Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12007 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm-il pjanta saret u kemm-il business plan sar fir-rigward tar-rehabilitation hospital ossia mis-sena 2001 'l hawn? Kemm kienu se jintnefqu flus kieku dan sar fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18605, jista' l-Ministru jara li dan l-anzjan tingħatalu prijorità fid-dħul minħabba l-problema finanzjarja li għandu fejn dan l-anzjan jaqla' pensjoni ta' €650 fix-xahar u fejn qiegħed irid iħallas €1,400 fix-xahar (€650 kull ħmistax) skont kif jidher fl-irċevuta li qed tintbagħat separatament, sitwazzjoni fejn ma jistax ikompli jħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant applika fis-6 ta’ April 2010. Is-social assessment sarlu fit-23 ta’ Mejju 2010 u fit-3 ta’ Ġunju 2010 il-Bord ta’ Ammissjoni approva din l-applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule bħala każ ta’ prijorità għolja.
Meta din il-persuna ikun immissha biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule, din tingħata l-possibilità mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ li tibqa’ f’Villa Messina u tkun tista’ tibbenefika mill-iskema tas-sussidju li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina bħala parti mill-
Public Private Partnership Scheme
, dejjem jekk ikun hemm fondi suffiċjenti u post disponibbli skont il-ftehim li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina.
Jista l-Ministru jara l-każ ta' anzjan, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li dan kellu approvat il-mediċina Duphalac fejn il-professur, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, approvalu kollox u meta mar l-isptar biex jagħtuh il-mediċina qalulu li mhux intotolat għaliha filwaqt li meta reġa' kellem lill-professur qallu li huwa suppost intitolat għaliha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiżerija ma tkunx tista’ tiddispensa l-mediċini sakemm ma jkolliex f’idejha l-permess maħruġ mill-istess Medicines Approval Section jew l-applikazzjoni tkun skont il-protokoll, fejn il-pazjent ikun jista’ jingħata stokk għal xahar sakemm l-applikazzjoni tiġi proċessata mill-Medicines Approval Section.
Skont id-
database
tal-
Medicines Approval Section
, il-permess għall-
lactulose
għall-pazjent konċernat skada fis-6 ta’ Mejju 2010 (Referenza 56576). Ukoll, skont id-
database
, it-talba tal-konsulent konċernat intbagħtet lura lill-konsulent fid-19 ta’ Awwissu 2010 (Referenza numru 141446).
Fil-każ ta’ dan il-pazjent, il-konsulent applika għall-mediċina għall-kundizzjoni medika. Skont iċ-ċirkulari DH 61/2010, din il-kundizzjoni ma tikkwalifikax lill-pazjent biex jieħu din il-mediċina b’xejn.
Jista' l-Ministru jara l-ilment tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li suppost għandha erba' sigħat fil-ġimgħa għajnuna minn helper, imma ġara li din il-helper weġġgħet u mhux qed tidħol għax-xogħol, u din l-anzjana minflok erba' sigħat qed jagħtuha sagħtejn biss, filwaqt li xorta tħallas għall-erba' sigħat? Jista' jara li din il-problema tiġi rimedjata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-helper li soltu tmur għand l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda bis-sick leave fit-tul. Din l-anzjana għandha servizz approvat ta’ erba’ siegħat fil-ġimgħa, iżda minn dawn bħalissa qegħda tingħata servizz ta’ sagħtejn fil-ġimgħa minħabba numru limitat ħafna ta’ relievers li jidħlu bħala sostituti f’każ ta’ sick leave jew vacation leave.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna anzjana li tgħix waħedha u li tibbenefika mis-servizz tal-
helper
tħallas €2.33 fil-ġimgħa. Din hija rata fissa, irrispettivament min-numru ta’ siegħat li tkun qed tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra fuq il-waiting list sabiex jidħlu fil-Home:
a) ta' Bormla
b) St Vincent de Paule Residence
imqassma skont il-lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-dettalji mitluba huma kif jidher hawn taħt:
Dar għall-Anzjani ta’ Bormla:
Lokalità
Numru ta’ Persuni fuq il-lista
Birgu
20
Bormla
33
Isla
4
Kalkara
10
Xgħajra
0
Total
67
Residenza San Vincenz de Paule:
LokalitàNumru ta’ Persuni fuq il-lista
Birgu
17
Bormla
11
Isla
6
Kalkara
3
Xgħajra
0
Total
37
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra dwar x'miżuri qegħdin jittieħdu mill-Ministeru u mid-Dipartiment tas-Saħħa, dwar it-tixrid ta' mikrobi tal-klassi Enterobacteriaceae li huma magħrufa li żviluppaw resistenza magħrufa bħala NDM-1 (New Delhi metallo-a-lactamase-1) jew KPC (carbapenemase producing Enterobacteriaceae)? Dawn il-mikrobi resisteni diġà nstabu f'diversi pajjiżi fl-Ewropa, fosthom l-Ingilterra? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni attwali f'pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-Dipartiment tas-Saħħa, permezz tal-Infection Control Unit, għandu programm ta’ sorveljanza kontinwa kontra l-mikrobi kollha li juru evidenza ta’ reżistenza għall-antibijotici, mhux biss dawk imsemmija. Meta jinstab xi mikrobu ta dan it-tip, jittieħdu l-interventi medici neċessarji, taħt il-koordinament tal-konsulent għall-prevenzjoni u kontroll tal-infezzjoni, li jinkludu iżolament tal-pazjent kif ukoll investigazzjonijiet epidememjoloġiċi, inkuż anki testijiet speċjalizzati f’laboratorji barranin.
