Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11767 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Group of Member State Expert on Investor Citizenship and Residence Scheme — dokumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe dokument li ġie ppreżentat lill-Gvern Malti u/jew lill-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt il-laqgħat tal-Group of Member State experts on Investor citizenship and residence schemes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti ufficcjali li huma pubblici
Leg 13 PQ #11768 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li ngħataw Ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li huwa ​obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena. Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif sar drabi oħra.
Leg 13 PQ #11815 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwu – kumpens tal-inġustizzji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi kumpens tal-inġustizzji, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien dan il-kumpens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-Sur Mario Cutajar applika ghall-process tal-Grievances imniedi fl-2014 u l-kaz deher bhalma dehru ohrajn quddiem bord mahtur apposta. Dehru wkoll numru ta’ xhieda mghajjta mill-bord innifsu biex wasal ghall-konkluzzjoni tieghu u sab li l-“ilmenti (ta’ kif gie trattat taht l-Amministrazzjoni precedenti ghall-2013) tas-Sur Cutajar huma gustifikati u li dawn gabu umiljazzjoni u telf finanzjarju konsiderevoli.” L-ilmenti gustifikati u ppruvati kienu: Inghata skala tas-salarju 4 fl-2009 (wara li ghamel kaz separat u apparti minn dan quddiem l-Ombudsman fuq diskriminazzjoni kontrih) imma din inghatatlu fuq probation ta’ sena meta gie stabbilit bix-xhieda li qatt ma inghatat skala 4 taht probation la sa dakinhar u lanqas sa llum ghajr fil-kaz tas-Sur Cutajar; Instab li din l-iskala inghatatlu minghajr ma biss intalab il-kunsens tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku b’mod li taffettwatlu hazin id-dritt tieghu tal-pensjoni ghax gie stabbilit li la ma kienx hemm approvazzjoni tal-PSC din il-hatra ma kellix sahha; Gie kkonfermat li meta waslet biex tghaddi s-sena probation il-hatra tas-Sur Cutajar ma gietx approvata u allura kien se jitqieghed lura fl-iskala precedenti tas-salarju tieghu li kienet torbot ma hatra li kellu fl-1985 (25 sena qabel) li kieku ma kienx ghall-protesti li saru mal-awtoritajiet kompetenti mill-istess Mario Cutajar; Li meta ntemmlu l-kuntratt minn ma Heritage Malta (kaz iehor separat u apparti dan li l-Kummissjoni tal-Impjiegi sabet li s-Sur Cutajar sofra minn diskriminazzjoni politika meta ntemmlu dak il-kuntratt) huwa intbaghat fl-MITC fejn inghata xoghol ta’ tnax-il skala tas-salarju inqas milli kellu s-Sur Cutajar bl-ghan li jigi umiljat imbaghad tnehhilu kull xoghol ghal kollox; Li tqieghed f’ufficcju hdejn ohrajn li baqghu igawdu salarji gholja u beneficcji ohra u sahansitra l-uzu ta’ karozzi ta’ meta kienu jahdmu f’entitajiet pubblici, anki meta tnehhew mill-hatriet li kellhom u dan meta lis-Sur Cutajar tnehhewlu l-beneficcji kollha li kellu meta tnehha minn Heritage Malta – u dan biex ikompli jigi umiljat; Gie konfermat ukoll li bejn l-2008 u l-2012 is-Sur Cutajar applika ghal ghexieren ta’ Direttorati imma qatt ma inhatar imkien u meta kien jidher li seta’ jiehu xi hatra ta’ Direttur il-process kien jitwaqqaf. Il-Bord innota wara li ra r-rapporti maghmula mill-bord li jirrakomanda hatriet ta’ Diretturi: “Jirrizulta illi dawn il-kummenti ghandhom haga komuni f’kull kaz u cioe li minn banda jfahhru l-kwalitajiet tas-Sur Cutajar izda f’kull kaz isibu xi haga difettuza li timpedih mill-kariga. Kumment wiehed partikolari li jimpressjona huwa fil-kaz ta’ Director (Industrial and Employment Realtions) fejn jinghad ‘Mr Mario Cutajar appears to be somewhat out of touch with the current employment and industrial relations issues,’” u dan meta s-Sur Cutajar kien ghadu hiereg minn 15-il sena karriera trejdunjonistika. Il-kumpens kien jikkoncerna t-trattament u kien jammonta ghal sebghat elef ewro. Is-sur Cutajar ma nvolva ruhu fl-ebda stadju tal-process.
Leg 13 PQ #11712 Sitting 272 2019-10-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kumpanija — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11483 u jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ingħataw konsulenza waħda, skont ir-regolamenti finan¿jarji tal-gvern, fil-perjodu msemmi li kienet relatata mat-twaqqif tal-Malta Business Registry. Il-valur kien ta’ €10,000 (VAT eskluża).
Leg 13 PQ #11562 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna mill-Gvern tal-Amerika f’investigazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-istqarrija maħruġa mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2019 u li kopja tagħha qiegħda tingħata separatament, il-Gvern Malti talabx jew hux beħsiebu jitlob l-għajnuna tal-Istati Uniti tal-Amerika fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia? Jista’ jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx kuntatt mal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u/jew mal-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta wara l-imsemmija stqarrija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna intalbet mill-ewwel ġurnata wara d-delitt u hemm kuntatti kontinwi.
Leg 13 PQ #11723 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employee Support Programme

