, li sservi bħala faċilita fil-komunità għal dawk il-persuni li ma jkollhomx bżonn jingħataw il-kura fi sptar tas-saħħa mentali.
Tender għall-provvediment ta’ oġġetti użati minn anzjani u persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3714 li ngħatat fil-21 ta’ Novembru 2022 dwar it-tender ‘Framework agreement for the provision of incontinence diapers, pull-ups, pads and inco-sheet for senior citizens and persons with special needs for the Ministry for Gozo’ CfT ID: SPD3/2022/045 li ġiet ippubblikata fis-7 ta’ Lulju 2022 fejn kien ġie mwieġeb li “dwar dan it-tender qiegħda tinstema’ kawża ta’ Appell quddiem il-Qorti”, u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10571 li ngħatat fis-6 ta’ Lulju 2023 fejn kien ġie imwieġeb “li t-tender għalqet nhar is-17 ta’ Marzu 2023 u ġiet awarded fil-5 ta’ Ġunju 2023. Madankollu, ġiet sottomessa oġġezzjoni oħra u għaldaqstant il-proċess reġa’ ġie sospiż”, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-aħħar żviluppi dwar din is-sejħa u jekk din is-sejħa ġietx awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender huwa sospiż peress li għadha qiegħda tinstema’ l-kawża ta’ Appell quddiem il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10458 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq ġewwa Għawdex, maqsuma skont il-lokalità, li saru mill-ġdid taħt il-wegħda tal-Gvern li jsir l-asfaltar tat-toroq kollha f’seba’ snin u flimkien mal-isem tat-triq rispettiva, iniżżel id-data ta’ meta tlesta x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru għal Għawdex / Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex nefaq f’kull raħal sabiex isiru attivitajiet mill-21 ta’ Ġunju sal-20 ta’ Settembru 2023, lokalità b'lokalità, u kemm minn dawn huma mogħtija direttament lil għaqdiet, kemm minnhom huma għal Kunsill u kemm minnhom huma attivitajiet organizzati direttament mill-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11794 u tal-mistoqsija parlamentari 12574 tat-13-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti l-ispiża eżatt tal-kirja tal-MV Nikolaos, u fiex tikkonsisti, għaliex fl-ebda minn dawn iż-żewġ tweġibiet ma ngħatat kwantifikazzjoni eżatta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10505 tat-13-il Leġiżlatura.
European Regional Development Fund — Priority Areas
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11795, jista' l-Ministru jikkonferma li l-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex fil-European Regional Development Fund (ERDF) hija biss priority objective 5?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Qed nieħu gost li l-Onorevoli Interpellant issa fehem li hemm miljuni ta’ ewro Fondi Ewropew allokati għal Għawdex, għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal fl-aħħar ġimgħat meta provat tingħata l-impressjoni li Għawdex mhux se jgawdi minn fondi Ewropej.
Għal dan il-Gvern, Għawdex jibqa’ prijorità u dan se jkun rifless ukoll fl-u¿u tal-fondi Ewropew.
Fid-dokument tal-European Regional Development Fund (ERDF), kien spjegat kif Għawdex huwa intitolat għal 8% taħt Priority 4, Strategic Objective 5, dawn jammontaw għal minn tal-anqas €58 miljun li huma ring fenced ghal Ghawdex.
Inżid, li kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11795, huwa wkoll previst li Għawdex jibbenefika minn madwar 10% tal-fondi ta’ koe¿joni u dawk strutturali [ERDF, ESF+ (European Social Fund Plus) u CF (Cohesion Fund)] kif ukoll dawk Agrikoli taħt il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni [li jiġbor fih il-European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) u l-European Agricultural Guarantee Fund (EAGF)].
Dawn jammontaw għal għexieren ta’ miljuni ta’ ewro oħra biex Għawdex se jkun qed igawdi minn pakkett rekord ta’ fondi Ewropej wara li l-Prim Ministru nnegozja f’isem pajji¿na u għall-pajji¿na l-ikbar pakkett ta’ fondi għal Malta kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea.
Marsalforn, Għawdex — Ġnien it-Tliet Għoljiet - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena huwa ppjanat li Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, Għawdex, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex, se jiġi rranġat u meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa peress li l-playing field tinsab fi stat ħażin ħafna u hija ta' periklu kbir għal min jiffrekwentaha? Jista’ jgħid jekk tħejjewx is-sejħiet għal offerti u jekk ġewx ippubblikati? Jista’ jgħid ukoll preżentement kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan il-ġnien u x'tip ta’ xogħlijiet għamlu jew qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jitħejjew is-sejħiet għall-offerti. Il-pjan huwa li x-xogħlijiet jitwettqu matul is-sena d-dieħla. Il-ħaddiema li hemm jagħmlu xogħol ta’ ġardinaġġ u tindif taħt it-tmexxija ta’ supervisor.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid taċ-Ċentru Ċiviku ġewwa x-Xagħra, Għawdex, liema proġett kien tħabbar sentejn ilu? Jista' jgħid ukoll meta huma ppjanati li jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett u meta hu mistenni li jkun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru 2021, il-Ministeru għal Għawdex iffirma kuntratt mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jwettaq il-proġett tat-twaqqif ta’ Ċentru Ċiviku ġdid. Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra ħareġ it-tender għax-xogħlijiet fit-23 ta’ Awwissu 2022 u għalaq fit-28 ta’ Settembru 2022. Il-kuntratt ġie awarded fit-13 ta’ Marzu 2023. Infurmat li dan ix-xogħol mistenni jibda’ fil-jiem li ġejjin.
Xewkija — Kampus Universitarju - Pjan biex jiżdiedu l-korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma x'tip ta’ investimenti hemm pjanati fuq il-Kampus Universitarju ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u jekk hemmx pjan li jiżdiedu xi korsijiet? Jekk iva, liema korsijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkonċernat.