Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti mogħtija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13898, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti (kuntratti ta’ service provider, ta’ konsulenza u ta’ akkwist ta’ oġġetti)? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex mill-ġdid tkun iżjed speċifika fit-talba tagħha.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14122, jista’ l-Ministru jgħid u jispeċifika t-titolu/isem tal-programmi li l-PBS qiegħed iqis bħala li huma non-commercially viable programmes skont il-ġeneru ta’ programmi li semma fir-risposta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jaġġorna dwar kif il-PBS irreaġixxiet fid-dawl tal-pandemija li għaddejjin minnha u jelenka x'miżuri ttieħdu biex l-iskeda televiżiva ta' TVM tkun aktar attraenti fi żmien li l-pubbliku żdied il-ħin tiegħu d-dar? Apparti l-islot kwotidjan tal-bulettin mediku mill-Kummissarju tas-Saħħa fuq TVM, jista' l-Ministru jagħti lista minn Jannar 2020 sa Ottubru 2020 ta':
a. liema huma l-programmi li ppermettu interattivita live mat-telespettaturi?;
b. kemm inħolqu programmi li ħasbu fl-aspett psikoloġiku;
c. kemm ixxandru programmi ta' għarfien mediku u soċjali;
d. kemm ixxandru programmi ta' entertainment; u
e. kemm ġie skedat li jintwerew u/jew se jintwerew films matul il-ġimgħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Hekk kif ħafna qed jistennew riforma fil-PBS u l-istazzjonijiet li jmexxi, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq punti li jikkontribwixxu fl-aspetti artistiċi u finanzjarji u jgħid:
a. kemm hemm
Floor Managers
impjegati
full-time
fl-istazzjoni nazzjonali TVM?,;
b. liema karigi qed jara li ssir sejħa għalihom fl-immedjat fi ħdan il-PBS biex wieħed jindirizza l-aspett ta' kwalità tal-kontenut mill-iskeda televiżiva li jmiss?; u
c. hemmx ħsieb li TVM jagħmel arranġamenti kontrattwali ma' aġenti tar-reklamar biex ikunu jistgħu jbiegħu r-reklamar b'mod esklussiv filwaqt li jagħtu konsistenza u stabbilità ta' introjtu lill-istazzjon nazzjonali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12951, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Direct order ingħatat lil :
Ammont eskl. VAT
Carmelo Cauchi
€99,480.67
Powered Knowledge
€19,800.00
Gaetano Borg Financial Advisors Ltd.
€76,800
Continental Cars Ltd
€13,599.32
MITA
€12,033.40
DAB Electronica Co Ltd
€21,136.00
Burmarrad Commercials Ltd.
€15,259.43
Vodafone Malta Ltd
€72,612.00
Forestals FGL Information Technology Ltd.
€15,775.00
Jista’ l-Ministru jindika liema kienu dawk il-programmi li l-Gvern għażel bħala li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi u li sussegwentement kienu nklużi fil-kontribuzzjoni tal-Extended Public Service Obligation?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin x’kien l-ammont mill-EPSO, u l-persentaġġ mill-EPSO li kienet allokata għas-segwenti genre ta’ programmi: programmi tat-tfal, ġrajjiet kurrenti, drama, edukazzjoni u kultura, u karattru jew identità nazzjonali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Pjanijiet tal-Gvern għal assistenza lil media indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jassisti media indipendenti jiffaċċjaw in-nuqqas ta’ introjtu kkawżat mill-bdil fil-mod ta’ kif il-pubbliku jaċċessa l-informazzjoni u ċjoè b’konsegwenza tat-trasformazzjoni diġitali?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara l-mistoqsija tagħha.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħti.
PBS – talbiet biex jixxandru l-messaġġi tal-Prim Ministru u Ministri tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċeviet il-Public Broadcasting Services Limited sabiex jiġi mxandar messaġġ mill-Prim Ministru u/jew minn Ministru tal-Gvern fuq Television Malta? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn it-talbiet, id-data u l-ħin ta' meta ġie mxandar kull messaġġ, l-istazzjon jew stazzjonijiet li fuqu ġie mxandar il-messaġġ, is-suġġett tal-messaġġ, il-format tal-messaġġ, minn minn sar il-messaġġ kif ukoll it-tul tal-messaġġ li ġie mxandar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir li hemm viġenti bħalissa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-dokument diġa ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra f’seduta numru 192, f’mistoqsija parlamentari numru 11482 tat-tnax il-leġiżlatura.
Jista’ l-Onorevoli Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar Financial Accounts li kienet ġiet ippubblikata mill-Public Broadcasting Services Ltd., li tkopri s-sena 2016 – 2017.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien dak l-ammont stmat u mħallas lil PBS matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex ikopri l-obbligazzjonijiet tal-PBS taħt l-extended Public Service Obligation?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-figuri tal-ammont stmat u mħallas lil PBS matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex ikopri l-obbligazzjonijiet tal-PBS taħt l-extended Public Service Obligation huma bbażati fuq is-sena finanzjarja tal-PBS, li tkopri wkoll il-perjodu ta’ Awditjar tal-fondi tal-PSO.
14/1515/1616/1717/1818/19
Ammont Stmat 3,671,679 3,900,000 4,050,000 4,175,000 4,175,000
Ammont Imhallas 3,671,679 3,900,000 4,050,000 4,175,000 4,175,000
Jista’ l-Ministru jindika għal dawn l-aħħar tliet snin x’kienu r-rekwiżiti dettaljati tal-programmi f’kull genre li huwa indika lil PBS skont l-EPSO programming parameters, u jindika ukoll liema kienu l-iskedi maqbula għal dan l-iskop?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rekwiżiti meħtieġa għal kull ġeneru msemmi taħt il-PSO (fit-tweġiba għall-mistoqsija 14122) huma stabbiliti fl-istess ftehim tal-PSO u jinkludu l-firxa fuq l-udjenzi, il-kwalita u l-valur għal flus imħallsa għal programmi. B’emfasi ssir fuq il-kreattivita u l-oriġinalita, ir-relevanza fit-tqassim ta’ l-iskeda, il-kwalita estetika u teknika, ir-rispett tad-dinjita u d-drittijiet fundamentali, id-distakk minn sterjotipiċi ta’ sess, razza u eta, u l-kapaċita ta’ l-użu tal-lingwa Maltija.
Il-Ministru ma jagħti l-ebda indikazzjoni għall-programmi. L-evalwazzjoni tal-programmi hija f’idejn il-Bord Editorjali bl-għażla finali mill-Bord tad-Diretturi tal-PBS
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-work force tal-Public Broadcasting Services illum il-ġurnata bejn dawk li huma full-timers, dawk part-timers u kontributuri u jindika dawn skont il-kategoriji msemmija? Jista’ jgħid l-impjegati full-timers f’liema grad jinsabu?
Response (ABELA, CARMELO)
PBS Workforce
Full-Timers
Part-Timers
Numru ta' Kontributuri
Numru ta' impjegati
Grad
Numru ta' impjegati
20
Managerial
2
140
14
Administrative & Clerical
24
Specialised
39
Technical & Supervisory
2
Industrial
1
Messengerial