Ministeru għas-Saħħa — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm għandu rapporti tal-Ombudsman li r-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati? Jista’ jgħid kemm minn dawn ir-rapporti għadhom mingħajr tweġiba tal-Ministeru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2017 l-Ombudsman għadda 5 każijiet b’rakkomandazzjonijiet lid-Dipartiment tas-Saħħa. Fi 3 każijiet ir-rakkomandazzjonijiet ġew eżegwiti u 2 l-oħra għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda dipartiment u/jew entità fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa ma talbu xogħol legali jew konsulenzi mill-persuna u/jew mid-ditta legali li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Sptar Monte Carmeli – rapport mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Question
Jistà l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fil-każ tal-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika d-domanda tiegħu.
Sptar Monte Carmeli — Pazjent marid bil-Legionella
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid dan il-pazjent kemm kien ilu jiġi kkurat għal din il-kundizzjoni fl-Isptar Monte Carmeli u d-data ta’ meta ġiet ikkonfermata d-djanjożi tal-Legionella?
Pazjent li miet bil-Legionella – investigazzjoni maġisterjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx jew jekk hux se ssir investigazzjoni maġisterjali dwar il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella?
Pazjent li miet bil-Legionella – Spettur Sanitarju
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Ispettur Sanitarju dwar il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti li tal-Ispettorat tas-Saħħa Ambjentali huma kunfidenzjali.
Supretendent tas-Saħħa Pubblika – ħidma fuq il-każ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jikkonferma jekk is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienx jew għadux jaħdem b’mod indipendenti fuq il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella sabiex jaqdi dmirijietu skont il-Public Health Act?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’informazzjoni ngħataw il-qraba tal-pazjent li miet bil-Legionella, fir-rigward tal-kawża tal-mewt – cause of death?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-familjari tal-individwu kkonċernat ingħataw kopja taċ-ċertifikat tal-mewt li kien fih il-kawża tal-mewt.
Sptar Monte Carmeli – reservoir ta’ ilma kkontaminat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm damu l-awtoritajiet tal-Isptar jippruvaw jikkontrollaw il-problema tar-reservoirs ikkontaminati? Jista’ jikkonferma li tqabbad konsulent privat sabiex jagħti parir fuq x’għandu jsir?
Peress li f’Marzu li għadda l-Ministru ħabbar li fi żmien 18-il xahar, iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Ħal Qormi, Bormla, Gżira u Birkirkara se jiġu upgraded u refurbished, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal dan il-proċess għal kull ċentru? Kemm hi n-nefqa ta’ dan it-tisbiħ għal kull ċentru? Ix-xogħol ta’ tisbiħ minn min qed jitwettaq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Ħal Kirkop. F’dawn il-ġranet ukoll infetħet berġa ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex.
Sadanittant għaddej xogħol preparatorju mid-dipartiment tal-Kura Primarja sabiex isir tisbiħ f’ numru ta’ ċentri tas-saħħa oħra.
Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 99 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 15 -il persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat skont ic-cirkulari numru 4/2017, numru 5/2017 u d-Direttiva numru 12. Kien hemm żewġ persuni li minn part-timers inqalbu full-timers fil-perjodu inkwistjoni.
Ministeru għas-Saħħa — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limiti arkitettoniċi.L-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-punent,tat-tramuntana, dak tan-nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira m’humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ninfurmah ukoll illi hemm ippjanati diversi inizjattivi sabiex tiżdied l-aċċessibbilità f’dawn l-uffiċċji.
Sptar Monte Carmeli – trasferiment ta’ pazjent marid bil-Legionella
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-data ta’ meta ġie infurmat is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fuq il-każ u meta l-pazjent li kellu l-Legionella ġie trasferit mill-Isptar Monte Carmeli għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-imsemmi pazjent ġie trasferit mill-isptar Monte Carmeli għall-isptar Mater Dei fit-22 t’Awwissu 2017.
Fit-30 t’Awwissu meta l-pazjent kien Mater Dei irriżulta li kellu
PCR test
għal-Leġjonella pożittiv.
Skont prattiċi stabbiliti is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika kinet infurmata immedjatament u bdiet investigazzjoni fil-31 t’Awwissu.
Bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-investigazzjoni, saru trattamenti tal-ilma fil-post kkonċernat kif ukoll inbiddlu u għadhom qed jinbidlu s-sistemi tal-ilma.
Peress li l-marda Huntington’s chorea hija ereditarja u li twassal għal konsegwenzi fejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem tant tmur għall-agħar li l-ħajja soċjali tgħib u l-konsegwenzi huma kbar u ta’ piż fuq il-familja, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma residenti fl-Isptar Monte Carmeli u li jbatu b’Huntington’s Chorea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Monte Carmeli hemm 15 –il pazjent li jbati minn Huntington’s Chorea. Xi uhud minnhom ilhom f’ Monte Carmeli għal numru ta’ snin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm lmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena kien hemm ilment wieħed fejn il-ħaddiem beda’ jsibha diffiċli biex maż-żmien iwettaq ix-xogħol tiegħu. Il-management tal-isptar kkonċernat sab soluzzjoni billi jipprovdi għajnuna u alternattivi oħrajn sabiex dan il-ħaddiem ikun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 69 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi minnu ngħata direct order wieħed kif indikat hawn taħt.
National Blood Transfusion Centre
NAT Testing Services for West Nile Virus
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol legali jew konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.