Il-
European Centre for Disease Control
(ECDC) qiegħed, f’dan il-mument, imexxi stħarriġ Ewropew, biex jara kemm huma mxerrda dawn iż-żewġ tipi ta’ mikrobi ġewwa l-Ewropa. Minn naħa lokali ma jidhirx li qatt kien hawn każijiet importati ta’ NDM-1.
Carbapenemase producing Enterobacteriaceae
jiġu iżolati minn żmien għal żmien, l-aktar f’pazjenti li jkunu hadu numru ta’ antibijotiċi. Madankollu, minħabba l-interventi msemmija, dawn baqgħu każijiet individwali u ma kienx hemm tixrid min pazjent għall-ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19318, 19174 u 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati persuni li weġġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena? X'kienet in-nazzjonalita ta' dawn il-persuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Infiq f'reklamar fuq il-media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar (produzzjoni u reklamar attwali) għal kull sena bejn 2004 u 2010 f'dawn l-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali u pubblikazzjonijiet oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-pilloli Lipitol suppost li raħsu madwar €12 kull kaxxa ta' 28 meta l-Gvern ħabbar ir-roħs fil-pilloli xi xahrejn ilu u peress li n-nies għadhom imorru s'issa u l-ispizjar jgħidilhom li l-prezz tal-Lipitol għadu għoli (€38) għax l-aġent għadu qed jagħtihom mill-istock antik, jista' l-Ministru jgħid meta n-nies se jibdew igawdu mir-roħs annunzjat mill-Gvern xahrejn ilu? Jista' jikkonferma jekk dakinhar tal-ftehim talabx lill-aġenti jagħtuh l-istocks li għandhom ta' dawk il-pilloli li ġie mraħħas il-prezz tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-mediċina Glyceryl Ternitrate ilha out of stock għal dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħid meta se tkun in stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hawn skarsezza ta’ din il-mediċina fis-suq internazzjonali. Id-Dipartiment tal-Procurement, Taqsima tas-Saħħa kellu u għad ghandu diversi ordnijiet pendenti għal din il-mediċina ma’ kuntratturi differenti. L-aħħar informazzjoni li għandu d-Dipartiment hija li l-konsenja pendenti mingħand il-UK wholesale dealer mistennija tasal fi żmien ġimgħatejn oħra, filwaqt li dik pendenti mingħand il-manifattur lokali ser tkun fis-suq f’Marzu 2011.