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11548, jista' l-Prim Ministru jgħid x' tip ta' sfidi ġew segwiti mill-Employee Support Programme?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-servizz offrut mill-ESP jingħata fuq bażi kunfidenzjali. L-ESP joffri diversi servizzi fosthom dawk relatati ma’ problemi li persuna tiltaqa’ magħhom waqt il-hin tax-xogħol, kif ukoll dawk personali jew familjari.
Leg 13 PQ #11423 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni impjegati mas-Settur Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11056 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – irtirar ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ta’ irtirar ta’ liċenzji b’mod volontarju mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li matul l-2018 kien hemm 37 liċenzja illi ġew irtirati b’mod volontarju.
Leg 13 PQ #11540 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA — sponsorships

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11078 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11602 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizz ta' kumpanija għal microtargeting

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li ebda entita fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma u¿at is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha ingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum.
Leg 13 PQ #11053 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – liċenzji revokati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew revokati liċenzji mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nformat li l-Awtorità kkanċellat 8 liċenzji kif ukoll ħarġet sospensjoni lil 4 oħra.
Leg 13 PQ #11054 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Responsible Gaming Foundation — ħidma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tal-ħidma tar-Responsible Gaming Foundation matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Elenku tal-ħidma tar-Responsible Gaming Foundation matul is-sena 2018 huwa kif gej: Il-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesgħa dwar il-limitu, kawżi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut is-sapport kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tal-logħob u persuni qrib tagħhom, fl-isforzi kontinwi matul il-proċess ta’ rkupru mill-problema. - Kampanja Medjatika; - Tkompli l-Kampanja Edukattiva fost studenti tar-Raba’ sena fl-iskejjel primarji u jiġu indirizzati l-isfidi; - Programm ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: Nagħtu lura lis-soċjetà, permezz tal-fondi li l-fondazzjoni tiġbor mill-industrija tal-logħob; - Attivitajiet alternattivi għall-vizzju tal-logħob tal-azzard: L-attività ‘’Logħob għal Kulħadd 2018’’; - L-assistenza li tingħata permezz tal-1,777 u permezz tal-formoli ta’ esklużjoni. Ġew impjegati aktar nies u kif ukoll Call Centre Manager ; - Taħriġ kontinwu għall-istaff; - Komunikazzjoni anonima mal-ivvizzjat permezz taċ-chatline fuq www.rgf.org.mt - Il-Proġett TAKE ACTION iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Riċerka u taħriġ biex ikollna stampa aktar ċara fejn jidħol il-vizzju tal-logħob tal-azzard f’Malta.
Leg 13 PQ #11055 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – liċenzji ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew proċessati liċenzji ġodda mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li matul is-sena 2018, l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob proċessat u ħarġet 93 liċenzja ġdida. In-numru ta’ licenzji ġodda mahruġa jrid jittieħed fil-kuntest li matul is-sena 2018 daħħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida li tirregola dan is-settur. Permezz tal-liġi l-ġdida li qed tirregola dan is-settur, is-sistema ta’ liċenzjar inbidlet għal dik ta’ żewg tipi ta’ liċenzji – B2C u business-to-consumer, u dik B2B u business-to-business. Dan ifisser li operatur li joffri tip ta’ logħob ma jkollux bżonn liċenzja dida sempliċement biex joffri tip ta’ logħob iehor. Fil-fatt, fejn qabel operatur kien ikollu japplika għall-Class 1 Licence, Class 2 Licence, Class 3 Licence, Class 4 Licence u Skill Games Licence, biex joffri s-servizzi kollha tal-gaming, issa jrid japplika għal-liċenzja B2C jew liċenzja B2B. Din il-bidla mhux biss naqset burakrazija li ma kellha ebda valur mizjud iżda qed twassal biex l-Awtorità tuża r-rizorsi tagħha b’mod aktar effettiv fis-sorveljanza tas-settur.
Leg 13 PQ #11470 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistrazzjoni għaċ-Ċittadinanza – emenda fil-ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx emendati l-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza, u jekk iva, b’kemm u minn meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11157.
Leg 13 PQ #11516 Sitting 262 2019-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ditta Legali — ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-ħlas mitlub mid-ditta legali Ingliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sabiex ippatroċinat lilu u lis-Sinjura tiegħu jew kemm kien il-ħlas li sar mill-erarju pubbliku u meta sar jew kien mitlub biex din id-ditta legali f’Settembru 2019 wieġbet għan-nom tiegħu bħala Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li in vista ta' talba li saret lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jevalwa l-ingaġġ ta' din id-ditta legali, ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li d-dettalji mitluba jkunu ppreżentati fil-Parlament.
Leg 13 PQ #11483 Sitting 257 2019-10-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – kumpanija — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #11548 Sitting 257 2019-10-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employee Support Programme

Question

Jista' l-Prim-Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-każijiet li ġew segwiti mill-Employee Support Programme mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-lum hu ta’ 255.
Leg 13 PQ #11157 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza — emendi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx emendati l-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza, u jekk iva, b’kemm u minn meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li d-drittijiet ta' ħlas għal servizzi li għandhom x'jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija ġew riveduti permezz tal-Avviż Legali Numru 214/2019 li ġie fis-seħħ fil-31 ta' Awwissu 2019.
Leg 13 PQ #11480 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u Segretarji Parlamentari – rigal f’tiġijiet u okkażjonijiet simili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari humiex intitolati li jħallsu għal rigali ta' tiġijiet u okkażjonijiet simili li jkunu mistednin għalihom, mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Ministeru tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 13 PQ #11481 Sitting 256 2019-10-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi – irrekordjar ta’ filmat f’Kastilja

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe korrispondenza inkluż emails li għaddew bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi u l-kumpaniji u/jew id-ditta legali li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u dan dwar l-irrekordjar ta' filmat li sar fil-Berġa ta' Kastilja u li fih fost oħrajn dehret is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi in vista tal-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin ma jkunx xieraq f’dan l-istadju li din il-korrispondenza tkun ippreżentata fil-Parlament.