Minħabba din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ dawn il-pilloli, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jikkunsidra li l-kura għall-pazjenti li jużaw din il-mediċina tinbidel minn pilloli għal
spray
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' staff fiċ-Child Development Assessment Unit u x'inhuma l-kwalifiki tagħhom? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' dan l-istaff? Jista' jgħid x'tip ta' servizzi qed ikun offruti fil-preżent miċ-Child Development Assessment Unit u liema huma l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom ikunu offruti dawn is-servizzi? Jista' jgħid minn liema skejjel ikunu ġejjin it-tfal li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Child Development Assessment Unit — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħames snin iċ-Child Development Assessment Unit ibbenefikax minn fondi tal-Unjoni Ewropea? F'każ li iva, jista' jgħid kemm kienu jammontaw dawn il-fondi u għal liema skop intużaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-aħħar ħames snin iċ-Child Development Assessment Unit ma bbenefikax minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar kunsenja ta' dawn il-medicini:
a) Lescol 40mg tablets
b) Aircort inhaler
ċ) Gaviscon tablets
d) Oilatum emollient
e) Trusopt eyedrops
f) Travatan eyedrops
g) Paxetin 20mg
li ssibhom fl-ispiżeriji tal-gvern? Il-prezzijiet jinkludu l-prezz totali tal-kunsenja ta' kull mediċina partikolari msemmija? Kemm-il numru ta' kaxxi ta' mediċina fiha (u n-numru ta' pilloli f'kull kaxxa jekk inhuma pilloli)?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
xiri ta' prodotti farmaċewtiċi lokalment u minn barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tax-xiri ta' prodotti farmaċewtiċi lokalment u minn barra tul il-perjodi:
a) 1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Marzu 2010; u
b) l-1 ta' April 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-valur tax-xiri ta’ prodotti farmaċewtici matul il-perjodu indikat huwa kif jidher hawn taħt:
L-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Marzu 2010 - €14,533,799.00
L-1 ta’ April 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2010 - €15,316,485.00
Jista' l-Ministru jwieġeb parti minn mistoqsija parlamentari 19211 u cioe': Kemm kien hemm każijiet ta’ tfajliet u nisa li daħlu fi sptarijiet/kliniċi privati jew marru għand tabib/speċjalista għall-kura wara li esperjenzaw stupru mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dettalji mitluba huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Sptar Mater Dei
Ċentri tas-Saħħa
Total
Numru ta’ Persuni li Esperjenzaw Stupru u li Marru għand Tabib/Speċjalista għall-Kura
2000
30
1
31
2001
14
-
14
2002
8
2
10
2003
25
1
26
2004
17
2
19
2005
13
1
14
2006
26
1
27
2007
23
-
23
2008
25
-
25
2009
22
1
23
2010 (sa l-aħħar ta’ Ġunju)
16
1
17
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19173 u 19088 u ċioe: fl-aħħar 12-il sena, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pjanti differenti għall-units tal-onkoloġija:
a) fl-Isptar Mater Dei;
b) fl-Isptar Zammit Clapp;
ċ) fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Min kienu l-periti f'kull każ? Kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-sena 2005 kienu saru żewġ pjanti preliminari differenti għall-units ta’ radjuterapija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Dawn kienu jkopru żewġ opzjonijiet għal unit ta’ radjuterapija li tesa’ 24 sodda. Dan ix-xogħol sar bħala parti mill-kuntratt Design & Build li kellhom Skanska Malta Joint Venture (SMJV) mal-Gvern ta’ Malta. Il-mod ta’ kif ġew żviluppati id-disinji kien juri biċ-ċar li dan il-unit ma kienx adegwat biex iservi bħala ċentru speċjaliżżat tal-onkoloġija minn fejn setgħu jingħataw is-servizzi ta’ kura għall-forom kollha ta’ kanċer u fl-istess ħin tintlaħaq id-domanda għas-servizzi kollha meħtieġa.
Sussegwentement saru sett pjanti għall-unit ta’ radjuterajipa fl-Isptar Zammit Clapp. Dawn il-pjanti saru mill-Perit Valerio Schembri fuq talba tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Dawn il-pjanti wkoll kienu juru li ċ-ċentru kif propost ma kienx adegwat għall-funzjoni sħiħa ta’ ċentru tal-onkoloġija. Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha f’idejha xi kontijiet pendenti. Iżda peress li dawn għadhom qed jiġu kuntestati, m’huwiex opportun li jingħataw dettalji dwar l-ammonti involuti.
Ma saru l-ebda pjanti għal unit tal-onkoloġija fl-Isptar Boffa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19174 u 18995 u 18536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim tax-xiri tal-apparat mediku bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u INSO? Jista' l-Ministru jgħid jekk apparti dak il-ftehim sal-lum, inxtarax aktar apparat mill-kumpanija INSO bħala żieda mill-apparat miftiehem? X'apparat inxtara u x'kien il-valur imħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19176 u 19085 u jassigura li infermiera barranin li se jiġu impjegati ma jkollhom l-ebda kuntratt jew ftehim ma' aġenziji li jekk ikunu impjegati jkunu jridu jagħmlu xi ħlas lil dawn l-aġenziji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru m’għandu l-ebda arranġament ma’ l-ebda aġenzija li l-infermiera barranin li se jigu mpjegati jkollhom jaghmlu xi ħlas. Għaldaqstant infermiera barranin li huma reġistrati Malta u li applikaw għal postijiet vakanti sat-30 ta’ Ġunju, 2010, huma kollha applikanti diretti għaldaqshekk jagħrfu lill-Ministeru biss bħhala dak li qed jimpjegahom.